Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Iwiegħdu lill-istudenti li l-AUM fiż-Żonqor tkun miftuħa sa sentejn oħra ...mal-Kunsill Lokali jassiguraw li l-proġett fi ż-Żonqor ikun lest seba' snin minn meta joħroġ il-permess Minn Albert Gauci Cunningham F'LAQGĦA mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn nhar il-11 ta' Jannar li għadda, il-Grupp Sadeen li qed jiżviluppa l-American University of Malta (AUM) assigura lill-Kunsill Lokali illi l-iżvilupp ta' 30,000 metru kwadru fiż-Żonqor se jsir żgur. Il-grupp kien qed iwieġeb għat- tħassib tas-Sindku tal-lokal Mario Calleja fid-dawl ta' dak li sejjaħ 'għajdut fuq il-media'. Fil-fatt kienet stqarrija nhar is-6 ta' Jannar li għadda, illi fiha l-Ministeru tal-Ambjent kien qal illi l-proġett fiż-Żonqor "se jibda biss meta l-proġett ġewwa l-Baċir Numru Wieħed ta' Bormla jilħaq il-kapaċità tiegħu." S'issa n-numru ta' studenti li applikaw biex jibdew kors f 'din l-università li se tiżviluppa Sadeen huwa ta' 15 biss, skont kif irrekordjat jgħid il-Viċi President ta' Sadeen Khalid El Zayat fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill Lokali. El Zayat qal lit-tmien persuni mill-Kunsill Lokali illi l-grupp beda "bi 15-il student sabiex juri s-serjetà tiegħu f 'dan il-proġett." Lura fl-2016 kien intqal illi malli tiftaħ il-bibien tagħha din l-università suppost kelha tilqa' mat- 300 student. Raied Ebaid u Khalid El Zayat mill-Grupp Ġordaniż Sadeen, li kienu preżenti mal-perit tal-proġett fiż-Żonqor, assiguraw ukoll illi huma marbutin li jlestu l-proġett sa mhux aktar tard minn seba' snin minn mindu joħroġ il-permess mill- Awtorità tal-Ippjanar (PA). Għalkemm il-permess għadu ma ħariġx is-sit uffiċjali tal-AUM Malta, qed jgħid lill-istudenti prospettivi illi l-proġett fiż-Żonqor huwa ppjanat li jkun lest sa sentejn oħra, fl-2020. Minkejja li kienu mistoqsijin mis- Sindku għaliex ġew imkeċċijin xejn inqas minn 15-il lekċerer nhar it-3 ta' Jannar, Sadeen ma weġbux. El Zayat qal biss li din hija informazzjoni ta' natura kunfidenzjali. Qal ukoll iżda li dawn ġew mibdulin b'lekċerers oħrajn. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta Maltatoday kienu qalu illi l-vera problema li wasslet għat-tkeċċija ta' dawn il-ħaddiema kien in-nuqqas ta' interess mill-istudenti. Il-kuntratt bejn l-AUM u l-Gvern Malti ffirmat nhar il-11 ta' Marzu 2016 jgħid li l-AUM għandha tattitra, "madwar 4,000 student sar-raba' sena minn mindu jkun komplut il-proġett, b'1,000 student annwali." Dan ifisser illi sal-2023, hekk kif kollox kien ittardjat b'sena minħabba dewmien mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għolja, l-iskola jrid ikollha 4,000 student, b'1,000 student ġdid kull sena. L-Investitur u Project Manager ta' Sadeen Raied Ebaid waqt il-laqgħa mal-kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn ikkonferma li qed jistennew 150 student għal Settembru ta' din is- sena. Id-dormitorju li se jinbena fiż- Żonqor se jkollu 800 sodda għall- istudenti u 150 oħra għall-professuri. Intant fil-laqgħa l-Kunsillieri ngħataw iktar informazzjoni dwar il-proġett fiż-Żonqor. Fosthom li l-ogħla parti tal-bini se jitla' għal 24 metru, li se jsir parkeġġ illi jkun fih 200 karozza, li l-kosta mhux se tintmess mill-iżvilupp u li l-bini tal-fakultajiet se jvarja minn għoli ta' tliet sulari u erba' sulari. Waqt il-laqgħa l-perit tal-proġett kontroversjali, Ray Demicoli, kkonferma illi daqs tal-proġett se jinqasam, bi 15,000 metru kwadru fuq art barra ż-żona ta' żvilupp. Mozzjoni mill-PN... parti minnha ċċensurata Il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista John Baptist Camilleri u Charlot Cassar kienu ressqu mozzjoni fil-Kunsill Lokali biex il- Gvern jerġa' jieħu l-art taż-Żonqor u jagħmilha art pubblika li minflok tinbena pixxina mill-ġdid fil-bajja, tkun irranġata mill-ġdid. Din il-gazzetta hija infurmata li sentenza mill-mozzjoni oriġinali kienet imneħħija. Din il-parti kienet tgħid illi l-AUM falliet bil-kbir milli tilħaq il-miri tagħha. Fuq is-sit tagħhom l-AUM iwiegħdu lill-istu- denti li l-iskola tiftaħ sal-2020 L-art taż-Żonqor fejn se jsir żvilupp ta' 30,000 metru kwadru Immaġini tal-proġett f 'Wied il-Għajn