Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Intervista 13 li huma biss jafu x'inhi kultura' it-TIME magazine. Minn Karnival fuq il-baħar, Picasso u l-erba' titulari Intant l-intervista ddur lejn dak kollu li se jiġri matul din is-sena illi matulha l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Micallef jibda jelenka lista twila ta' attivitajiet li huma pubbliċi s'issa. Fost dawn hemm it-trofew tat-tazza tad-dinja li se jkun esebit f 'Malta għal ftit ħin fis-Suq tal-Belt nhar l-10 ta' Frar. "Din se tkun ċelebrazzjoni ta' sena sħiħa u għandna mal-erba' okkażjonijiet li huma kbar daqs dik li kellna s-Sibt li għadda... għandna l-attività tal-Paegent of The Seas, li se terġa' ssir għat- tieni darba u li se tinkorpora fiha teatru sħiħ fuq il-baħar. Minn xwieni, regatta, żfin, qisu karnival fuq il-baħar. Dan se jseħħ nhar is- 7 ta' Ġunju." Micallef imbagħad imur lura għal April, hawnhekk huwa jitkellem dwar attività li apparti li se tkun unika, hija probabbilment waħda mill-attivitajiet illi se jkunu parti mil-memorja kollettiva tal-poplu meta din is-sena tkun ilha li għaddiet. "L-erba' titulari tal-Belt Valletta, fi tmiem il-ġimgħa tas-7 u 8 t'April, se jkunu qed joħorġu mill-knejjes rispettivi tagħhom biex imbagħad jiltaqgħu kollha fi Pjazza San Ġorġ. Għalhekk se naqbdu dak kollu li jiġri fil-festi rispettivi u kollox se jseħħ matul din it-tmiem il-ġimgħa." It-titulari tal-Belt Valletta huma; San Duminku, San Pawl, Santu Wistin u l-Madonna tal-Karmnu. Micallef ikompli jispjega kif jsiru diversi esebizzjonijiet, b'waħda minnhom li se tinkorpora xogħol tal-pittur Picasso, fil-palazz tal-Gran Mastru. Il-Pjazza tat-Tritoni, għall-Karnival, se terġa' tkun fl-attenzjoni hekk kif se tinbidel f 'sala fil-miftuħ illi fiha se jsir ballu tal-karnival. "Se niftħu wkoll parti sostanzjali mill-mini li hemm taħt il-Belt Valletta, bid-dħul ikun quddiem il-Qorti, dan se jiftaħ f 'Marzu u se jkun fil-forma ta' mużew..." Fl-aħħar intervista li l-ILLUM kellha ma' Micallef is-sena l-oħra konna semmejna r-realtà tal-ftuħ ta' diversi boutique hotels fil-Belt. X'inhi s-sitwazzjoni llum? "Dan huwa wieħed mill-fenomeni kbar li qed toħloq ir-riġenerazzjoni tal- Belt Valletta. Illum għandna 27 Boutique hotel fil-belt Valletta u għexieren ta' applikazzjonijiet għal oħrajn." Il-kunċett tal-boutique hotels fil-Belt beda hekk kif kien ċar illi minkejja l-popolarità dejjem tiżdied tal-Belt Valletta, din il-belt kienet unika fl-Ewropa fis- sens li ma kellhiex postijiet ta' akkomodazzjoni għal dawk li xtaqu jibqgħu fil-belt u mhux imorru hemmhekk għal ġurnata waħda biss. Legat ta' belt fuq tliet pilastri... L-intervista issa waslet fit-tmiem. Micallef dejjem jitkellem dwar il-legat. X'inhu dan il-legat li dejjem jitkellem dwaru? Fejn irid jieħu lill-Belt Valletta, wara li din is-sena tkun għaddiet? Huwa jispjega kif il-legat huwa mibni fuq tliet pilastri. "L-ewwel li tinħoloq aġenzija kulturali preċiżament għall- Belt Valletta u li jkollha l-inkarigu li tara li dak kollu li beda, ikompli. Li l-attivitajiet li bdew ikomplu jsiru." Micallef jgħid illi l-Gvern qed iħares lejn din il-proposta b'mod favorevoli. "It-tieni pilastru huma l-proġetti infrastrutturali, bħall-MUŻA. Li se jkun qed jiftaħ bejn Mejju u Ġunju li ġej u li se jinkludi mużew tal-arti interattiv li jagħti opportunitajiet ġodda lill- artisti żgħażagħ u ħolqien ta' impjiegi ġodda... dan apparti proġetti oħrajn, bħad-Design Cluster." Micallef jispjega kif it-tielet pilastru u t-tielet parti mil- legat tal-Valletta 2018 kien li jitkabbar l-għarfien kulturali, li l-kultura tkun xi ħaġa li jgawduha aktar u aktar nies. ...u Micallef x'se jiġri minnu fl-aħħar tal-2018? U ladarba tispiċċa din is-sena, u allura l-Belt ma tibqax il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, iċ- Chairman tal-Valletta 2018 Jason Micallef, fejn se jkun? X'se jagħmel? "Il-prijorità tiegħi bħalissa huwa dak kollu relatat mal- Valletta 2018 u l-legat li se tħalli warajha. X'se jiġri minni wara dan, naħsibha aktar tard." L-intervista tispiċċa. Naturlament il-bidu tal- Valletta 2018 kien tajjeb, jew għallinqas hekk qisuh ħafna, imma l-kbir għadu ġej u allura l-ġudizzju finali għad irid isir. Probabbilment l-ILLUM terġa' tiltaqa' ma' Micallef, fi żmien sena oħra. (Partijiet minn din l-intervista se jidhru fuq il-programm 7t'ijiem illejla fit-8:30 pm fuq TVM2) Hawn sezzjoni żgħira ta' nies li taħseb li hi biss taf x'inhi kultura, nies li jaħsbu li huma biss jafu x'inhi arti u kultura. Din nirrifjutaha. Dan huwa snobbiżmu kulturali " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018