Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet ILMINISTRU għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li se jseħħu xogħlijiet biex jitjiebu l-faċilitajiet tas-sajjieda Għawdxin fil-Port tal- Imġarr. Ix-xogħlijiet marbuta maż-żona u li qed isiru b'kollaborazzjoni ma' Transport Malta, se jikkonsistu fost l-oħrajn fit-tindif ta' qiegħ il-baħar, f 'xogħol fuq il-moll u fiż- żewġ 'slipways', fil-bdil tal- puntuni l-qodma kif ukoll fil-ħolqien ta' postijiet għal irmiġġi ġodda. It-tindif ta' qiegħ il-baħar se jiffaċilita kemm il-perkors li jieħu l-ilma li mill-wied jiżbokka fil-Port tal-Imġarr kif ukoll biex is-sajjieda jkollhom aktar kumdità ħalli jimmanuvraw l-opri tal- baħar tagħhom. Bis-saħħa tax-xogħol li se jsir fuq is-'slipways' eżistenti, dawn se jkunu iktar aċċessibbli u allura se jgħinu lis-sajjieda waqt li jkunu qed ivaraw jew jiġbdu d-dgħajjes tagħhom. Fażi oħra mill-proġett se tikkonsisti fil-bdil tal- puntuni eżistenti. Din il-ħtieġa nħasset peress li dawn il-faċilitajiet ta' rmiġġi ma nbidlu qatt kemm ilhom li ġew installati. Mal-bdil tal-puntuni se jiżdiedu wkoll l-ispazji tal-irmiġġi għas-sajjieda Għawdxin. Dan hekk kif preżentament hemm allokati 197 post u bir-riġenerazzjoni proposta l-ispazji se jitilgħu għal 254, żieda ta' 57 post ġdid ta' rmiġġ f 'Għawdex. Il-proġett hu stmat li se jiswa mal-erba' miljun ewro. L‑aħħar ċans tiegħek san-12:30 tal-31 ta' Jannar 2018 www.centralbankmalta.org/maltese-lira Dawn il-karti tal-flus ma baqgħux valuta legali wara l-31 ta' Jannar 2008 wara li Malta adottat l-euro. Għadek biċ-ċans li ssarraf il-karti tal-flus Maltin tal- Ħames Serje f'euro san-12:30 tal-31 ta' Jannar 2018. Il-karti tal-flus kollha jistgħu jissarrfu fil-Bank Ċentrali ta' Malta, Binja Ġlormu Cassar, St James's Counterguard, il-Belt Valletta. Għal ammonti li jaqbżu il-Lm200, jekk jogħġbok ċempel fuq (+356) 2550 3520/1 bejn it-8:00 u l-16:00 għall-assistenza. ALFRED Sant staqsa lill- President tal-ECOFIN jekk wasalx iż-żmien li ssir pressjoni biex il-paga minima tiżdied b'5% waqt laqgħa mal- Ministru tal-Finanzi Bulgaru Vladislav Goranov, President tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) tal- Presidenza Bulgara. Sant qal li jekk l-Ewropa trid tiżgura suċċess fl-elezzjonijiet li qed joqorbu tal-Parlament Ewropew biex iservu ta' tappa importanti għall-proġett Ewropew, l-istati membri jridu juru li wara snin ta' awsterità, qed jaħdmu favur titjib fil- qagħda tal-familji u ċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea kollha. Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall- ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta tal- Ewroparlamentari Malti. Sant argumenta li jekk titwettaq din il-proposta fl-istati membri, ikunu bbilanċjati d-diffikultajiet imqanqla mill-kompetizzjoni. Din il-proposta jekk issir tkun aktar effettiva biex jintlaħqu l-miri tal-inflazzjoni, mill- għodda monetarji li l-Bank Ċentrali Ewropew uża f 'dawn l-aħħar snin. Miżura bħal din tista' tiġi adottata biss f 'livell ta' Kunsill, qal Dr Sant. "L-aħħar analiżi tas- sitwazzjoni ekonomika turi li l-espansjoni ekonomika fl-Unjoni Ewropea kollha u fiż-żona ewro għadha għaddejja, u saret aktar wiesgħa. Minħabba dan it- titjib ekonomiku, m'għadux jagħmel aktar sens li jintużaw l-argumenti dwar awsterità biex il-klassijiet tal-ħaddiem, il-klassijiet tan-nofs u l-pensjonanti jiċċaħħdu minn titjib fil-poter tax-xiri tagħhom, filwaqt li l-korporazzjonijiet qed jingħataw il-prosit talli qed iżidu fil-profitti tagħhom." "F'dan ir-rigward," kompla jfakkae, "żieda fil-pagi tikkontribwixxi lejn l-irkupru ekonomiku billi tnaqqas l-inugwaljanzi u tiżgura livelli għoljin ta' għixien fiż-żona Ewropea, qal il-Kap tad- Delegazzjoni Laburista fil- Parlament Ewropew." Alfred Sant jipproponi żieda ta' 5% fil-paga minima madwar l-UE kollha Titjib fil-faċilitajiet tal-Port tal-Imġarr Ritratt MGOZ - George Scerri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018