Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet jagħmlu test tas-sewqan jeħlu tas-sewqan. M'hemm l-ebda limitu fuq kemm-il darba persuna titla' għat-test tas- sewqan. L-ILLUM staqsiet ukoll dwar il-medja ta' perjodu ta' stennija biex student jerġa' jitla' għat-test wara li jkun falla. Skont kelliema ta' TM, dan il-proċess jieħu bejn ġimagħtejn u tliet ġimgħat. Madankollu nies li qed jitgħallmu l-karozza bħalissa u li diġà telgħu għat-test sostnew ma' din il-gazzetta li "normalment dan il- proċess jieħu bejn erba' u sitt ġimgħat u jista' jkun itwal meta jkun hemm domanda kbira." Diversi nies li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li hi normali li student jagħmel minn tal-anqas sena jitħarreġ fis-sewqan tal-karozza. Għalhekk jekk tgħaqqad il-miżati kollha f 'daqqa, liċenzja tas-sewqan taf faċilment tiswik mal- €1,000. Fil-frattemp, in-numru ta' nies li jagħmlu test tas- sewqan jaf jiżdied fil-futur. Dan għaliex, is-sena l-oħra il-gvern impona sistema ta' punti fuq is-sewwieqa kollha. Skont is-sistema preżenti jekk sewwieq jitnaqqsulu aktar minn 12-il punt f 'sena dan jitlef il-liċenzja. Filwaqt li dawk li jitilfu l-liċenzja għat-tieni darba f 'perjodu ta' tliet snin iridu jerġgħu jagħmlu t-test tas-sewqan. Kemm tiswik biex titgħallem il-karozza? Permess tat-tagħlim- €23.25 + Lezzjoni kull ġimgħa bil-prezz ta' €16.50 = €858 + Test tat-teorija - €30 + Test tal-prattika- €80 = Total - € 991* * Dawn il-fi guri jistgħu jvarjaw skont l-iskola u l-abbilità tal-istudent Lezzjoni kull ġimgħa bil-prezz ta' €16.50 = €858 Ir-reġistru ta' bastimenti merkantili żdied b'8% Minn Liam Carter IRREĠISTRU tal-Bastimenti Merkantili ta' Malta żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala l-akbar reġistru fl-Unjoni Ewropea u s-sitt l-akbar fid-dinja. Qal dan kollu il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg f 'tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamel id-deputat laburista Edward Zammit Lewis. Borg kompla jispjega kif tul l-2017, ir-Reġistru tal- Bastimenti Merkantili ta' Malta ra żieda ta 8% mis-sena ta' qabel. Apparti minn hekk ir-Reġistru Malti kompla jissaħħaħ fis-settur ral-jottijiet lussuċi hekk kif is-sena l-oħra ġiet reġistrata r-rekord żieda ta' 20% mis-sena ta' qabel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018