Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Esportaturi interessati ghall- esportazzjoni tat- tonn ghas- sena 2017 jistghu jigbru il- formoli tat- tender mill- ufficini imsemmija hawn taht. Is- sejha ghall- Offerti taghlaq il- Gimgha 16 ta' Frar 2018 fil- 11a.m. Koperattiva Nazzjonali tas- Sajd Ltd "Dar is- Sajjieda" Xatt is- Sajjieda M'Xlokk Tel: 21659391 Ghaqda Kooperattiva tas- Sajd Ltd "ID Dwana" Xatt is- Sajieda, M'Xlokk Tel :21653826 Offerti ghall- Esportazzjoni tat- tonn ghas- sena 2018 42% tal-persuni kollha li jagħmlu HI kważi awtomatika li mal-għeluq tat-18-il sena, iż-żgħażagħ jibdew il-proċess sabiex jiksbu l-liċenzja tas-sewqan. Minkejja dan, skont ċifri li għandha f 'idejha l-ILLUM, jidher li dan it-test mhuwiex daqshekk faċli daqs kemm wieħed jimmaġina. Dan hekk kif fl-2017 saru 13,550 test u minn dawn fallew 5,756 persuna. Dan ifisser li 42% ta' dawk kollha li għamlu test m'għaddewx. Min-naħa l-oħra iżda, kienu 7,794 persuna li għaddew. Dan ifisser li r-rata ta' suċċess għall-applikanti tat-test tas-sewqan hi dik ta' 58%. Meta mqabbla mal- istess figuri tas-sena 2016, ir- rata ta' suċċess żdiedet b' 4% jew inkella 318-il persuna aktar irnexxielhom jgħaddu minn dan it-test. Fl-2016 saru 13,876 test tas-sewqan u minn dawn għaddew 7,476 persuna. L-ILLUM, kisbet din l-informazzjoni mingħand Transport Malta (TM) l-entità responsabbli mit- testijiet tal-karozzi kif ukoll il-ħruġ ta' liċenzji ġodda. Jekk tqis in-numru ta' kemm għaddew nies mit- test tal-karozza, tul is-sena li għaddiet jirriżulta li, TM ħarġet mal-20 liċenzja kuljum li tista' tfisser ukoll mal-20 karozza oħra kuljum fit-toroq Maltin. Il-liċenzja tas-sewqan taf tiswik €1,000… Sabiex is-sewwieqa prospettivi jiksbu l-liċenzja tal-karozza, jeħtieġ li l-ewwel nett iħallsu €23.25 lil Transport Malta biex jiksbu l-permess tat-tagħlim. B'dan il-permess student ikun jista' jibda jipprattika s-sewqan fit-triq taħt il-gwida tal- għalliem tas-sewqan. Effettivament, skont il-lista uffiċjali li tinsab fuq is-sit ta' TM, f 'Malta jeżistu mat-93 skola tas-sewqan. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' diversi skejjel li joffru dan is-servizz u skont il- prezzijiet kwotati, il-prezz medju ta' lezzjoni ta' siegħa jvarja bejn €13 u € 20. Apparti minn hekk, qabel student ikun jista' jagħmel it-test prattiku tas-sewqan irid l-ewwel jagħmel it-test tat-teorija li jiswa €30. Dan it-test jiġbor fih mistoqsijiet dwar ir-regolamenti u s-sinjali tat-traffiku. Hawnhekk student irid iwieġeb 30 mistqosija minn 35 mistoqsija b'mod tajjeb biex jgħaddi. L-għalliem tas-sewqan jiddeċiedi meta titla' għat-test... Wara dan l-istadju, student finalment ikun jista' japplika għat-test prattiku tas- sewqan, jiġifieri dak li jsir fit-triq. Attwalment dan jiswa €23.25, però l-iskejjel tas-sewqan jitolbu bejn €70 u €80 biex japplikaw għat-test tas-sewqan. Barra minn hekk, huwa l-għalliem tas-sewqan li jiddeċiedi meta hu l-ħin opportun sabiex student ipoġġi għall-eżami Is-sena li għaddiet ħarġu mal-20 liċenzja ġdida kuljum imma 5,756 persuna marru għat-test u m'għaddewx.... €335 miljun mill-programm taċ-ċittadinanza Minn Liam Carter IDDĦUL kollu mill- programm ta' investiment għaċ-ċittadinanza sa Diċembru tal-2017 laħaq it- total ta' €335,427,094. Minn dawn il-flus, ġew investiti €27.8 miljun. Dan kollu kien żvelat f 'mistqosija parlamentari li għamel l-eks kap tal- oppożizzjoni Simon Busuttil lil-Prim Ministru Joseph Muscat. Muscat spjega li dawn il-flus huma miżmuma f 'kont segregat li għandu l-'National Development and Social Fund' (NDSF) fil-Bank Ċentrali ta' Malta. €12-il miljun iffrankati minn fuq frodi ta' benefiċċji Minn Liam Carter ILMINISTRU għall- Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal fil-Parlament li huwa stmat li bejn is-snin 2014- 2016, il-Gvern franka mat-€12 il-miljun ewro mill-frodi tal-benefiċċji soċjali. Il-Ministru Falzon ta' din l-informazzjoni fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Etienne Grech. Falzon spjega li d-direttorat għall- Osservanza ta' Benefiċċji fi ħdan id-Diviżjoni għall-Osservanza u Investigazzjonijiet ffranka €3,832,000 fis-sena 2014, €4,228,000 fis-sena 2015, u €4,020,000 fis-sena 2016. 162 ajruplan ġdid f 'sitt snin Minn Liam Carter FILPERJODU bejn 2011 u l-2017, ir-reġistru tal-ajruplani f 'Malta kiber b'162 ajruplan. Fl-2011 it-total ta'ajruplani kollha reġistrati f 'Malta kien ta' 103 ajruplani li minn dawn 12 biss kienu ajruplani kbar. Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament waqt tweġiba li ta l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg lid-deputat Edward Zammit Lewis. L-informazzjoni ppreżentata fil-Parlament turi li tul dawn l-aħħar snin kien hemm tkabbir fir-reġistru tal-ajruplani, bl-aqwa sena tkun dik tal- 2015. F'din is-sena kienu ġew reġistrata 61 ajruplan li minnhom 57 kienu ajruplani kbar ġew irreġistrati. Tul is- sena 2017 kienu 46 ajruplan kollha b'daqs kbir li ġew reġistrata

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018