Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Sports 33 JURGEN Balzan beda jipprattika l-isport tat-Table Football meta kellu 12-il sena. Minn Novembru 2013 sa Ġunju 2015 kien irreġistrat bħala plejer ta' Valletta Lions Table Football Club. Minn Ġunju 2015 ingħaqad mat-tim Taljan CCT Black & Blue 1983 Pisa. Huwa jieħu sehem fil- kompetizzjonijiet individwali kif ukoll bħala tim. F'dawn l-aħħar sentejn ħa sehem fil-kampjonat Taljan mat-tim tiegħu Black & Blue Pisa fis- Serie C. Is-sena l-oħra t-tim tiegħu spiċċa fit-tielet post tal- klassifika Taljana fejn Jurgen kellu prestazzjoni tajba biex it-tim seta' ġab dan ir-riżultat. Dan l-istaġun f 'Novembru intlagħab l-ewwel rawnd fejn Jurgen lagħab il-logħob kollha u kellu prestazzjoni tajba, issa f ' April 2018 jitkompla t-tieni rawnd tal- Kampjonat Taljan għal din is-sena. Balzan ħa sehem f 'bosta kompetizzjonijiet internazzjonali lokali kif ukoll barra minn xtutna fejn kellu riżultati sodisfaċenti ħafna, fosthom biex insemmu xi ftit: FISTF International Open Malta Ottubru 2014 – Rebbieħ tal-kategorija ta' taħt il-15-il sena FISTF International Open Malta April 2015 -Rebbieħ tal-kategorija ta' taħt il-15-il sena FISTF Grand Prix Malta April 2015 – Finalist tal- kategorija ta' taħt il-15-ilsena League ta' Malta Season 15/16 – Rebbieħ tat-Tieni Diviżjoni Malta Season 15/16 – Champion tal-kategorija ta' taħt il-15 -il sena u finalist fil-kategorija ta' taħt id-19-il sena FISTF Malta International Open (April 2016) – Finalist fil-kategorija ta' taħt- ilħmistax-ilsena u finalist fil-kategorija ta' taħt-id dsatax-ilsena FISTF Malta Grand Prix(April 2016) - Finalist fil- kategorija ta' taħt-ilħmistax- ilsena u finalist fil-kategorija ta' taħt-id dsatax-ilsena FISTF Major of Enderby – fl-Ingilterra (Lulju 2016) - Rebbieħ tal-kategorija ta' taħt il-15-ilsena FISTF Malta International Open (Jannar 2017) – Finalist fil-kategorija ta' taħt id-19-il sena FISTF Grand Prix of Malta (April 2017) - Rebbieħ tal- kategorija ta' taħt id-19-il sena FISTF Grand Prix of England (Lulju 2017) – Semi- finalist tal-kategorija ta' taħt id-19-il sena FISTF Grand Prix of Italy – Milan (Diċembru 2017) - Rebbieħ tal-kategorija ta' taħt id- 19-il sena FISTF Major of Rochefort – Belġju (Jannar 2018) - Semi- finalist tal-kategorija ta' taħt id-19-il sena Jurgen Balzan ikkwalifika biex jirrapreżenta lil Malta fil- World Cup tat-Table Football għal dawn l-aħħar tliet snin kemm bħala individwali kif ukoll bħala parti mit-tim fejn ġieli kien ukoll il-captain tat- tim nazzjonali. Is-sena l-oħra FISTF World Cup ġiet organiżżata ġewwa Elancourt fi Franza. Jurgen wasal sal-aħħar 16 fil-kategorija individwali ta' taħt id-19-il sena u bħala tim nazzjonalit ta' taħt id-19-il sena waslu sal-finali fejn tilfu kontra t-tim Taljan. Jurgen bħalissa qiegħed ikklassifikat fit-tielet post fid-dinja fl-FISTS (Federation International Sports Table Football) rankings ta' Jannar 2018 fil-kategorija ta' taħt id- 19-ilsena. Kisbiet oħra ta' Jurgen Balzan kienu meta fis-sena 2016 rebaħ MOC Award (Outstanding sporting achievements) u Malta Sports Scholarship. Din is-sena huwa wkoll finalist fl-iSportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali, fejn ir-rebbieħ ser jitħabbar f 'serata speċjali fis-17 ta' Frar. Jurgen Balzan ikompli jispikka t-table football Jurgen Balzan ippreżentat b'memento -Italja, riċentament ELLA Borg hija tfajla promettenti fid-dixxiplina tal-ġinnastika. Hi tittrenja ma' Gymstars Malta u tattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport. Minkejja li għad għandha biss 13-il sena, Ella hija promettenti ħafna fl-isport tagħha. Hi ħadet sehem f 'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom fl-Ingilterra, fi Spanja, fl-Islovenja, fis- Serbja, fil-Belġju u fl-Iżvizzera. Hawnhekk irnexxiela tikseb riżultati tajba ħafna u kemm-il darba kisbet l-ewwel post 'overall' fil-kategorija tagħha. Fl-2017, Ella rrappreżentat lil Malta fil- Comegym Youth Mediterranean Games, kompetizzjoni prestiġjuża li fiha ħadet il-ħames post fuq il-vault u s-sitt post fuq il-beam. Fl-aħħar kompetizzjoni tagħha fis-Serbja f 'Diċembru 2017, Ella rebħet żewġ midalji tad-deheb fuq beam u fuq floor u bronż fuq vault fejn kien ta' unur kbir għal pajjiżna kontra pajjiżi wisq akbar mill-gżira tagħna. Għal Ella, il-ġinnistaka hija importanti ħafna. "Nitrenja sitt darbiet fil-ġimgħa, bejn erbgħa u ħames sigħat kuljum. Il-ġinnastika hija ħajti, u jkolli nagħmel ħafna sagrifiċċji biex inlaħħaq mal-iskola u t-taħriġ. Inħoss sodisfazzjon kbir meta nġib riżultat tajjeb f 'kompetizzjoni internazzjonali, speċjalment kontra pajjiżi li jitrejnaw tmien sigħat kuljum!" Hi qaltilna li fil-futur qrib, tixtieq tirrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi. Preżent u futur mill-isbaħ għal Ella Borg fil-ġinnastika Il-ġinnasta żagħżugħa Ella Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18