Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846
Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Sports 29 TOTAL ta' 38 atleta kisbu grad ogħla fil- kickboxing waqt eżami li sar taħt il-kappa tal-World Kickboxing Network (WKN) nhar il-Ħadd 4 ta' Frar. Il-maġġoranza tal-atleti jitħarrġu fil-klabb Ying Yang-Team Noel. Flimkien magħhom ingħaqdu tliet atleti oħra minn The New Kickboxing Club u Demis Kickboxing Club, fejn atleta minn dan tal-aħħar kiseb ċinturin iswed 2nd Dan. L-eżami, li sar fil-klabb Ying Yang fil-Fgura, kien immexxi mill-Kancho Adrian Axisa. B'kollox kien hemm 18-il atleta li kisbu ċinturin isfar, 8 li kisbu l-oranġjo, 7 li kisbu l-aħdar, 3 li kisbu l-blu, 1 li kiseb il-vjola, u ieħor li kiseb l-iswed. L-atleti li kisbu ċintorin ġdid kienu: Ċinturin Isfar: Kirsten Shoutem, Mattie Pantalesco, Jake St John, Jerome Garzia, Gareth Bonnici, Kurt Saliba, Jordan Rosco, Francesco Farrugia, Amy Schembri, Elsie Musu, Matthew Norman, Diego Grech, Skyler Bezzina, Ojay Mangion Pace, Faith Azzopardi, Dygon Azzopardi, Damien Tonna, Jadee Grech Ċinturin Oranġjo: Kersty Fenech, Jasmine Spiteri, Trizio Peresso, Christine Spiteri, Samwel Agius, Abigail Ebejer, Leon Piscopo, Shuan Falzon Ċinturin Aħdar: Angie Bonnici, Carlos Borg, Charlene Fiteni, Shanice Bonello, Faith Smith, Martina Caruana, Lynn Abela Ċinturin Blu: Tristan Bonello, Maria Attard, Elston Fenech Ċinturin Vjola: Liam Scerri Ċinturin Iswed (2nd Dan): Keith Zammit Ċinturin iswed fost gradi ġodda għal 38 atleta tal-kickboxing ILMALTA Tenpin Bowling Association ħabbret l-għażla tat-Tim Nazzjonali għall- Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran li jmiss. Il-kampjonati jsiru kull sena f 'April u huma miftuħin għall-Pajjiżi Mediterranji kollha. Kull pajjiż se jibgħat tim ta' erba' bowlers, żewg irġiel u żewġ nisa. Il-proċess tal-għażla kien ibbażat fuq 24 logħba. Ir- rebbieħa huma Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi, Justin Caruana Scicluna. L-erbgħa li huma għandhom esperjenza vasta f 'dawn il kampjonati tal-Mediterran u huma lkoll rebbieħa ta' diversi medalji fil-passat. Fil-fatt, Sue Abela ikontestat rekord ta' 20 edizzjoni u hija l-aktar bowler li qatt rebħet medalji f 'dawn il-kampjonati. It-tim Malti kien rebaħ 5 medalji fl-aħħar edizzjoni li saert ġewwa s-Slovenja, liema medalji poġġew lil Malta fil- quċċata tal-lista tal-medalji mirbuħa fl-edizzjonijiet kollha precedenti, b'rebħ ta' 39 medalji tad-deheb f 'għoxrin edizzjoni. Il-Greċja tinsab fit-tieni post segwita minn Franza u mill-Italja. It-team Malti qed jitħarreg bis-serjetà ħalli jiddefendu l-ewwel post tagħna. L-edizzjoni tal-2018 ser issir fit-Turkija. It-Tim Malti tal-Bowling jiffoka sabiex iżomm l-ewwel post fil- kampjonati tal-Mediterran Mix-Xellug għal-Lemin: Sue Abela, Justin Caruana Scicluna, Sara Xuereb u Mauro Anastasi It-38 atleta tal-kickboxing LUKE Micallef Perconte (Housing Authority) u Joanna Camilleri (Education) kienu r-rebbieħa overall rispettivi fit-tieni tiġrija ta' 5 kilometri li organizzat il-MESA dan l-istaġun u li saret din il-ġimgħa fl-Imtarfa By-Pass. Għal din it- tiġrija kien hemm żieda sostanzjali ta' atleti parteċipanti minn dawk li ħadu sehem f 'Novembru li għadda fil-korsa ta' Ħal Kirkop-Ħal Safi. Luke Micallef Perconte ħarab mill-ewwel fuq quddiem biex iddomina t-tiġrija mill-bidu sa l-aħħar biex ħareġ rebbieħ f 'ħin tajjeb ta' 16-il minuta u tmien sekondi. Jean Paul Debono (AFM) daħal it-tieni f '16-il minuta u 51 sekonda, waqt li Ryan Farrugia (EUPA) spiċċa t-tielet fi 17-il minuta u sitt sekondi. Ta' min isemmi li dawn it-tliet atleti kienu qed jieħdu sehem għall-ewwel darba f 'tiġrija organizzata mill-MESA. Fil-kategorija femminili Joanna Camilleri ddominat ukoll biex rebħet b'mod konvinċenti f '20 minuta u 40 sekonda. Angele Sammut (Health Dept) irrepetiet ir-riżultat li kienet kisbet f 'Novembru li għadda biex reġgħet spiċċat fit-tieni post f '21 minuta u 20 sekonda, waqt li Charla Pia Vella (MCAST Gozo), li kienet qed tieħu sehem għall-ewwel darba, daħlet it-tielet f '21 minuta u 47 sekonda. Ta' min isemmi illi għall-ewwel darba f 'dawn it-tiġrijiet organizzati mill-MESA ħa sehem atleta flimkien mal-kelba tiegħu. Fil-fatt dan l-atleta, Emanuel Mangion, huwa għalliem għal tfal neqsin mis-smiegħ, u din kienet it-tielet tiġrija li ħa sehem fiha akkumpanjat mill-kelba tiegħu Luna. Emanuel jgħid illi l-għan ewlieni tiegħu huwa li jgħaddi messaġġ sottili li "l-annimali huma ħbieb tagħna u għandna ninkluduhom kemm jista' jkun fl-attivitajiet tagħna, speċjalment f 'ħaġa sempliċi bħal mixja/ġirja". Luke Micallef Perconte u Joanna Camilleri jirbħu t-tiġrija ta' 5km fl-Imtarfa by-pass Joanna Camilleri -azzjoni