Illum previous editions

illum 28 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/933293

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 28 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet LEWROPA trid li ssaħħaħ il- libertà tal-midja u l-ġurnalisti kif ukoll ikun hawn aktar plu-raliżmu fix-xandir. Dan permezz tal-emendi u l-vot f 'sessjoni plenarja fil-Parlament Ewropew għar-rapport tal-MEP Taljana Barbara Spinelli. Fuq dan ir-rapport saret diskuss-joni sħiħa fil-Kumitat tal-Kultura tal-Parlament Ewropew (CULT) u qed jissuġġerixxi bosta temi li għandhom jiddaħħlu jew li jissaħħu fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-opinjoni tal-MEP Taljan Curzio Maltese. L-awtoritajiet bi dmir li ma jimplimentawx restrizzjonijiet fuq il- libertajiet Ir-rapport ta' Spinelli jgħid fost l-oħrajn li l-awtoritajiet għandhom id-dmir mhux biss li ma jimplimentawx restrizzjonijiet fuq il-libertà tal- espressjoni, iżda wkoll l-obbligu pożittiv li jin-troduċu qafas regolatorju legali li jsaħħaħ l-iżvilupp tal-midja ħielsa u indipendenti. Issir re-ferenza għall-konklużjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, li l-abbużi u l-krimini fuq il-ġurnalisti mill-istat u istituzzjonijiet oħra mhux Governattivi, iħallu effett negattiv kbir fuq il-libertà tal- espressjoni li tispiċċa ssaħħaħ is-sens ta' biża' fost il-ġurnalisti, bloggers u dawk kollha jistgħu jagħtu l-informazzjoni. Dan bir-riskju li tikber iċ-ċensura u li tiġi imminata d-dritt taċ- ċittadini għall-informazzjoni u li jipparteċipaw. Għalhekk ir-rapport jappella lill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea sabiex jieħdu dawk il-miżuri kollha adegwati biex jissalvagwardjaw u jippromwovu l-midja indipendenti għas- servizz tas-soċjetà demokratika. Dan jinkludi wkoll li l-midja pubblika u tal-Istat tkun indi-pendenti u sostenibbli. Jappella wkoll lill-Istituzzjonijiet Ewropew li jiggarantixxu l-implimentazzjoni sħiħ taċ-Charter tad-Drittijiet tal- Bniedem u jintroduċu assessjar kontinwu tal-mekkaniżmu demokratiku, filwaqt li l-pajjiżi membri għandhom jaraw li jkun hawn biżżejjed sigurtà lill- ġurnalisti u l-midja kollha. Dan jinkludi wkoll kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u l-ħarsien tad-dinjità. Il-pajjiżi membri tal- UE għandhom jieqfu jippruvaw jaraw min huma s-sorsi Ir-rapport ta' Spinelli jidħol fid-dettall ukoll fuq il-mezzi moderni tal-komunikazzjoni fos-thom dawk diġitali u kif dawn iħallu impatt fuq il- mod kif il-ġurnalisti jistgħu jakkwistaw l-informazzjoni. Fost dawn jingħad li l-anonimità u l-'encryption' huma għodda essenzjali sabiex il-midja teżerċita d-dritt demokratiku għal-libertà, filwaqt li żżomm il-kunfidenzjalità tas-sorsi. Għalhekk ukoll isir appell lill-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi membri sabiex jieqfu milli jaddottaw miżuri mhux meħtieġa u sproporzjonati biex jimminaw l-'encryption' jew biex jippruvaw jakkwistaw l-informazzjoni jew jikxfu l-identità tas-sorsi. L-'encryption' huwa mezz kif jintbagħtu messaġġi minn persuna għal oħra, b'tali mod li tista' tara din il-komunikazzjoni l-persuna li hija intiża li taraha biss. Biża' li l-midja tinżamm ostaġġ tal-kumpaniji li jirreklamaw Għar-rapport ta' Barbara Spinelli, il-Kumitat tal-Kultura tal-Parlament Ewropew (CULT), li huwa wkoll responsabbli mill-midja, ressaq numru ta' suġġerimenti għal emendi li għan-dhom jitressqu formalment il-ġimgħa d-dieħla. Il-CULT enfasizza fuq id-dritt għall-aċċess tal- informazzjoni indipendenti u ħielsa għaliex il-midja hija l-pilastru tad-demokrazija. En-fasizza wkoll fuq il-poter li tal-entitajiet kummerċjali li jista' jkollhom fuq il-midja billi jżom-muha ostaġġ tar-reklamar u b'hekk isir rappurtaġġ b'aġenda. Il-CULT irrimarka li l-informazzjoni ħielsa fl-Ewropa tinsab imminata biż-żieda tal-intimidazzjoni u attakki fuq il-ġurnalisti bħalma ġara fil-każ ta' Daphne Caruana Galizia. L-MEP Malti fil-CULT, Francis Zammit Dimech enfasizza fuq il-protezzjoni lill-'whistleblowers' u li din għandha tingħata b'obbligu. Qal li f 'Malta għandna sitwazzjoni fejn, meta whistleblower jikxef xi ħaġa li hija favorevoli għall- Gvern, dan jingħata l-kuntratti u salarji għoljin iżda meta s-sitwazzjoni tkun bil-kontra u l-whistleblower jikxef informaz- zjoni pereżempju relatata mal- ħasil tal-flus, jispiċċa intimidat u mhedded. Meta kien qed jikkummenta fuq il-Kawżi Strateġiċi kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika (SLAPP), Francis Zammit Dimech qal li din qed isseħħ f 'Malta wkoll bil-każijiet tal-bank Pilatus u Henley & Partners, li qed jheddu l-kmamar tal-aħbarijiet sabiex ineħħu l-informazzjoni li dawn ikunu tellgħu fis- siti tagħhom onlajn. Huwa rrefera għal sentenzi mogħtija mill-Qorti Ewropea għad- Drittijiet tal-Bniedem u saħaq li meta l-ġurnalisti u l-'whistleblowers' ma jingħatawx il-protezzjoni mistħoqqa, din tħalli effett ikrah mhux biss fuq is-sorsi u l-ġurnalisti imma wkoll fuq is-soċjetà kollha inġenerali għaliex tintilef il-garanzija tal- livell tal-informazzjoni. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Soċjetà demokratika m'għandhiex tippermetti biża' fost il-ġurnalisti' • Il-pajjiżi membri tal-UE għandhom l-obbligu li jipproteġu lill-ġurnalisti • Pajjiżi tal-UE għandhom jintroduċu qafas regolatorju li jsaħħaħ il-midja expression of interest In October 2017 The Marigold Foundation had the pleasure of leading the Pink October Campaign. The funds raised during this year's successful campaign, will be used for providing a complimentary therapy programme to support medical treatment for newly diagnosed breast cancer patients. This programme will run in collaboration with the Breast Care Unit at Mater Dei Hospital and medical professionals from within the same unit will be referring patients to the appropriate service providers. The Foundation is inviting service providers in the following therapy programmes to submit their proposals in offering any of the following services: a. Exercise (gyms/personal trainers) b. Dietary/Weight Management c. Smoking Cessation d. Yoga/Relaxation Classes Proposals should be submitted to The Marigold Foundation, 58 Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 by not later than 15 February 2018. L-MEPs jgħidu li l-ġurnalisti għandhom jingħataw il-protezzjoni b'ħarsien tad-drittijiet fundamentali Appelli biex jidħlu fis-seħħ miżuri adegwati li jippromwovu l-midja indipendenti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 January 2018