Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt ODZ, SLAPP u x'jimpurtani... F l-1995, il-kant- awtur Philip Vella, kien ħareġ diska li saret popolari ħafna f 'pajjiżna u li jisimha 'X'jimpurtani'. Kont tismagħha kważi kullimkien. Ftakarna f 'din il-kelma u l-messaġġ wara l-istess diska ftit iktar minn ġimgħa ilu, meta fuq il-programm Xarabank Deputat min- naħa tal-Gvern qal illi n-nies ma jimpurtahomx ta' min hu l-Vitals, in- nies jimpurtahom biss li meta jmorru l-isptar isibu l-mediċini u li ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jistennew f 'lista ta' stennija (għal xi operazzjoni) li ma tispiċċa qatt. Dan l-argument huwa vera minn angolu, imma fallaċi min-naħa l-oħra. Dażgur li l-poplu jrid isib il-mediċini, dażgur li ma jridx jistenna f 'listi ta' stennija, dażgur li jrid iħallas kontijiet inqas tad-dawl u l-ilma, dażgur li jrid illi jistenna inqas fit-traffiku u jieħu nifs b'arja iktar nadifa. Dażgur u dażgur. Imma dan kollu ma jfissirx li proċess, hu x'inhu, jista' jkun inqas trasparenti. Jiġifieri għax issib il-pirmli l-isptar għandna naċċettaw proċessi jintnu seba' pesti li jinvolvu assi tal-pajjiż? Jiġifieri li naqsu l-'waiting- lists', kisba pożittiva ta' Gvern Laburista, hija raġuni tajba biżżejjed biex ma nkunux nafu f 'idejn min kienu tliet proprjetajiet pubbliċi? Mela t-tajjeb isir biex jgħatti l-ħażin? Mela l-effiċjenza qiegħda hemm biex isservi ta' paraventu għall-proċessi li jinkludu assi pubbliċi u politiċi f 'pożizzjoni għolja? Dan x'argument hu? Inkunu lħaqna sitwazzjoni ottima, meta l-pirmli nsibuhom, kif jidher li qed jiġri, meta l-'waiting lists' jonqsu kif, jidher li qed jiġri, imma wkoll li jkun hemm trasparenza sħiħa ta' kif ikunu negozjati proprjetajiet pubbliċi. Xi ħaġa li ma jidhirx li qed tiġri. Għax mill-Ħadd li għadda sal-bieraħ, il-gazzetta oħt Maltatoday ippubblikat storja li turi illi Vitals ingħataw id-diskrezzjoni li jestendu l-konċessjoni għal 99 sena, minflok it-30 sena li konna mingħalina li suppost ingħataw. U gazzetta oħra, The Sunday Times, ippubblikat storja illi żvelat ukoll kif kien sar Memorandum of Understanding (MOU) mal-ogħla uffiċjali wara l-Vitals Global Healthcare xhur qabel ma fil-fatt ħarġet l-espressjoni ta' interess għall-proġett. Dażgur li l-poplu għandu jimpurtah dwar dak li jolqot lilu. Il-pirmli fl-isptar jolqtu lilu, il-'waiting lists' jolqtu lilu, il-kontijiet jolqtu lilu, ix-xogħol jolqot lilu, il- paga tolqot lilu u iva, l-assi pubbliċi tal-pajjiż jolqtu lilu wkoll. Għax huma tiegħu. U jekk għadu mhux qed jinkwieta u għadu qed jgħid, 'u jien, x'jimpurtani' qed jagħmel ħażin. Qed juri li lil hinn mill-emozzjoni, għadu mhux verament qed irabbi sens ta' pussess fuq dak li wara kollox, huwa tiegħu... ODZ is ODZ U 'x'jimpurtani' oħra din il-ġimgħa. Kumpanija tapplika biex tibni restorant fuq art barra ż-żona tal- iżvilupp (ODZ). Tiftakruha 'ODZ is ODZ' tal-eks PM Lawrence Gonzi? X'sar minnha? Wasal iż-żmien li kull biċċa art ODZ, anke jekk hija nofs kantuniera, lanqas applikazzjoni ta' żvilupp għaliha ma jista' jsir. Xejn. Żero. Mhux għadna għaddejjin nibnu qisna ngħixu f 'xi kontinent. U minn 'ODZ is ODZ' morna għal 'ODZ is ODZ, sakemm... ma tkunx skola, xi Università Amerikana, sptar... imbagħad erġajna għidna sakemm ma tkunx agrituriżmu u issa qed jidħlu applikazzjonijiet għal ristoranti wkoll. Imbagħad, xi pompa tal-petrol, naturalment. Dwar il-pompi tal-petrol nistgħu nagħmlu editorjal sħiħ, imma biżżejjed ngħidu li fin-naħiet ta' Burmarrad/ San Pawl il-Baħar hemm waħda li bdiet tinbena issa (ħdejn stabbiliment kbir tal-ħwejjeġ), ftit metri oħra hemm pompa tal-petrol oħra, eżatt xħin tidħol San Pawl il-Baħar u jekk ma tridx, oħra faċċata tagħha. Tliet pompi fi spazju ta' 30 sekonda sewqan. Imma x'jimpurtani. L-aqwa li meta jkolli bżonn għandi pompa tal-petrol eżatt m'għajni. X'jimpurtani mill-art u mill-ODZ u mill- art li qed tittiekel u minn dawk kollha 'li moħħhom fl-gremxul'. U finalment, l-ISLAPP. Din il-gazzetta ma jinteressaha xejn li kien id-Deputat Jason Azzopardi li ressaq Private Members Bill biex il-Gvern jipproteġi lill-midja minn dawk li jintimidaw billi jheddu gazzetta jew dar tal-midja f 'libelli li jġibuha għarkopptejha. Jinteressaha biss li dak ta' Azzopardi huwa pass li, tal-anqas prima facie u fuq il-prinċipju, għandu jkun appoġġjat... hemm liġijiet tal-libell f 'pajjiżna u min iħossu immalafamat jew inġurjat jista' jfittex rimedju fil-Qrati Maltin. Ħadd m'għandu jkollu id libera li jipprova jhedded permezz ta' proċessi ta' libelli, magħmulin apposta biex ikissru u jagħlqu ħalq midja. Inħeġġu lill-Partit Laburista biex jagħti appoġġ lil dan l-abbozz. Nisperaw li anke hawn mhux se jkollna ħafna li jgħidulna, 'u n-nies x'jimpurtahom mill-ISLAPP u l-libertà tal-espressjoni, l-aqwa li...' U fi kliem Vella fid-diska tal-1995; "Jimpurtani biss l-but. Jimpurtani min se jmut, basta jħalli lili nferefer u paxxut..." 22 sena wara, inbidel xi ħaġa? Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018