Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
3 Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018| illum Aħbarijiet Skiet perfett fuq il-każ ta' match fixing ta' Tarxien KIENET il-gazzetta ILLUM li f 'Diċembru li għadda żvelat li l-Pulizija flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta (MFA) kienet fetħet investigazzjoni fuq numru ta' plejers mit-tim ta' Tarxien Rainbows li allegatament kienu mdaħħlin f 'ċirku ta' 'match-fixing'. Fid-dawl ta' din l-istorja, din il-gazzetta bagħtet għadd ta' mistoqsijiet lill-Pulizija. L-ILLUM staqsiet f 'liema stadju waslet l-investigazzjoni kif ukoll jekk il-Pulizija kinetx se tressaq lil xi persuna bl- akkużi ta' tixħim. Minkejja dan il-Pulizija qalet biss illi f 'dan il-mument ma setgħetx tagħti aktar dettalji dwar il-każ inkwistjoni. L-ILLUM għamlet ukoll kuntatt mal-Malta Football Association (MFA), biex tistaqsi aktar dwar l-akkużi fuq numru ta' plejers ta' dan it-tim partikolari. Ir-risposta tal-kelliem tal-MFA kienet illi kulma jafu s'issa huwa li l-investigazzjoni għadha għaddejja. Sorsi ferm viċin Tarxien Rainbows lura fil-5 ta' Diċembru kienu żvelaw mal- ILLUM, li b'kollox ħames plejers qegħdin jiġu investigati u li kienu nies minn ħdan il-kumitat tal-klabb stess li għaddew informazzjoni lill-Pulizija wara li saru jafu b'dawn il-każijiet. Fost dawk il-persuni f 'nofs l-investigazzjoni hemm xi plejers li fil-passat għamlu parti mill-istruttura ġovanili tat-tim nazzjonali Malti. Ikkuntatjat mill-ILLUM, l-Uffiċjal għall-Integrità tal-MFA, Franz Tabone kien ikkonferma li għaddejja l-investigazzjoni fuq il-każ, però hu ma elaborax aktar. Lura għal Marzu tal-2016, il-Pulizija kienet fetħet investigazzjoni fuq diversi plejers li kienu jagħmlu parti mit-tim Malti ta' taħt il-21 sena, wara li Franz Tabone, Integrity Officer tal-MFA kien għadda informazzjoni rigward każ ta' xiri ta' plejers fil-logħba U-21 Malta v Montenegro. Il-bidu tal-2018, ma tantx kien wieħed sabiħ għall- futbol lokali. Fit-tmienja ta' Jannar, l-eks tim manager ta' Pembroke Athleta, Uchenna Anyanwu, ingħata sentenza ta' sena ħabs, sospiża għal sentejn, kif ukoll multa ta' €1,000 wara li nstab ħati ta' attentat ta' korruzzjoni. Lura għal Jannar u Frar tal-2016, Anyanwu kien ipprova jxaħħam żewġ plejers mit-tim ta' Mosta bl-għan li jirranġa r-riżultat tal-partita. L-għada, il-Bord tal-Kontroll, l-Etika u d-Dixxiplina tal- UEFA impona sospensjoni fuq sitt plejers ta' taħt il-21 sena ta' Malta. Dan wara każ ta' tixħim li sar lura fl-2016 waqt il-logħbiet kontra l-Montenegro u r-Repubblika Ċeka. Kyle Cesare u Manuel Briffa ngħataw is-sospensjoni għal għomorhom minħabba akkużi ta' rranġar tal-logħob, Samir Palmier Arab ingħata sospensjoni ta' sentejn, Ryan Camenzuli weħel sena u nofs sospensjoni waqt li Llywelyn Cremona u Luke Montebello weħlu sena kull wieħed minħabba li naqsu milli jirrapportaw it-tixħim. Kien biss il-gowlkiper ta' Luxol Matthew Calleja Cremona li ġie meħlus minn kull akkuża. Madankollu id-difensur Emmanuel Briffa, wieħed mil-plejers li ngħata is- sospenssjoni għal għomru qed jinsisti li hu innoċenti u li se jkun qed jiftaħ appel għall- verdett tal-UEFA. F'kummenti mal-gazzetta oħt, MaltaToday, permezz tal-kelliem tiegħu, Briffa qal li hu kien se jibqa' jipprotesta l-innoċenza tiegħu, li skontu kienet ukoll rikonoxxuta mill-qrati kriminali fis-sentenza tagħha. F'Awwissu tal-2016 kemm Cesare kif ukoll Briffa kienu ġew liberati mill-akkużi ta' 'match fixing' relatati mal- logħba kontra l-Montenegro f 'qorti lokali. Fl-istess xahar, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima nieda konsultazzjoni pubblika dwar liġi proposta biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-isports, l-abbozz se jtejjeb il-liġijiet attwali li jiffissaw il-'match fixing', estensjoni tal-ġurisdizzjoni ta' Malta fuq persuni involuti fil- korruzzjoni, filwaqt li joffri wkoll protezzjoni lil 'whistleblowers' li jitkellmu kontra l-korruzzjoni. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Aktar minn xahar wara li l-ILLUM żvelat il-każ ta' tixħim li jinvolvi aktar minn 4 plejers… Skiet perfett fuq il-każ ta' Skiet perfett fuq il-każ ta' Skiet perfett fuq il-każ ta' Il-Kunsill tal-MFA mistenni jiltaqa' aktar tard din il-ġimgħa T kompli minn paġna 1 LILLUM staqsiet lill-MFA jekk l-organizzazzjoni ta' attivitajiet politiċi hix permessa fi kwalunkwe klabb tal-futbol, skont l-istatut tal-istess assoċjazzjoni u jekk mhux permess, x'azzjoni l-istess MFA għandha s-setgħa li tieħu kontra kwalunkwe klabb. Kelliem tal-MFA qal illi l-istatut "ma jgħid xejn dwar dan, għajr li l-MFA trid tkun newtrali fejn tidħol politika." "Min-naħa l-oħra," kompla jgħid il-kelliem, "ir-regolamenti dwar il-klabbs jistipulaw li; l-ebda attività politika ma tista' tkun permessa minn kumitat li jimmaniġġja klabb fuq il- proprjetà nnifisha jew f 'xi bini fejn isir taħriġ." (No political activities of any sort shall be permitted by a Member Club's Management Committee on the premises or at training infrastructure of its Club.) L-istess regolamenti jagħmluha ċara wkoll illi l-Kunsill (tal-MFA) "tikkastiga dan it-tip ta' ksur ta' dawn il- proviżjonijiet, kif tħoss li huwa l-aħjar." "Kif appuntu jistipula dan ir-regolament," qal il-kelliem lill-ILLUM, huwa l-Kunsill tal- MFA li jiddeċiedi kienx hemm ksur tar-regolamenti u jekk għandhiex tittieħed xi miżura." Minkejja dan il-Kelliem tal- Malta Football Association ma xtaqx jippreċiża eżatt f 'liema Kunsill se tkun diskussa din il-materja. Din il-gazzetta tinsab infurmata illi l-Kunsill li jmiss tal-MFA se jiltaqa' din il- ġimgħa. Apparti l-attività tal-Partit Laburista l-Ħadd li għadda, kien is-Segretarju ta' Tarxien Rainbows Joe Spiteri stess li f 'kummenti mal-midja tal- Partit Laburista kkonferma li Delia wkoll kien organizza attivitajiet politiċi fil-binja tal- klabb.