Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846
Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Intervista 13 kollha għal taħt il-mannara… minn din is-sejba storika, fl-istess żona, propju fejn qed jinbena sptar ġdid fit-triq tal-Barrani, instab nekropolis sħiħ, jiġifieri madwar 14-il qabar. Il-President ta' Wirt iż- Żejtun irrakkonta wkoll kif l-antenati tal-bdiewa li kienu jaħdmu raba' bil-bagħal dejjem kienu jiġbru frak tal-fuħħar. "Dan kienu jagħmluh ġol- boroż li mbagħad jintuża għad-deffun għal fuq il-bjut. Il-fatt li għandek din il-kwantità ta' fuħħar f 'żona partikolari tfisser li kien hemm attività antika matul iż-żmien", temm jgħid Abela. "Fiż-żona industrijali ta' Ħal Far hemm telqa kbira" Staqsejt lil Abela jekk m'għandux ħjiel ta' żoni alternattivi fejn jista' jsir dan l-iżvilupp. "Ħadt l-okkażjoni u mort nżur l-inħawi industrijali ta' Ħal Far. Sfortunatament hemm telqa kbira, 'trailers' u materjal ta' kostruzzjoni mixħut ma' kullimkien. Sibt anke li nħareġ permess sabiex jintefa' materjal ta' kostruzzjoni f 'żona fejn hi mmarkata għall-żvilupp industrijali", saħaq Abela. Skont evalwazzjoni li għamel il-perit, skont il- pjan lokali jidher li hemm aktar minn 120 tomna art li hi disponsabli għall- iżvilupp u li ma hemm l-ebda applikazzjoni fuqha. Inċidentalment l-iżvilupp ta' Bulebel mistenni jieħu madwar 120 tomna ta' art agrikola. L-NGOs, id-deputati tat- tielet distrett u l-Partit Politiċi. Ma' Abela l-ILLUM tkellmet ukoll fuq l-appoġġ li l-għaqda u l-bdiewa sabu minn organizzazzjonijiet non-governattivi u politiċi. Fuq din hu kien pront biex jisħaq li "aħna għaddejna kopja tal-istqarrija li ħarġet l-għaqda lil diversi għaqdiet non-governattivi. Kien hemm għaqdiet li ħarġu jappoġġjaw il-każ tagħna iżda sfortunatament għaqdiet oħra li s-soltu isemmgħu leħinhom, s'issa għadna ma smajna xejn minn għandhom. Staqsejt lil Abela għalfejn jaħseb li ċertu organizzazjoniet li s-soltu jagħmlu pressjoni fuq kwistjonijiet tal-istess natura ma tkellmux din id- darba, "ħafna minnhom qed jgħidu li tant għaddejjin affarijiet li mhux qed ilaħħqu, oħrajn forsi mhix il-linja jew żona tagħhom li s-soltu jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuqha." Barra minn hekk, Abela qal li l-mozzjoni ntbagħtet ukoll lill-Ministru għall- Ekonomija Chris Cardona li hu inkarigat mill-Malta Industrial Parks kif ukoll lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, Josè Herrera u l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici li apparti minn hekk hu Żejtuni u joħroġ fuq it-tielet distrett. Abela sostna li wara dawn il-korrispondenzi kollha "ma kellna l-ebda reazzjoni uffiċjali però kien hemm deputati min- naħa tal-Gvern li qalu li possibbilment se jressqu l-veduti tagħhom fil- Kamra." Il-vuċi tal-bdiewa tibda tinstema'… Il-Gvern jikkunsidra siti alternattivi Il-Ħamis li għadda s-sit illum.com.mt żvela l-aħbar li l-Gvern se jkun qiegħed jikkunsidra siti alternattivi għal dak taż-Żejtun biex jinbnew numru ta' fabbriki. Fuq din l-aħbar Abela sostna li "għalkemm mhux finali dan l-iżvilupp hi waħda pożittiva, għaliex dan l-aħħar ġimgħat li bdejna l-kampanja ma konna smajna xejn mill- awtoritajiet. Dak li qed ngħidu aħna jidher li qed jagħmel sens. Nemmen li dan hu l-ewwel pass, aħna t-talba tagħna hi li jiġi rivedut il-pjan lokali sabiex fil-futur qrib jew imbiegħed ma jkollniex għalfejn nerġgħu nagħmlu kampanja oħra." Din l-intervista se tidher ukoll illejla fuq il- programm 7'Ijiem. Kien hemm għaqdiet li ħarġu jappoġġjaw il- każ tagħna iżda sfortunatament għaqdiet oħra li s-soltu jsemmgħu leħinhom, s'issa għadna ma smajna xejn mingħandhom. " l-iżvilupp se jkun viċin ħafna taż-żona residenzjali ta' Ġebel San Martin, għalhekk iż-żona taż-Żejtun issir fiżikament parti miż-żona urbana ħafna ikbar tal-Port il-Kbir u b'dan il-mod iż-Żejtun jitlef il- karatteristiċi ta' villaġġ. " " "