Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
14 illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Valletta Pawlu ta' Malta ... u tal-Belt FIRRAKKONT tiegħu fl-Atti tal-Appostli, dwar in-nawfraġju ta' San Pawl fuq il-gżira ta' Melite (Malta) fis-sena 60 WK, San Luqa jiddeskrivi fid-dettall il- laqgħa tan-nies tal-gżira mal-appostlu, u jfaħħar sew l-ospitalità unika tagħhom. Missirijietna ma damux ma ħadnu t-twemmin Nisrani, imsaħħrin mill-mirakli mwettqa minn San Pawl li nsibuhom irrakkontati minn San Luqa, li kien qed jakkumpanjah fi triqtu biex jiġi pproċċessat f 'Ruma. Il-mod kif l-Evanġelista jirrakkonta t-tluq ta' San Pawl minn Malta u d-deskrizzjoni tat-tjubija u l-ġenerożità li hu u sħabu ntwerew mill- Maltin matul it-tliet xhur li damu Malta, huma xhiedha tal-ewwel komunità Nisranija ħajja f 'Malta. Din l-istess analiżi jagħmilha wkoll San Ġwann Griżostmu (c.359-407), li fil- kummentarju tiegħu dwar in- nawfraġju ta' San Pawl f 'Malta jgħid li l-mod kif il-Maltin ġabu ruħhom mal-appostlu qabel ma telaq mill-ġżira lejn Ruma hija prova li ħafna minnhom diġà kienu aċċettaw il-Vanġelu tal-Muej. Sa minn żmien il-qedem, fuq l-għolja Xiberras li fuqha wara l-1566 inbniet il-Belt Valletta, kienet teżisti niċċa żgħira ddedikata lil San Pawl, b'tifkira tal-ġrajja mirakoluża u providenzjali tan-nawfraġju tiegħu fuq gżiritna fis-sena 60 WK. Ġrajja li kellha tniżżel isem pajjiżna fl-iskrittura mqaddsa, propju f 'kapitli 27 u 28 tal-Atti tal-Appostli miktuba mill-Evanġelista Luqa. In-nawfraġju ta' San Pawl, li b'unur u b'rispett insejħulu l-appostlu missierna, minn dejjem kienet u baqgħet meqjusa bħala l-ikbar ġrajja u l-iktar waħda importanti li seħħet fl-istorja ta' pajjiżna. Kien għalhekk xieraq, li l-Kapitlu tal-Knisja Katidrali fl-Imdina, għamar li l-Knisja Parrokkjali l-ġdida fil-Belt Valletta, li kienet qed tinbena ma' ħafna oħrajn fin-naħa ta' ġewwa tas-swar, kellha tiġi ddedikata lin-nawfraġju ta' San Pawl fuq ix-xtut tal- gżejjer Maltin propju fl-ewwel snin tal-Kristjaneżmu. Din il-knisja kienet iddestinata li ssir monument nazzjonali u simbolu tal-imħabba u d-devozzjoni tal-Maltin lejn l-Appostlu San Pawl, li kien l-istrument magħżul mill-Providenza Divina biex jippritkalna l-Bxara t-Tajba u jwaqqaf il-Knisja ta' Kristu f 'Malta, għoxrin seklu ilu. Ftit wara li tlesta l-bini tagħha, il-knisja ġdida ngħatat lill-Patrijiet Ġiżwiti, li min- naħa tagħhom mill-ewwel offrew sit ieħor lill-kappillan ta' San Pawl biex jibni knisja oħra ġdida fuqha. Fi żmien qasir inbniet knisja żgħira, iżda hekk kif il-Belt il- ġdida kompliet tikber b'rata mgħaġġla u b'konsegwenza żdiedet sostanżjalment il-popolazzjoni, inħass mill-ewwel il-bżonn ta' knisja ikbar. Għaldaqstant il-knisja eżistenti twaqqgħet u minflokha nbniet oħra fuq pjanti ġodda. Il-bini tal-knisja l-ġdida beda fl-1639 u baqa' għaddej għal kważi erbgħin sena. Il-Gran Mastri Jean Paul Lascaris Castellar (1636-57), Nicolas Cotoner (1663-80), Gregorio Carafa (1680-90) u l-Isqof Laurentius Astirias (1669-78) kollha kkontribwew somom kbar ta' flus b'risq dan il-proġett ġdid. Ikkontribwew ukoll l-Università (il- Kunsill tal-Belt), il-kleru u l-parruċċani. Il-knisja hija 35 metru twila u 22 metru wiesgħa, u tikkonsisti f 'korsija prinċipali li hija 9 metri