Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 20 Opinjoni Il-ġudizzju f 'idejn il-poplu Miriam Dalli hija MEP Laburista I l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea huma r-rispett għad-dinjità umana u d-drittijiet umani, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u s-saltna tad- dritt. Dawn huma l-valuri li jgħaqqdu l-istati membri u dawn huma l-valuri li jagħmlu l-Unjoni Ewropea. Dawn huma l-istess valuri u prinċipji li jsawru lilna l-Maltin u Għawdxin, imnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna. Mhumiex biss fuq il-karta imma narawhom fil-prattika fil-ġurnata ta' kuljum. Naraw il-protezzjoni tal- aktar vulnerabbli fis-sistema tas-saħħa tagħna u s-sistema ta' sapport soċjali; narawha fl-aċċess għall-edukazzjoni li jingħata lil kulħadd b'mod ugwali; narawha fl-għajnuna lin-nies li ma għandhomx saqaf fuq rashom jew li jinsabu fil-faqar jew li qegħdin fir-riskju ta' esklużjoni soċjali. Narawha fl-impenn biex niġġieldu l-abbużi, biex nindirizzaw l-inugwaljanzi, fil-liġijiet aktar b'saħħithom li jipproteġu vittmi minn kull tip ta' vjolenza, ġejja minn fejn ġejja; narawha fl-implimentazzjoni ta' libertajiet ġodda u fl- infurzar tal-liġijiet; fil- ħidma tal-Pulizija kontra t-traffikanti tad-droga; fir-riformi u fit-twettiq tal-leġiżlazzjoni li tagħmel lill-politiku responsabbli għall-għemil tiegħu, jgħaddi kemm jgħaddi żmien. Narawha meta l-leġiżlatur jidħol fi djalogu biex jiġu aġġornati l-liġijiet u meta r-risposta għall-kritika tkun leġiżlazzjoni aktar b'saħħitha. Huwa għalhekk ta' diżappunt kbir mhux biss personali, imma anke fuq livell nazzjonali, meta nara Membri Parlamentari Ewropej, ipinġu stampa ta' Malta li l-maġġoranza tagħna ma jidentifikawx ruħhom magħha. Din il-ġimgħa fil- Parlament Ewropew, waqt il-kumitat tal-libertaijiet ċivili, il-Ministru Owen Bonnici kellu 10 minuti biex jirrispondi għall- mistqosijiet ta' madwar 13-il persuna, kollha bl- impressjoni li Malta huwa pajjiż fejn il-ġurnalisti huma mhedda; fejn ir-rule of law ma titħaddimx. Ma stajtx nattendi għax bħalissa ninsab fl-Istati Uniti nsegwi programm organizzat mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan flimkien ma' politiċi oħra, imma segwejt kif kien hemm min iddeskriva lil Malta bħalha 'l-ħolqa dgħajfa' tal-Unjoni Ewropea. Kien hemm iżda wkoll min staqsa kemm ir- rapport li għamlet id- delegazzjoni li ġiet Malta seta' jittieħed bis-serjetà meta d-delegazzjoni ma ltaqgħetx mal-midja kollha li topera f´Malta; meta kien hemm mistoqsijiet li ma ġewx imwieġba; meta n-nies li ltaqgħu magħhom kienu jinkludu kunsillier tal-Partit Nazzjonalista u eks assistent tal-eks Ministru Austin Gatt. Kien hemm min qal li l-Gvern ipprova jixtri l-voti bit-tenders: ironikament, fl-istess ħin li l-Qorti f 'Malta kkonfermat kif il-kumpaniji tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ingħataw iktar minn €1,500,000 f ' 'direct orders' taħt amministrazzjonijiet preċedenti ta' Gvern Nazzjonalista. Il-Ministru Bonnici attenda għal-laqgħa tal- Parlament Ewropew għax b'mod ġenwin jinteressah jiddiskuti mal-Membri Parlamentari Ewropej. L-istess ġenwinità mhijiex riflessa f 'ċertu Membri Parlamentari Ewropej li kkritikaw lil Bonnici b'diżrispett. Għal dawn l-aħħar xhur, il-ħidma tiegħi u tal-kollegi kienet iffukata fuq li nuri l-istampa reali ta' dak li qed jiġri f´Malta. Kienet ħidma kontinwa biex niltaqa' ma' Membri Parlamentari Ewropej, inkluż mill-grupp politiku tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Ir-realtà hi li min irid jattakka lil pajjiżna qed isib l-affarijiet ħarir. Il- propoganda kontra pajjiżna fl-istituzzjonijiet Ewropej u 'l barra minnhom hija waħda ppjanata fid-dettall u strateġika u dan qed jidher bl-aktar mod evidenti. Qrajt b'interess dak li qal il-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, meta mistoqsi mill-gazzetta MaltaToday dwar ir-riskju li Malta titlef id-dritt tal-vot fl-Unjoni Ewropea jekk jiskatta Artiklu 7. Skont Delia, il-Partit Nazzjonalista se jopponi kull forma ta' talba mill-Unjoni Ewropea biex jiskatta Artiklu 7 kontra Malta. Interessanti issa li l-istess gazzetta wkoll qalet li sorsi fi ħdan il-kumitat PANA qalu li Casa wkoll irrakkomanda lill-kollegi tiegħu biex jiskattaw Artiklu 7 kontra Malta, xi ħaġa li Casa insista mal-midja li mhux minnu. Sa Novembru li għadda, l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista, ikkwotati fil-midja, iddeskrivew s-sitwazzjoni f´Malta bħalha waħda fejn "ir-rule of law kienet qiegħda tiġi mdgħajfa b'mod intenzjonat u sistematiku, bil-kollass sussegwenti li beda numru ta' snin ilu u issa waslet f 'punt fejn il-kompjaċenza hija inaċċettabbli" ("The intentional, systematic weakening and subsequent collapse of the rule of law in Malta started a number of years ago and has now culminated to a point that renders complacency unacceptable." Times of Malta, November 15, 2017). Sa dil-ġimgħa stess, l-istess esponenti tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew komplew ipinġu lil Malta bħala pajjiż mifni bil-korruzzjoni, b'kultura ta' impunità u fejn il-vuċi taċ- ċittadini tiġi injorata. Kien propju f 'Diċembru li għadda stess, meta ċ-chairman tal-kumitat PANA Werner Langen - li ġej mill-familja tal-Partit Popolari Ewropew - hedded li l-kumitat PANA, irid jara li jkompli jiżdied l-moniteraġġ fuq Malta, jekk hemm bżonn anke permezz ta' Artiklu 7. L-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew jinsabu wara l-bieb, u kulħadd kapaċi jiġġudika meta jasal il-mument. L-importanti li ma nħallux lil min ikissirna bħala pajjiż għax jinteressah biss il-poter. Miriam Dalli se tibda tikteb fuq il-gazzetta ILLUM kull l-aħħar Ħadd tax-xhar. MIRIAM DALLI L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jinsabu wara l-bieb, u kulħadd kapaċi jiġġudika meta jasal il-mument. L-importanti li ma nħallux lil min ikissirna bħala pajjiż għax jinteressah biss il-poter