Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293
illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 Sports 34 TONY Drago huwa wieħed minn dawk il-plejers ferm influwenti fil-logħba tal-isnooker kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Għandu personalità mill-aqwa u fl-istess ħin teknika li tagħmlu ferm effettiv u preċiż fil-mossi tiegħu. Kapaċi jkun veloċi fir-risposti tiegħu fuq il-mejda u jattakka b'tali mod illi jġib punti mportanti sabiex ikompli jilgħab boċċa wara l-oħra. Ġie ispirat minn missieru sabiex jaqbad din il-logħba tant sabiħa u għamel żmien twil jgħix l-Ingilterra sakemm qaleb għal stat professjonali. Għamel brejk f '210 sekondi biss waqt il-UK Championship u għandu r-rekord tal-iktar frame veloċi ta' tliet minuti li għamel fl-1998 fil- finali ta' Stoke kontra Danny Fowler. Hu ddebutta fil-kampjonat tad- dinja fl-1986 u fl-ewwel dehra tiegħu fit-Teatru Crucible ta' Sheffield għeleb lil Alex Higgins u Dennis Taylor sabiex wasal sal-kwarti tal- finali ta' din il-kompetizzjoni. F'din il-fażi ltaqa' ma' Steve Davis iżda ma rnexxielux jirbaħlu minħabba illi ħadlu biss 4 frames minn 25. Drago wasal sal-finali tal-Open Internazzjonali ta' Aberdeen meta rebaħ lil John Parrott bl-iskor ta' 5-3 fil-kwarti tal-finali u lil John Higgins fis-semifinali bl-iskor ta' 6-5. Minkejja kollox ma rnexxielux jirbaħ lil Stephen Hendry hekk kif sofra telfa ta' 9-1. Barra mill-mejda tas-snooker hu partitarju kbir tal-klabb Taljan ta' Juventus. Tony huwa bniedem illi jgħix f 'dan l-isport u tinduna bil-mod ta' kif jitkellem dwaru u għall-imħabba illi għandu lejn din il-logħba tant sabiħa. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn is- snooker? Din l-imħabba lejn dan l-isport tant sabiħ ġiet b'mod naturali ħafna peress illi jien kont immur ħafna ma' missieri u niftakar illi dak iż-żmien kont noqgħod inwaddab il-boċċi u fl-istess ħin nipprova nilgħab. Nammetti illi kont għadni xi ftit żgħir u ma tantx kienu jħalluni nilgħab. Minkejja kollox jien kelli tir f 'moħħi. Dik illi nsir plejer tas- snooker u b'xi mod irnexxieli! Kif irnexxielek tiżviluppa l-ħiliet tiegħek f 'dan l-isport illi tant tħobb? Niftakar illi darba ġew l-Ingliżi f 'Malta u riedu jilagħbu partita ta' ħbiberija magħna. Jien dħalt parti mit-tim u wieħed minn dawk illi lgħabna kontrihom kien plejer professjonali. Dan kien impressjonat bil-wirja tiegħi tant illi stedinni sabiex nilgħab f 'turnament fl- Ingilterra u jien ma ħsibthiex darbtejn u aċċettajt mal-ewwel. B'sodisfazzjon kbir mort ferm tajjeb hemmhekk tant illi rbaħt xi turnaments. L-Ingliżi kienu kuntenti bil-wirjiet tiegħi u kien għalhekk illi stednuni naqleb b'mod professjonali f 'dan l-isport. Naf illi wara mort tilgħab l-Ingilterra. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek f 'dan il-pajjiż. Iva, kienet is-sena 1983 meta kont għadni kemm għalaqt it-18-il sena. Kienet ser tibda ħajja ġdida għalija. Hemmhekk kont qed nipprattika ħafna u bil-mod il-mod bdejt nara progress kbir fil-logħob tiegħi. Niftakar illi fl-1984 kont irbaħt il-kampjonat Malti għall-plejers amateurs meta rnexxieli saħansitra nagħmel break tajjeb ta' 132. Wara dan is-suċċess iddeċidejt illi naqleb bħala plejer professjonali tas-snooker sena wara, jiġifieri fl- 1985 u wara li pparteċipajt b'suċċess fil-GrandPrix u l-UK Championship, irnexxieli nasal sas-37 post fir- rankings. Bil-mod il-mod bdejt inħossni nitjieb u sas-sena 1986 irnexxieli nitla' ħames skaluni oħra biex wasalt sat-32 post. Kemm sibtha diffiċli taqleb għall- ħajja ġdida meta bdejt tgħix l-Ingilterra? Kienet diffiċli ħafna tgħix l-Ingilterra waħdek għal ħafna raġunijiet. L-istil ta' ħajja tagħna l-Maltin hu differenti minn dak Ingliż u anke fit-temp hemm differenza kbira. Meta kont hemmhekk, kif għedtlek kelli biss 18-il sena, kont tifel wieħed u għalhekk kont nimmisjaha ħafna lil ommi. Naħseb għal bidu dawn l-affarijiet huma naturali. Kif beda jgħaddi ż-żmien bdejt naċċetta li ridt ngħix hemm jekk verament kelli l-intenzjoni illi nitjieb fl-isnooker. Madankollu wara ċertu żmien sirt inħobbu dan il-pajjiż, għamilt ħafna ħbieb u fuq kollox qgħadt mhux ħażin hemmhekk. Hemm xi logħba li tiftakar aktar minn oħrajn li lgħabt fiha u rbaħt? Iva, niftakar b'għożża kbira l-logħba li rbaħt kontra Stephen Hendry fis-sena 