Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Sports 31 Uċjali tal-MFA jattendu għas-Summit tal-FIFA ILPROGRAMM imsejjaħ FIFA Forward, il-futur tal-kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ u tan-nisa kif ukoll l-opportunita' illi jitjiebu s-sistema tat- transfers u l-kalendarju internazzjonali kienu wħud mit-temi diskussi waqt il-ħames laqgħa tal-eżekuttiv tal-FIFA illi saret fil-belt Olandiża ta' Amsterdam nhar it-Tlieta li għaddew. Rappreżentanti mill- Konfederazzjoni tal- Futbol Ażjatika (AFC), il-Konfederazzjoni tal- Amerika ta' Fuq, Ċentrali u tal-Karibew (CONCACAF) u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Futbol (UEFA) iltaqgħu f 'din il-belt sabiex jiddiskutu l-esperjenzi tagħhom u joħorġu b'ideat ġodda sabiex il-logħba tal- futbol tibqa' taġġorna ruħha maż-żminijiet tal-lum. Dan is-summit ta l-opportunita' lid-delegati ta' kull assoċjazzjoni sabiex jaqsmu flimkien dak li jafu u jikkordinaw sabiex joħorġu b'ideat ġodda. L-assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) kienet rappreżentata mill- President is-sur Norman Darmanin Demajo u l-viċi president Dr Matthew Paris. Preżenti wkoll kien hemm l-ex segretarju ġenerali tal-MFA is-sur Bjorn Vassallo illi llum jokkupa rwol bħala direttur tal-assoċjazzjoni tal- membri Ewropej fi ħdan il-FIFA. Darmanin Demajo ippreżenta diversi proġetti illi saru mill-MFA bl- għajnuna tal-FIFA bil- programm tagħha li qed tniedi. Dawn kienu jinkludu l-wiċċ ġdid tal-Istadium Nazzjonali, l-installazzjoni ta' art ġdida tas-Centenary Stadium u t-Trophies Lounge illi huwa wieħed mill-proġetti sabiex jagħtu ħajja lill-Millenium Stand. Meta nieda dawn is- serje ta' laqgħat f 'Pariġi f 'Novembru tas-sena 2016, il-president tal-FIFA Gianni Infantino qal illi din il-logħba sabiħa tal-futbol tista' tkompli tiżviluppa jekk din l-assoċjazzjoni dinjija tikkopera filwaqt illi tikkomunika mal-211 membru fi ħdanha. "Huwa mportanti illi fil-futur id-deċiżjonijiet tal- FIFA ma jkunux iddettati minn fuq iżda jiġu mill- membri illi jorganizzaw u jagħtu promozzjoni f 'pajjiżhom minn żmien għal żmien." Il-belt ta' Amsterdam hija l-ħames minn serje ta' tnax-il laqgħa illi ser ikunu qed isiru bejn is-sena 2017 u l-2018. Il-laqgħat l-oħra saru fl-Ażerbaijan, fit- Turkija, fi New Caledonia u f 'Hong Kong. Dawn kienu l-membri fi ħdan il-FIFA illi attendew għal dan il-ħames summit eżekuttiv fil-belt ta' Amsterdam: L-Iran, Kyrgyz Republic, Myanmar, Singapore, Sri Lanka, Anguilla, Aruba, Curacao, Suriname, l-Awstrija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Italja, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, Żvizzera, Wales u l-Armenja. Mix-Xellug għal-Lemin: Norman Darmanin Demajo, Bjorn Vassallo, Gianni Infantino u Dr Matthew Paris Mijiet ta'atleti jinġabru fit-Tliet Ibliet għall-ewwel edizzjoni tal-House of Sport 10k Series tas-sena ISSERJE ta' tlielaq fuq distanza ta'10 kilometri tal-House of Sport bnew reputazzjoni soda, mal-komunità tal-atletika, għall- għażla ta' rotot innovattivi u xenarju sabiħ. Ċertament, ir-rotta tat-Tlett Ibliet, ma ddiżappuntatx il-mijiet ta' atleti li ħadu sehem. Din it-tellieqa qed tibni popolarita hu hi meqjusa bħala waħda ċatta u mgħaġġla. Kienet ċara mill-bidu, li t-tellieqa kienet se tkun miġġielda sew bejn Charlton Debono, Mario Grech u Mark Herrera. Debono stabilixxa l-pass mill-bidu nett b'Herrera eżatt isegwi warajh. Mat-tieni dawra, Mario Grech beda joqreb iktar lejn Debono, sakemm irnexxielu jg]addi lil Herrera. Dan ir-ritmu nżamm sal-aħħar tat-tellieqa fejn Debono kiseb rebħa oħra, b'vantaġġ ta' 'l fuq minn tletin sekonda fuq Grech. Fit- tielet post daħal Mark Herrera. Josann Attard Pulis ħadet l-unuri fil-kategorija tan-Nisa u tejbet il-ħin tagħħa mis-sena l-oħra b'madwar tletin sekonda. Jolene Debattista daħlet fit-tieni post. Debattista kompliet tirreġistra titjib fil-ħinijiet tagħha. Joanne Gauci wriet strateġija tajba matul it-tellieqa biex bil-mod il-mod għaddiet numru ta' atleti u tikseb it-tielet post. "Hekk kif bdejna t-tlielet sena ta' din is-Serje, dejjem tkun iktar ta'sfida sabiex l-aspettattivi tal- atleti tagħna jintlaħqu. It-tlielaq tagħna saru sinonimi ma' rotot innovattivi u ta' xenarju sabiħ, kif ukoll ir-rigali li jingħataw lil-kull min jipparteċipa", spjega Charlie Demanuele, Organizzatur u Direttur tat-Tlielaq. "Din is-sena qed naħdmu fuq xi sorpriżi sabiex nkomplu niġġeneraw aktar interess mill-atleti li konsistentement jieħdu sehem kif ukoll nkomplu nattiraw oħrajn ġodda". Il-House of Sport 10k Series hija appoġġjata minn Urban Jungle House of Sport, emvigee pr & marketing u Starmax. It-tlielaq kollha jużaw sistema elettronika tal- ARRTS Timing System. L-organizzaturi tal-House of Sport 10k Series – Three Cities huma grati għall-appoġġ muri mill- Kunsilli Lokali ta' Birgu, Bormla, L-Isla, Transport Malta kif ukoll membri tal-Korp tal-Pulizija li assistew matul it-tellieqa. L-aħħar iżda mhux l-inqas il-voluntiera u l-professjonisti mediċi li kienu preżenti fil-ġurnata. It-tellieqa li jmiss se ssir nhar il- Ħadd 18 ta' Frar u se tkun il-Ladies Only Race - Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa u tista' ssir fuq is-sit - http://ladies2018.10kseriesmalta. com/ Il-parteċipanti mat-tluq tat-tellieqa mit-2018 House Sport 10k Series Ritratt - Angie Conti