wiesgħa, żewġ navati, sagristija fuq ix-xellug tal-knisja u oratorju fuq in-naħa tal-lemin tagħha. Fin- navati nsibu b'kollox għaxar kappelli li kollha għandhom il-koppla tagħhom. Numru sostanzjali ta' pilastri u kolonni fl-istruttura arkitettonika interjuri tagħha jagħtuha l-istil joniku tagħha. Oriġinarjament il-pjanti juru disinn tal-knisja fl-għamla ta' salib Latin, għalkemm biż- żieda tal-kappelli laterali, il- knisja issa għandha għamla ta' salib patrijarkali. Wara l-artal maġġur insibu wkoll il-kor, li tista' tasal għalih minn bieba żgħira min-naħa tal-kuritur li jinfed għal ġos-sagristija. Kif tidħol fil-knisja, għajnejn min iżurha mill-ewwel jinnutaw l-artkitettura artistika tagħha, l-għamla tal-koppla, l-affreski fis-saqaf tal-artist magħruf Attilio Palombi u fuq it-tiżjin rikk tal-iskultura fil-ġebel u fl-injam. Il-Knisja Kolleġġjata ta' San Pawl fil-Belt Valletta hija l-unika waħda f 'Malta ddedikata lill-ġrajja tan- nawfraġju tal-Appostlu. L-istoriku Malti Gio Francesco Abela jiddeskrivi lil din il-knisja fil-kitba tiegħu Descrittione di Malta (1647) bħala 'tempju mill-isbaħ'. Din il-knisja għal żmien twil kienet titqies bħala l-knisja tal- Isqof ta' Malta fil-Belt Valletta, peress li l-Knisja Konventwali ta' San Ġwann kienet propjetà tal-Ordni tal-Kavallieri. Il- Knisja Parrokkjali ta' San Pawl fil-Belt ġiet mgħollija għad- dinjità ta' Knisja Kolleġġjata fl-1733. Peress li l-Belt Valletta dejjem kienet iċ-ċentru tal- attività kummerċjali fil-ġżejjer Maltin, fil-Knisja ta' San Pawl twaqqfu numru ta' xirkiet ta' snajja' jew kif kienu magħrufa aħjar fratellanzi. Dawn kienu jinkludu dawk għal tal-merċa, tal-laħam, tal-ħut u tal-ħaxix. Nhar il-festa tal-qaddis patrun tagħhom, San Krispin u San Krispinjanu, il-membri tal-fratellanza tal-iskrapan kienu jirregalaw par żarbun ġdid lir-rettur tal-fratellanza; in-negozjanti, sidien tad- dverni u kokijiet kienu jagħtu dramiġġjana nbid lir-rettur tagħhom filwaqt li l-bejjiegħa tad-drappijiet, ħajjata u nissieġa kienu jagħtuh suttana ġdida. Fost il-ħafna benefatturi ta' din il-Knisja Kolleġġjata nsibu lil Sir Richard More O'Ferrall (1847-51), li kien kattoliku Irlandiż u Gvernatur ta' Malta. Huwa rregala lil din il-knisja, mazza tal-fidda u għal dan il-għan insibu l-pittura tiegħu mpittra biż-żejt minn Giuseppe Calleja mdendla fis- sagristija tal-knisja. Il-kwadru titulari tal-knisja, li jfakkar in-nawfraġju f 'Malta tal-Appostlu Missierna, tpitter mill-artist Matteo Perez d'Aleccio (1547-1616), li kien segwaċi ta' Michelangelo, u li baqa' jissemma għax-xeni tal-Assedju l-Kbir ta' Malta li pitter mal-ħitan tal-Palazz tal-Gran Mastri fil-Belt Valletta. Il-kwadru titulari tal- kolleġġjata ġie kkummissjonat u tħallas mill-Isqof ta' Malta Tommaso Gargallo (1578- 1614). L-arkitett Lorenzo Gafà (1630-1710) u ħuh l-iskultur Melchiorre (1635-67), it-tnejn kellhom sehem importanti ħafna fil-bini u d-dekorazzjoni tal-Kolleġġjata Pawlina. Lorenzo ddisinja l-koppla eliptika tagħha filwaqt li Melchiorre skolpa fl-injam l-istatwa titulari maestuża ta' San Pawl, li saret fil-bottega tiegħu f 'Ruma. L-istatwa CLIFFORD GALEA Ilbieraħ kienet iċċelebrata l-Festa ta' San Pawl Nawfragu fi l-Belt Valletta... ħarsa lura lejn l-istorja tal-festa u tal-Knisja li minnha joħroġ 'Pawlu'