Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Lija A ....................... 0 Naxxar L .................. 4 NAXXAR Lions irriżultaw bħala wisq b'saħħithom għal Lija Athletic u fil- fatt bl-aktar mod meritat għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' gowl ħames minuti wara meta Daren Falzon għadda tajjeb lejn Yuri De Jesus Messias li minn quddiem il-lasta tefa' l-ballun wara Luke Bonnici. Naxxar Lions komplew jagħfsu u fid-29 minuta, Daniel Mateo Bustos indirizza cross lejn Jean Diego Moser bid-daqqa ta' ras ta' dan tiġi salvata minn Luke Bonnici li iżda ma żammx biex mir-rebound l-istess attakkant Brażiljan mill-viċin tefa' l-ballun fix- xibka Fis-60 minuta, Lija Athletic qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom il-plejer Lee Joe Schembri wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' sitt minuti. Naxxar Lions għamluhom tlieta fil-71 minuta meta Duane Bonnici kkonkluda ġirja tajba fuq ix-xellug billi pprovda assist lil Daren Falzon li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Huam ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' gowl ħames minuti wara meta Daren Falzon għadda tajjeb lejn Yuri De Jesus Messias li minn quddiem il-lasta tefa' l-ballun wara Luke Bonnici. Lija A. Bonnici, Vukomanovic, Muscat, Scerri, Sammut, Clinch (Cassar 80'), Kooh Sona, Valifor, Hirose, Beu, Schembri Naxxar L. Nicht, Santos Henriques Caetano, Souza Duarte Junior, Moser (Debono 75') , Grech (Cassar 79'), Micallef (Ellul 82'), Falzon, Bonnici, Bustos, Oussenyou Ndoye, De Jesus Messias Referi Alan Mario Sant SPORTSillum Daniel Mateo Bustos segwit minn Mc Allister Clinch Naxxar Lions wisq b'saħħithom għal Lija Athletic DANIEL MATEO BUSTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fid-9 ta' Ottubru 1992 fl-Arġentina u għandu 25 sena. Skorja l-ewwel gowl mill- erbgħa ta' Naxxar Lions f'din il-partita. Ritratt - Dominic Borg Ritratt - www.naxxarlions.com