1999 f 'Wembley. Dakinhar kont 4-1 minn u l-avversarju tiegħi kien beda tajjeb ħafna din il-logħba. Minkejja kollox jien ma qtajtx qalbi u b'determinazzjoni kbira rrispondejt għall-attakki tiegħu u f 'mument minnhom sibtu mhux iffukat tant illi spiċċajt irbaħtlu 6-4. L-aħħar tliet fażijiet tal-logħba kienu f 'idejja u s-sodisfazzjon illi ħassejt meta ksibt ir-rebħa kien kbir wisq biex niddeskrivih. Naf illi int kont għamilt żmien fost l-aqwa għaxar plejers tal-isnooker tad-dinja. Bla dubju dan kien unur ferm kbir għalik u għall-karriera tiegħek. X'fisser għalik dan kollu? Meta kont ġejt magħżul mal-aqwa għaxar plejers tad-dinja għalija kien ifisser ħafna wara dak it-taħriġ kollu. Kont irsistejt ħafna sabiex wasalt għal dik il-fażi u hija xi ħaġa illi mhux ser ninsieha. Ninsab kburi ħafna li wasalt sa din il-fażi hekk għolja fil-karriera tiegħi. Issa li m'għadnix aktar hemm iktar naraha bħala memorja sabiħa illi rnexxieli nasal għaliha. Ħa nsemmilek plejers tal-isnooker ieħor. Dan huwa Brian Cini. Dan tal-aħħar ukoll jinsab jitħarreġ l-Ingilterra. Ħafna jgħidu illi Brian jista' jilħaq il-livell tiegħek. X'tikkumenta fuq dan il-plejer żagħżugħ? Naf illi preżentement Brian għandu xi 22 sena. Ma narax illi wieħed għandu jikkompara lili miegħu u viċeversa. Nemmen illi mhux daqshekk faċli illi hu jilħaq fejn ilħaqt jien fil-passat għalkemm naf illi huwa bniedem kapaċi jagħti logħba iebsa lil kulħadd. Fis-snin disgħin meta jien kont fl-aqwa tiegħi, bqajt nitħarreġ f 'dan l-isport bis-serjetà u l-istess irid jagħmel Brian sabiex iżid il-livell tiegħu. Jien minn hawn nawguralu kull suċċess sabiex jasal għall- ambizzjonijiet tiegħu. Kif rajt il-logħba tal-isnooker tinbidel matul is-snin f 'Malta? Fil-verità dan l-isport rajtu jinbidel ħafna miż-żmien li kont nieħu sehem fih jien għalissa. Illum il-ġurnata hemm ħafna Ċiniżi żgħażagħ minn 14-il sena 'l fuq illi bdew jitħarrġu f 'dan l-isport minn meta kienu żgħar u llum qed itejbu l-ħiliet tagħhom b'mod ferm effettiv. Illum aħna l-Maltin għandna lil Brian Cini illi qed juri li qed jagħmel progress kbir fis-snooker. Minn hawn nixtieq nawguralu sabiex bil- mod il-mod ikompli jitjieb u min jaf forsi jirnexxielu jaqleb professjonali. Jien nemmen illi għandu ċans kbir iktar u iktar jekk imur tajjeb fil- logħob ta' kwalifikazzjoni illi għandu f 'Ġibiltà. Biex nerġa' niġi għall-mistoqsija li saqsejtni iva nbidlet sew din il-logħba għax illum kulħadd irid jilgħabha. Illum il-ġurnata l-isnooker qed jiġi muri b'mod frekwenti fuq it-televixin. Anke l-mod ta' kif tiġi murija logħba snooker inbidel għax dan iż-żmien tara kull rokna possibbli tal-mejda, l-espressjoni fuq wiċċ il-plejer u ħafna dettalji oħra ferm sinjifikanti. X'inhi l-iktar ħaġa importanti li għandu jkollu plejertas-snooker? L-ewwel ħaġa huwa importanti ferm illi jkollok id-dedikazzjoni u li fl-istess ħin tkun tilgħab minn qalbek. Plejer tal-isnooker ma jridx jara biss il-premju li ser jirbaħ fl- aħħar tat-turnament iżda li jasal għalih b'mod gradwali. Se jkun hemm mumenti fejn ser tkun qed tilgħab għall-gost qabel ma titla' skaluna oħra. Minkejja kollox kulħadd irid jgħaddi minn dan l-istadju sakemm jasal għal stat professjonali. Kif nafu d-dinja ma saritx f 'daqqa. Imbagħad biex plejers tal-isnooker jirnexxi jkun hemm bżonn ħafna taħriġ sabiex tiffoka dejjem iktar u bil-mod il-mod jirnexxielek timmira sew. Naf illi f 'Marzu li ġej f 'pajjiżna ser isir il-kampjonat tad-dinja tal- amateurs. Se tkun qed tieħu sehem f 'dan it-turnament? Jien nispera li nkun nista' nieħu sehem f 'dan it-turnament ferm prestiġġjuż iktar u iktar għax ser ikun qed isir hawn Malta. Fil-fatt min jirbaħha jista' jerġa' jieħu sehem Tony Drago: Il-Leġġenda Maltija Cristian Antony Muscat Tony Drago - plejer leġġendarju Malti tal-isnooker li għamel isem għalih kemm f 'pajjiżna u speċjalment barra minn xtutna bis-suċċessi inkredibbli li rnexxielu jikseb f 'dan l-isport. "Meta kont ġejt magħżul mal-aqwa għaxar plejers tad-dinja għalija kien ifisser ħafna wara dak it- taħriġ kollu. Kont irsistejt ħafna sabiex wasalt għal dik il-fażi u hija xi ħaġa illi mhux ser ninsieha. Ninsab kburi ħafna li wasalt sa din il-fażi hekk għolja fil-karriera tiegħi. Issa li m'għadnix aktar hemm iktar naraha bħala memorja sabiħa illi rnexxieli nasal għaliha."