Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum 19 W aħda mill- affarijiet li ħames snin ta' Gvern għallmuni hi l-ħtieġa kbira tas-settur privat fis-suċċess ta' pajjiż. Gvern irid ikollu qalb b'saħħitha tħabbat ta' ruħ soċjali. Bla dubju. Bl-istess mod, bl-istess saħħa, bl-istess konvinċiment irid jara li 'l hinn minn dak li hu d-dover leġittimu tiegħu, il-Gvern irid iżomm f 'moħħu li għal kull ħaġa li jista' jagħmel il-Gvern, is- settur privat jista' jagħmlu aħjar. Ġieli jiġu jkellmuni uffiċjali pubbliċi u jgħiduli – Ministru, kieku bi ftit iktar flus u ftit iktar poter inkunu nistgħu nagħmlu iktar. Jien nifhem il-ġenwinità tagħhom. Il-verità hi, però, dik li semmejt, li s-settur privat jagħmel sens ekonomiku tremend. Meta tagħsar issib quddiem għajnejk ir-realizzazzjoni li, fl-aħħar mill-aħħar, iċ-ċittadin jaf jonfoq flusu aħjar milli jonfoqhomlu l-Gvern. --- Jiena ninkwieta bis- serjetà meta nirrealizza li l-Oppożizzjoni hija kontra s-settur privat. L-Oppożizzjoni ma tgħidx – jiena kontra s-settur privat. Imma jekk tagħsar il-kritika tagħha issib li dejjem hemm dan il-fattur komuni li hu s-settur privat. Jekk naraw l-investiment Ċiniż li salva lill-Enemalta - l–Oppożizzjoni tgħidlek li hi kontra dan l-investiment. Jekk naraw l-investiment fl-isptarijiet - l–Oppożizzjoni tgħidlek li hi kontra l-ethos tal- Amerikani. Jekk naraw l-investiment ta' Università ġdida f 'pajjiżna - l– Oppożizzjoni tgħidlek għax dan Ġordaniż. Jekk naraw il-kritika lejn il-programm ta' ċittadinanza b'Investiment - l–Oppożizzjoni tpenġi lill-investituri daqs li kieku huma kollha kriminali u mafjużi. Il-Partit Nazzjonalista kien fl-aqwa tiegħu meta kien jimxi id f 'id mas-settur privat. Tilef il-qaleb u l-ġbejna meta beda jitkellem dan it-tip ta' diskors. --- L-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ħelu wisq. Jgħajjar lil kulħadd korrott, li kulma jagħmel il-Gvern korrott u mbagħad ra kif għamel u sab ruħu jagħti lectures fl- Università ta' Malta. Ma tistax tkun radikali fil- ħsieb tiegħek li kulma jmiss mal-Gvern – anke bl-iktar mod imbiegħed – hu korrott imbagħad twarrab fil-ġenb dan l-estremiżmu biex tagħmel li jaqbel lilek. Issa jien m'għandix dubju li Simon Busuttil hu akkademikament ikkwalifikat biex jagħti l-lectures u li se jkun lecturer tajjeb. Iżda l-kritika esaġerata, radikali u estremista tiegħu tirrendih ipokrita per eċċellenza. --- Kemm iddispjaċini naqra u nisma' dwar il-konswegwenzi koroh tal-maltemp li ħabat fuq pajjiżna. Sal-ħin li qed nikteb, tilfet ħajjitha persuna u weġġħet oħra. Mhux eskluż li nies oħra sofrew danni ta' tipi diversi. Sintendi mil-lat artistiku rajna t-tħarbit sħiħ tal-programmi Karnivaleski tal-Ġimgħa u s-Sibt. Jiddispjaċik ħafna. Veru, il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Kollu minnu dan. Imma s-sens ta' dwejjaq qiegħed hemm, bla dubju. --- Kemm jien grat lejn id-diversi ħaddiema tal-Gvern - min–nies tas-Ċivil Protection, sa Pulizija, sa ħaddiema