Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet 'ELUF kbar ta' ewro... ammonti kbar ħafna ta' flus.' Hekk irrisponda lil din il-gazzetta d-Direttur tal-kumpanija Għawdxija Gatt Brothers meta mistoqsi l-Vitals Global Healthcare (VGH) kemm għandhom ituhom għax- xogħol li għamlu s'issa fuq il-proġett ta' Barts u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Il-kumpanija Gatt Brothers ta' Għawdex kienet qed tieħu ħsieb il-kostruzzjoni fuq is-sit tal-Isptar ta' Għawdex, inkluż il-bini tal-iskola ta' Barts u kienet mogħtija kuntratt biex tagħmel dan ix-xogħol mill-kumpanija Indjana Shapoorji Pallonji. Il-Ħadd li għadda din il-gazzetta żvelat kif din il-kumpanija flimkien mat- tim minn Ohum Healthcare li kienu qed jaħdmu fuq l-IT waqfu jaħdmu fuq dan il-proġett minħabba li ma kinux qed jitħallsu. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta d-Direttur tal- kumpanija Għawdxija Joe Gatt ikkonferma li għad għandhom jieħdu lura 'eluf kbar fi flus għax-xogħol li sar fl-isptarijiet t'Għawdex'. Mitlub jispeċifika kemm huma midjunin magħhom il-Vitals Global Healthcare, permezz tal-kumpanija Indjana li qabdu (Shapoorji Pallonji) Gatt qal li ma kellux il-karti quddiemu u ma xtaqx jagħti ċifra għalissa. "Nista' nassigurak biss illi għandhom ituna eluf kbar... ammonti kbar ta' flus," sostna Gatt mal- ILLUM li kien ċar u skjett ukoll dwar il-prospett li jerġa' jibda x-xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-isptar, ladarba Steward Healthcare jieħdu l-konċessjoni tal- isptarijiet f 'idejhom. "Aħna mhux se nkomplu għaddejjin bix-xogħol sakemm isiru diskussjonijiet serji u jkollna ċ-ċertezza u l-garanzija li se nitħallsu. Qabel jiġri dan," sostna Gatt, "mhu se nagħmlu xejn. Kelb mismut kull ilma jaħsbu misħun." Huwa spjega illi l-ħlas jinkludi dak għal xogħol ta' twaqqigħ, skavar u 'piling'. Jammetti li għalkemm saru xi ħlasijiet, id-deċiżjoni li jieqfu mix-xogħol ilha ġejja xhur sħaħ. Tant hu hekk li minn disa' xhur ilu kienu diġà bdew jitfaċċaw l-ewwel problemi, spjega Gatt. Il-Ħadd li għadda din il- gazzetta żvelat kif, kemm il-kuntratturi kif ukoll it-tim tal-IT abbandunaw il-proġett minħabba nuqqas ta' ħlas mill-VGH. Il-gazzetta oħt Maltatoday kienet żvelat kif il- kumpanija kellha problemi serji finanzjarji u wara li ma rnexxilhiex takkwista self, fosthom mid-Deutche Bank, iddeċidiet li tbigħ il- konċessjoni. Intant il-kuntrattur ingħaqad ma' numru ta' nies oħrajn, fosthom il-ħaddiema fil-managment tal-Vitals Global Healthcare stess, li jinsabu kompletament fid- dlam dwar x'inhu jiġri. "Aħna għalaqna l-kontijiet u għaddejniehom, mill-bqija ma nafu xejn x'inhu jiġri. Nitkellmu ma' min qabbadna (Shapoorji) imma bħalissa min ġej u min sejjer u ħadd ma jaf x'inhu jiġri eżatt." S'issa għadu mhux magħruf kemm ħadet flus il-VGH mingħand il-Gvern f 'dawn is-sentejn għalkemm il- kalkoli huma ta' madwar €60 miljun. Mhux magħruf anqas jekk intalabx rendikont ta' dak li sar bil-flus mogħtija lil din il- kumpanija. Steward Healthcare kienu Malta, imma kollox imwaħħal Intant din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll illi l-kumpanija li suppost għandha tieħu l-konċessjoni tat-tliet sptarijiet, Steward Healthcare, kienet Malta u kellha diskussjonijiet fost l-oħrajn mal-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN). Dawk li tkellmu mal- ILLUM qalu illi l-MUMN kienet sodisfatta bil-laqgħat illi fihom Armin Ernst, eks Kap Eżekuttiv ta' VGH u issa ta' Steward Healthcare, ta' ċerti garanziji. Fosthom huwa wiegħed li l-affarijiet f 'dak li jirrigwarda l-infermiera se jibqgħu għaddejjin kif inhuma bħalissa u li ftehim li kienu saru qabel se jkunu rispettati. Huwa assigura lill-MUMN ukoll illi Steward Healthacare se ssaħħaħ l-Università ta' Northumbria. Din il-gazzetta tinsab infurmata illi Ernst qal lill- MUMN li huma lesti biex jieħdu l-konċessjoni, imma kollox għadu mwaħħal minħabba mandat li fetaħ Ashok Ratehalli, wieħed mill-investituri involut ma' Vitals Global Healthcare. Ratehalli qed jitlob li jitwaqqaf il-bejgħ hekk kif ma ngħatax garanziji li l-ishma tiegħu mhux se jkunu affetwati b'dan it- trasferiment. Ara wkoll paġni 4 u 5. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Kuntrattur skjett; diskussjonijiet u garanziji ta' ħlas jew ma nibdewx ix-xogħol Offerti ghall-Esportazzjoni tat-tonn ghas-sena 2018 Esportaturi interessati ghall-esportazzjoni tat- tonn ghas-sena 2017 jistghu jigbru il- formoli tat-tender mill- ufficini imsemmija hawn taht. Is-sejha ghall-Offerti taghlaq il-Gimgha 16 ta' Frar 2018 fil- 11a.m. Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd "Dar is- Sajjieda" Xatt is- Sajjieda M'Xlokk Tel: 21659391 Ghaqda Kooperattiva tas-Sajd Ltd "ID Dwana" Xatt is- Sajieda, M'Xlokk Tel :21653826 Id-direttur tal-kumpanija Għawdxija 'Gatt Brothers' jgħid li huma wkoll ma jafux x'inhu jiġri fil-proġett tal-VGH 1. Meta sar jaf eżatt il-Gvern li Vitals iridu jbigħu? 2. Għalfejn m'għamilx din l-intenzjoni pubblika mill-ewwel? 3. Il-Ministeru/Ministru u l-Gvern jafu fiċ-ċert min huwa s-sid aħħari (UBO) ta' Vitals li wara kollox ħadu proprjetà pubblika? Jekk iva, min hu 4. Għalfejn il-unjins ma ġewx ikkonsultati malli l-intenzjoni ta' Vitals kienet ċara? 5. Kemm ħadu flus Vitals f 'dawn il-21 xahar? Intalbu jagħtu rendikont tal-flus li ħadu qabel jitilqu minn Malta? 6. Veru li biegħna t-tagħmir għal €1 biss? Kif jista' jkun iġġustifikat dan il-prezz? 7. Għalfejn il-Gvern ma talabx li jerġa' jibda l-proċess mill-ġdid fi proċess kompetittiv ta' għażla? 8. Meta ġie ffirmat il-kuntratt, bħala membru tal-Gvern u Ministru, kont aċċertat li l-kumpanija VGH kienet f 'pożizzjoni finanzjarja li twettaq tali proġett? ...Għadhom ma tweġbux Dehra artistika ta' kif suppost se tkun tidher l-Università ta' Barts

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18