Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet l-kontroversji u l-mistoqsijiet l-benefiċċju tad-dubju lil Fearne, u allura qed nimmaġinaw l-aktar xenarju politiku pożittiv għalih, hu jsir kważi ħati b'assoċjazzjoni, mhux b'azzjoni. Issa wieħed irid ipoġġi dan kollu fil-kuntest politiku reali li għalkemm ħadd ma jammettih, jeżisti u jeżisti sew. Jiġifieri 1) fuq bażi distrettwali u politika hemm kompetizzjoni ħarxa bejn Fearne u Konrad Mizzi li min jaf sew x'inhu jiġri minn wara l-purtieri tal-palk politiku jaf li tista' saħansitra tasal għal animożità. Dan ifisser illi hawnhekk għandna żewġ politiċi, li anke jekk jgħidu mod ieħor, m'għandhom ebda interess li jaħslu wiċċ xulxin biex jidhru sbieħ. U dan qed jidher ċar. Konrad Mizzi li ffirma dan il-ftehim u li kien u għadu responsabbli minn Projects Malta, fl-unika darba li wieġeb dwar dan il-każ (meta sar il-ftehim bejn l-Air Malta u l-ALPA), fakkar illi hu kien mal-Ministru Fearne meta sar dan il-ftehim u li kien hemm il-qbil tal- kabinett. Fi ftit kliem; ħatja b'assoċjazzjoni jekk mhux ukoll b'approvazzjoni tal- proġett tal-VGH. U 2) huwa mifhum ukoll illi jekk Joseph Muscat jiddeċiedi li jirreżenja fl-2019 Fearne ikun interessat illi jikkontesta elezzjoni għal Mexxej ġdid. Iktar kemm se jeħel miegħu dan il-każ, aktar se jagħmel ħsara lill-immaġini tiegħu u aktar kemm jiġri dan, aktar Fearne se jonqoslu ċ-ċans li jirbaħ din l-elezzjoni. B'hekk ta' Vitals Global Healthcare hija vera sitwazzjoni antipatka għal Fearne. Minn naħa jrid jiddefendi ftehim illi għandu mitt mistoqsija fuqu u b'nies b'passat dubjuż (u allura jirriskja jinħaraq politikament) u min-naħa l-oħra ma jistax jidher li qed jirribella wisq kontra l-Ministru Mizzi, iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-PM, għax jispiċċa jitlef il-qaleb u l-ġbejna u l-ambizzjonijiet politiċi tiegħu jmutu mewta instantanja. Verament, 'between a rock and a hard place.' Adrian Delia; id-duwa għall- marid? Adrian Delia għadu ma jinsabx f 'post tajjeb mil- lat ta' popolarità. Minkejja tnaqqis drastiku fil-fiduċja li l-poplu għandu f 'Muscat skont l-aħħar sondaġġ li qed nikkwotaw, il-fiduċja f 'Delia hija waħda li għadha pjuttost miżerabbli (15.4%). Minkejja l-kapaċità li jgħaddi l-messaġġ tiegħu b'mod aktar ċar u forsi b'mod li jinftihem u jkun apprezzat aktar minn sezzjoni kbira ta' Nazzjonalisti (u anke Laburisti) minn Simon Busuttil, Delia għadu qed jiffaċċja reżistenza minn ġewwa u diżillużjoni qawwija minn barra. Dan ifisser li Delia għandu bżonn żiemel tal-battalja, u bl-ikrah. Għandu bżonn dik il-kwistjoni li se turih bħala 1) avversarju b'saħħtu li qiegħed iżomm il-kontrolli fuq l-eċċessi tal-Gvern f 'ċerti oqsma, 2) Persuna li se jkompli fejn ħalla Simon Busuttil f 'dak kollu li jirrigwarda n-neċessità tat-trasparenza u governanza tajba u 3) bħala indubjament il-kap tal-PN u allura l-ikbar awtorità politika u morali f 'dan il-partit b'140 sena ta' storja. Din tal-VGH tista' tkun proprju dik il-kwistjoni, illi fuqha Delia jista' jirkeb biex jibda jibni l-immaġini ta' Kap u jerġa' jibda jgħaqqad warajh lil dawk li għadhom mhux qed jarawh bħala idoneu. Hija kwistjoni li qed tmiss il-governanza u allura l-aktar kwistjoni illi fiha Delia huwa meqjus minn ħafna Nazzjonalisti bħala mhux ikkwalifikat biżżejjed biex jitkellem. Din in-nuqqas ta' fiduċja fuq din il- kwistjoni partikolari kompliet tikkomplika lilha nnifisha meta Delia ma setax ikun preżenti fid-dimostrazzjonijiet wara l-mewt ta' Daphne Caruana Galizia. Din kienet sitwazzjoni politika dannuża għax għal dawk li attendew (ħafna minnhom Nazzjonalisti jew nies li vvutaw PN fl-2017) hu kien fuq l-istess livell ta' Muscat f 'dak li jirrigwarda korrettezza u trasparenza. Il-kwistjoni tal-VGH tista' tkun l-ewwel pass reali tiegħu, fis-sens illi issa għandu quddiemu ftehim li kważi ħadd mhu jiddefendi (lanqas il-Ministru tas-Saħħa ironikament) illi fuqu jista' jibni kapital politiku u jibda jibni l-immaġini ta' Prim Ministru alternattiv. Jekk Delia ma jirnexxilux jagħmel gwadann b'dan l-iskandlu, li qed jingħatalu fil-forma ta' opportunità prattikament fuq platt tal- fidda mill-Gvern, allura probabilment huwa iktar diffiċli li jagħmel gwadann serju sal-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Dan sakemm ma jkunx hawn xi forma ta' kroll jew problemi ekonomiċi, li jolqtu direttament lill-ħaddiem u l-but. Xenarju dannuż u mhux mixtieq, kemm għall-pajjiż u fit-tul anke għall-PN innifsu. 'Jekk Delia ma jirnexxilux jagħmel gwadann b'dan l-iskandlu, li qed jingħatalu fil-forma ta' opportunità prattikament fuq platt tal- fidda mill-Gvern, allura probabilment huwa iktar diffiċli li...'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18