Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

Aħbarijiet 16 illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 Marie Louise Paq Paq Ma rridx inkun pitma imma tistgħu tgħiduli jekk hux veru jew le li l-President Marie Louise Coleiro Preca Paq Paq ser toħroġ għall-elezzjonijiet tal-Parlament tal-Ewropa. Għax jekk iva jiena ser nivvutalha żgur. Togħġobni tafux, mimlija entużjażmu, taf tiġbor flus għall-karità u dejjem ittini l-impressjoni li mhix President paq paq. Issa jekk mhux vera mela jiena ngħid intom kollha lsienkom ħażin. Paq Paq! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Come on Tony Isimgħu dan, Tony Zahra li jmexxi l-MHRA, dan kif qed imexxi tal-lukandi meta lanqas lukanda ma għandu. Ommi ma, bħas-soltu jew għax ikun daqsxejn imkabbar bih innifsu jew inkella hemm xi ħaġa li ma nafx. Jien ngħid għalija nippreferi xi ħadd bħal Kevin Decesare. Dak għandu l-lukandi u qatt ma ħa xejn mill- gvern. Le, mhux it-tip dak tal-prinċipju, he comes green and clean. Prosit tafx Jiena jekk hemm Għawdxi li jogħġobni hemm dak Joe Portelli ta' JF projects. Isibu tafx fl-uffiċċju antik ta' John Dalli fil-PortoMaso. Raġel fuq l-irġiel, li qatt ma kisser il-liġi, dejjem irrispetta r-regoli u jekk ikollu bżonn jimxi dritt, jimxi dritt. Iktar minn hekk qatt ma ta sold lil xi partit u politiku u trid tisma' oħra huwa bniedem li ddikjara kulma qala' bħala flus. Prosit Joe keep it up, dak il-bini tal- Mercury House vera sabiħ. Qisu Ż*** imiss is-smewwiet. Prosit u keep up the good work, u tinsiex meta jgħidulek li qed tfotti l-ambjent, tinkwetax għax dawn kollha losers u mdejqin. Ejja nfottu ż-Żejtun Oħra qed tagħmlu għaġeb fuq l-iżvilupp. X'hemm ħażin li nfottu ż-Żejtun, dak raħal tal-lejburisti, tajjeb nagħmlu fabbriki ġo nofs il-kampanja, Hekk ħaqqhom u jien x'jimpurtani mill-ħdura u s-siġar. Dak mhux flus ser iġibu iżda ħafna weraq u annimali strambi. Keep it up Joseph, kompli eqred l-ambjent. Urina kemm inti indifferenti mill- affarijiet 'that count'. Insomma mnalla kien Ruben Abela li qabel kien id-direttur tal-ERA għax kieku kollox magħluq u deċiż. 131 ġurnata Illum ħbieb timmarka l-131 ġurnata minn meta Adrian Delia dak li jrid isir Prim Ministru flimkien ma' dak ta' subgħajh dritt Pierre Portelli qal li ser iħallas it-taxxa dovuta ta' 80,000. Iva hija, 131 ġurnata ilu Delia dak li Defni ddeskrivitu bħala crook, qal li Reno Bugeja li ser iħallas it-taxxa. Aħjar minn hekk fit-3 ta' Ottubru qal li ser iħallas it-taxxa kollha sal-aħħar tas-sena. Miskin tafux. Jien taf x'ngħid li mhux aħjar Robert Arrigo jew Pierre Portelli jgħinuh ftit għax wara kollox il-mara tiegħu Vella de Fremeaux ma għandhiex biex tgħix għax 'you know,' very hard times bħalissa. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali "Għadni qed nistenna r-riżultati" - Pulizija jirrak- konta kif spiċċa migdum UFFIĊJAL tal-Pulizija, li spiċċa migdum mill-persuna li kien qed jarresta, qal fil-Qorti li għadu qed jistenna r-riżultati tat-testijiet mediċi. Il-każ seħħ kważi ġimagħtejn ilu fil- Furjana meta surġent, flimkien ma' kuntistabbli, marru biex jarrestaw żagħżugħ fi Ġnien Vilhena, ġurnata wara li deher jaġġixxi b'mod suspettuż. Meta marru fil-ġnien, il- Pulizija sabu liż-żagħżugħ f 'tarf ta' rdum, viċin l-Ambaxxata Torka b'injama f 'idu. Malli talbuh biex ineħħi l-injama, iż-żagħżugħ ta' nazzjonalità barranija, ħareġ sikkina