Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 22 Opinjoni D onnu s-soċjetà tagħti isem tajjeb u tilqgħu b'uliedha lil dawk li jissieħbu maċ-ċorma, bħan-nagħaġ ta' Bendu. Ma nagħtix tort lil min jissieħeb maċ-ċorma. "L-avviż biex tattendi jħajrek, u la sejjer kulħadd immur jien!" Bl- iskuża li missieri ħoloq din il-festa, allura bid-dmir li nattendi. Bl-iskuża li ma nidhirx negattiv. Bl-iskuża li rrid l-għaqda fost ħuti Maltin. Nidħol bir-ras fl-istrutturi tas-soċjetà; għax inkella nitwarrab u ma nissejjaħx aktar kampjun tat-tjubija. U n-nagħaġ ta' Bendu jibla s-sunnara sa griżmejh u jattendi bi ħġaru għaċ- ċerimonja tal-bżar fl- għajnejn li minnha gawdew il-ħbieb tal-ħbieb. Ħażin għalik, jekk titniffes u tgħid kontra l-festa tal- bżar fl-għajnejn, avolja l-organizzatur ħadem kemm felaħ kontra l-għeruq ta' dil-festa. Saħansitra remieni 'l barra minn familtu, għax qbilt bis-sħiħ ma' pajjiżi Membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea. Illum li għaddew is-snin, nirringrazzjah u nroddlu ħajr li ħadem kontrija u sabbatli rasi mal- blat. Imbgħad maż-żmien fittixt familja oħra, fejn il-merħba u l-fiduċja hi bla qies. Ma ħallejtx id-drawwiet tal-familja joħonquni. Ħallejt il-ħila tikber fija u ġibt ruħi kif imiss, mimli qawwa. Ġibt fix-xejn lil min remieni. Imma flok tkabbart, neħħejt minn fuqi l-qxur tal-injoranza minn quddiem għajnejja u komplejt nitħeġġeġ, biex insir naf aktar. Li hu żgur, li ma ridtx inkun kompliċi maċ-ċorma belha, tgħajjat bi ħġarha li l-'Partnership kienet l-aqwa għażla.' U minkejja li l-kotra ratni differenti u sejħiltli 'miġnun' għax ma kontx qed naqbel mad-djuq ta' moħħhom kburi li ruħi rebħet fuq ir-raġuni, minkejja li kbirt idduttrinat b' kotba ħomor nar dejjem f 'idi bħal "Martirju ta' Poplu", "Kliem ir-riħ" u l-"Mixja tal-ħaddiem lejn il-ħelsien" fost oħrajn. U dawk li kienu jissejħu sħabi ma damux ma dewquni lsienhom. U hawn tikkonferma li kont fit-triq is-sewwa, u tikber tassew meta tiddeċiedi li twarrab il- ħażin u tmexxi lilek innifsek mill-għixien ta' bnedmin bla moħħ, liema bnedmin li jaraw kollox aħmar jew kollox blu. L-istess bħal festa tal-bżar. Xi ġmiel ta' festa kellna, jirrepetu l-ħomor, filwaqt li l-bluni ser jaraw kollox infieq ta' flus. Jien divers u differenti, allura nara kollox min- nuċċali tal-fqar, taż-żgħar, ta' l-emarġinati. Għax filwaqt li ċċelebrajna l-festa tal-bżar fl- għajnejn, mijiet ta' postijiet tal-housing fil-Belt Valletta baqgħu fi stat tat-tielet dinja u mhux xierqa lejn il-Belt kapitali tal-kultura. Frugħa tal-frugħat u kollox frugħa. Għax filwaqt li n-numru ta' parkeġġi riżervati għal- Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern dejjem ifaqqsu u jieħdu mill-ftit li kien għad fadal għar-residenti Beltin. Basta niċċelebraw il-festa tal-bżar fl-għajnejn! Għax l-aqwa li l-passaġġi ta' ħafna toroq inbelgħu mir-ristoranti u l-ħwienet mingħajr kontroll ta' xejn u l-ebda proporzjoni raġjonevoli. Għax filwaqt li nfaqna l-miljuni għal festa tal-bżar fl-għajnejn, pero mbgħad m' għandniex biex insewwu l-bankini fiż-żoni residenzjali li lanqas għal bhejjem m'huma tajbin aħseb u ara għar-residenti Beltin. Għaliex ċerti siti fil-Belt Kapitali Ewropeja agħar minn miżbla u tħalla jiddeterjora f ' siti tal- mistħija. U wara l-festa tal-bżar fl-għajnejn, kollox reġa għal li kien. Tfejna l-ispotlights, żarmajna l-iscaffoldings, neħħejna t-tined u l-konki fejn ir-residenti jridu jiffaċċjaw il-konsegwenzi ta' strateġija li warrbet kull sens ta' bilanċ bejn dak li hu kummerċjali u dak li hu tal-komunità. Alla biss jaf x' għad irridu nisimgħu fuq din il-festa tal-bżar fl- għajnejn! Ħasra li l-kultura nbidlet f 'festa tal-bżar fl-għajnejn. U l-fqir baqa ġewwa fl- umdità, jgħodd it-truf tas-sigaretti. Il-fqir sema' mill-bogħod il-festa tal- bżar fl-għajnejn, jaħseb u jisma radju malta jittkellem waħdu. Jistaqsi lilu nniffsu u jikkonferma li hu mhu ħadd u xejn, għax filwaqt li l-massa tiċċelebra l-festa tal-bżar fl-għajnejn, hu baqa' waħdu fid-dawl ta' bozza tal-ħmistax taħt saqaf abbandunat f 'nofs il-Belt Kapitali tal-Kultura. Jien kont mistieden għal festa tal-bżar fl-għajnejn, imma ma ċedejtx quddiem l-aljenazzjoni at taparsi kulturali. Filwaqt li ma rajt xejn, m' għandix dubju mill- professjonalità tal-artisti Maltin. Il-festa tal-bżar fl-għajnejn 'U minkejja li l-kotra ratni differenti u sejħiltli "miġnun" għax ma kontx qed naqbel mad-djuq ta' moħħhom kburi li ruħi rebħet fuq ir-raġuni, minkejja li kbirt idduttrinat' 'għax filwaqt li l-massa tiċċelebra l-festa tal-bżar fl-għajnejn, hu baqa' waħdu fid-dawl ta' bozza tal-ħmistax taħt saqaf abbandunat f ' nofs il-Belt Kapitali tal-Kultura' IVAN BARTOLO