tal-Cleansing, ħaddiema fis-settur tas-saħħa u min jaf kemm kategoriji oħrajn – li f 'dawn il-jiem tal-maltemp ħadmu kemm felħu biex jgħinu lin-nies u jsewwu kemm jista' jkun malajr il-ħsara li kkawżat ix-xita. Grazzi minn qalbi --- Din il-ġimgħa fil-Parlament u barra minnu kelli l-opportunità nitkellem dwar in-naħa t'isfel ta' Malta li hi parti minni. Tkellimt fil-Parlament favur il-proġett tal-Università Amerikana f 'Marsaskala u Bormla u sħaqt li Marsaskala u l-irħula tal-madwar għandhom bżonn kbir ta' dan l-investiment. Dan se jkun investiment bla preċedent li se jagħmel ġid kbir. L-Oppożizzjoni qed tibbaża l-kritika tagħha fuq fatti li mhumiex minnhom. Meta tiffacja lill-Oppożizzjoni bil-verità, jibilgħu kliemhom. Jibqgħalhom biss it-tgħajjir u ż-żebligħ. Barra mill-Parament tkellimt – għax ġejt mistoqsi – dwar il-kwistjoni tar-raba' fiż-Żejtun. Il-Gvern qed jikkonsidra siti alternattivi għal dawk inkwistjoni. Gvern li jisma'. --- Din il-ġimgħa daħlet ukoll fis- seħħ liġi ġdida li se tara li min jiġi nominat għal ċerti karigi pubbliċi importanti l-ewwel iwieġeb domandi bil-miktub u bil-fomm quddiem Kumitat Parlamentari li twaqqaf apposta. Aħna mdorrijin naraw Maltin li jagħmlu hekk qabel ma jimlew karigi fi ħdan istituzzjonijiet Ewropej. Issa din se tiġi estiża għal numru ta' karigi pubbliċi importanti f 'Malta Din hi riforma oħra storika li se tibqa' mniżżla bħala paġna tad-deheb fl-istorja tal-Gvern/ Gvernijiet ta' Joseph Muscat. Ħaddieħor jista' jgħid ħafna affarijiet dwar ir-rule of law. Bit-tpaċpiċ biss ir-rule of law ma ssaħħaħhiex. Ir-rule of law issaħħaħha b'miżuri storiċi bħal dawn. Infakkar li din mhijiex standalone, jew miżura waħda iżolata. Għamilna sensiela sħiħa ta' miżuri fosthom: il-liġi tal-finanzjament tal- partiti Il-liġi li tneħħi l-preskrizzjoni minn reati ta' korruzzjoni magħmula mill-politiċi Il-liġi tal-whistleblowers Il-liġi li ssaħħaħ b'entrenchment fil- Kostituzzjoni l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja Il-liġi li bidlet il-mod kif jinħatru l-Ġudikanti waqt li saħħet id-dixxiplina tagħhom Il-liġi li tejbet il-libertà' tal- espressjoni artistika Il-liġi li saħħet id-drittijiet fundamentali tal-bniedem fejn jidħol l-arrest – mhux biss id- dritt tal-avukat, imma d-dritt li jkun jaf biex qed jiġi akkużat u d-dritt li jkun informat bid- drittijiet tiegħu u b'lingwa li jifhem. Dan mhux biżżejjed. Il-lista se tkompli tikber u tikber. Ħaddieħor ipaċpaċ, aħna nwettqu. Mutur OWEN BONNICI Opinjoni Tkellimt fil-Parlament favur il- proġett tal-Università Amerikana f 'Marsaskala u Bormla. Dan se jkun investiment bla preċedent li se jagħmel ġid kbir. L-Oppożizzjoni qed tibbaża l-kritika tagħha fuq fatti li mhumiex minnhom. L-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ħelu wisq. Jgħajjar lil kulħadd korrott, li kulma jagħmel il-Gvern korrott u mbagħad ra kif għamel u sab ruħu jagħti lectures f l-Università ta' Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18