mill-but u beda jhedded lill-pulizija. Huwa kiser suba' l-kuntistabbli u gidem lis-Surġent tant li kkawżalu ġrieħi ħfief. Iż- żagħżugħ qed ikun akkużat, fost affarijiet oħra, li ħebb u attakka pulizija, irreżista l-arrest, ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija, kellu arma mingħajr liċenzja u li kiser il-paċi pubblika. Wieħed mill-pulizija spjega li "bid-demm nieżel" irnexxielhom jarrestaw lir-raġel li baqa' jgħajjat u jobżoq lejhom. Minħabba l-aġir tal-akkużat, anke fl-awla tal-Qorti, il- Maġistrat ħatar psikjatra biex jeżaminah. Niġerjan akkużat bi traffikar tad-droga jaħrab minn Malta imma jinqabad fl-Italja Juża l-passaport ta' sieħbu biex ma jitlifx appuntament fl-Italja RAĠEL Niġerjan li ħarab minn Malta biex jevita ġuri dwar traffikar tad- droga eroina li qed jiffaċċja f 'pajjiżna, inġieb lura Malta wara li kien arrestat fl- Italja. Kenneth Dulu ta' 41 sena kellu jiffaċċja akkużi ma' Niġerjan ieħor, Theophilus Nwadike, fuq konfoffa biex jittraffikaw l-eroina lejn Malta fl-2010. Malli kellu jibda jinstema' l-ġuri iżda, dawn iż-żewġt irġiel ħarbu mill-pajjiż. Duru kien arrestat fl-Italja wara ħareġ mandat t'arrest Ewropew kontrih. Nwadike wkoll huwa mifhum li jinsab l-Italja. Il-każ qed jidher quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Assistent Kummissarju Dennis Theuma filwaqt li l-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher għall-akkużati. RAĠEL ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiża għal sentejn wara li nstab ħati li pprova jħalli Malta b'passaport ta' ħabib tiegħu. Ata Augustine li għandu 31 sena u huwa mill-Ghana, ġie arrestat nhar l-Erbgħa li għadda fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ftit qabel qabad titjira minn Malta għal Katanja. L-akkużat kien qed juża l-passaport ta' sieħbu, li jgħix l-Italja, bil-għan li ma jitlifx appuntament li kellu l-Italja. Fil-Qorti nstema' kif l-akkużat kellu jiltaqa' ma' awtoritajiet tal-immigrazzjoni fl-Italja fejn kellhom jittiħdulu l-marki tas- swaba'. Huwa suppost ħalla Malta disa' xhur ilu u kien għalhekk li għamel użu mill-passaport ta' ħabibu. Il-prosekuzzjoni talbet għal sentenza effettiva ta' ħabs għax fi kliemha dawn il-każijiet huma sejri u qed jiżdiedu. Huwa wieġeb ħati li kien fil-pussess u uża dokumenti ta' ħaddieħor u li ta xhieda falza quddiem l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni. L-Avukat Joseph Ellis, li deher għall-akkużat, talab lill-Qorti għal sentenza sospiża għax l-akkużat ikopera mal-Pulizija tant li tressaq il-Qorti siegħa wara li ġie interrogat. Fakkar ukoll li l-akkużat qatt ma kellu problemi mal-Pulizija kemm ilu Malta. Staqsa jekk il-prosekuzzjoni kinitx qed titlob għal sentenza effettiva minħabba l-kulur tal- ġilda tal-akkużat. Iżda l-Ispettur Mario Haber, saħaq li l-prosekuzzjoni għamlet akkużi u talbiet simili għal persuni ta' kull razza. Fi kliemu, kien hemm każijiet li jinvolvu Ukreni, Ċiniżi u anke Amerikani. Il-Qorti laqgħet it-talba tad- difiża. Ħaddiema tat-tajms U xi eks ħaddiema tat-tajms ġew fuqi u qaluli li dawn is-sidien kollha tal-gazzetti huma… ma nistax ngħidha għax pastaża wisq. Insomma qaluli: "Tajba, mela għalqu l-magni tal-istampar u fl-istess nifs taħt gvern tal-lejber ħadu €2 miljun sussidju mill-Malta Enterprise." Kulħadd b'xortih, kulħadd ferħan. U mhux vera tafux li l-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18