Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 Sports 28 Harry Kane l-eroj assolut fir-rebħa ta' Tottenham Hotspur minn Cristian Antony Muscat ISSOLITU Harry Kane reġa' kien l-eroj assolut fir-rebħa minima ta' 1-0 li Tottenham Hotspur kisbu ġewwa darhom f 'Wembley Stadiim, meta gowl tiegħu permezz ta' daqqa ta' ras fid-49 minuta wassal biex l-Ispurs għelbu lill-ġirien iżda rivali ta' Arsenal fid- Derby ta' Londra. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 3-1, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Gylfi Sigurdsson, Baye Oumar Niasse u Tom Davies. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Crystal Palace, wasal minn penalty ta' Luka Milivojevic fit-83 minuta. West Ham United ġewwa darhom fl-Olympic Stadium għelbu lil Watford bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Javier Hernandez u minn Marko Arnautovic fit-38 u fit-78 minuta rispettivament. Stoke City u Brighton & Hove Albion temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal Stoke City jasal minn Xherdan Shaqiri fit-68 minuta, waqt li kien Jose Izquierdo li fetaħ l-iskor għal Brightin & Hove Albion fit- 32 minuta. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl- iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Sung-Yueng Ki fil-81 minuta. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, AC Milan barra minn darhom għelbu lil Spal bl-iskor kbir ta' 4-0, bil-gowls għar-Rossoneri jaslu minn Lucas Biglia, Fabio Borini u doppjetta tas-solitu Patrick Cutrone. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 10 ta' Frar Tottenham Hotspur vs Arsenal 1-0 Everton vs Crystal Palace 3-1 Stoke City vs Brighton & Hove Albion 1-1 Swansea City vs Burnley 1-0 West Ham United vs Watford 2-0 Kampjonat Serie A TIM SPAL 2013 vs AC Milan 0-4 FIXTURES Il-Ħadd 11 ta' Frar 12:30 Sassuolo vs Cagliari 15:00 Chievo Verona vs Genoa 15:00 Inter vs Bologna 15:00 Sampdoria vs Hellas Verona 15:00 Torino vs Udinese 20:45 Roma vs Benevento Kampjonat Barclays Premier 13:00 Huddersfield Town vs AFC Bournemouth 15:15 Newcastle United vs Manchester United 17:30 Southampton vs Liverpool It-Tnejn 12 ta' Frar 21:00 Chelsea vs West Bromwich Albion Dele Alli jifraħ wara li skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lill-iSpurs. FILJIEM li għaddew, ġiet organizzata b'suċċess is-47 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali ta' Badminton Malta. Kienet gimgħa mimlija azzjoni fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport f 'Pembroke. Kellna logħob sbieħ u eċċitanti b'ħafna logħob ta' livell u rallies twal u pjaċevoli. Fl-aħħar ġurnata tal-kampjonati rajna logħob interessanti fil-ħames finali. Bdejna il- ġurnata tal-finali bis-Singles tan-Nisa fejn Fiorella Marie Sadowski kompliet turi dominanza f 'din il-kategorija u rnexxielha tiddefendi it- titlu tagħha billi għelbet lil Michaela Ellul 21-8, 21-13. Fil-kategorija Singles tal- irġiel, Matthew Abela kien f 'forma mill-aqwa fil-finali u reġa rebaħ il-kategorija meta rebaħ kontra Stefan Salomone 21-14, 21-10. Rajna rallies eċċitanti u twal b'ħafna mumenti ta' attakki kontinwi f 'logħba li damet 27 minuta. Fil-kategoriji tad-doubles kellna logħob bi skor iktar viċin b'Yanika Polidano u Fiorella Sadowski jirbħu id-Doubles tan-nisa għat-tielet darba f 'erbgħa snin meta għelbu lil Jo'Anne Cassar u Jacqueline Degiovanni 21-10, 21-17. B'hekk Fiorella Sadowski rebħet it-tieni finali bit-tama li tirbaħ it-tielet finali u tikseb it-Triple Crown. Fid-Doubles tal-irġiel il- koppja Samuel Calì u Stefan Salomone reġgħu kisbu it-tirlu meta għelbu lil Stephen Ferrante u Nigel Degaetano fil-finali 21-13, 19-21 u 21-15. Calì u Salomone bdew tajjeb u rebħu l-ewwel logħba 21-13 imma Ferrante/Degaetano irreaġixxew u rebħu it-tieni logħba 21-18 biex ħallew il- finali miftuħa għal kull riżultat fit-tielet logħba. Fil-logħba deċisiva Samuel Calì u Stefano Salomone ħadmu tajjeb ħafna flimkien u rnexxielhom jassiguraw rebħa f 'finali li damet 40 minuta. Fl-aħħar finali tal- ġurnata erġajna assistejna għal-logħba minlija rallies twal u kumbattuti. Fil-finali tal-Mixed Doubles Stephen Ferrante/Fiorella Sadowski rnexxielhom jegħelbu l-isfida ta' Matthew Abela/Jo'Anne Cassar 21-17, 21-14. B'hekk Fiorella rnexxielha tgħaqqad it-Triple Crown wara li rnexxielha tirbaħ is-Singles, Doubles u Mixed. Wara kollox kienu Kampjonati Nazzjonali li ser jibqgħu mfakkra: formatt ġdid, logħob eċċitanti u pjaċevoli biex jiġu segwiti minn dawk preżenti. Dawk li attendew biex isegwu dawn il-finali raw logħob interessanti u pjaċevoli, kif jaf joffri l-isport tal-badminton. It-tmexxija ta' Badminton Malta uriet sodisfazzjon għas-suċċess miksub fl- organizzazzjoni ta' dawn il- kampjonati u dan huwa pass ieħor għal-kompetizzjonijiet u Kampjonati Nazzjonali organizzati b'mod aħjar. Il-logħob kien ta' livell sodisfaċenti u Badminton Malta tħares 'il quddiem biex tatratta iktar plejers u spettaturi lejn dan l-isport. Grazzi kbira tmur għall- Iskola Nazzjonali tal-Isport għas-sapport kontinwu biex dawn il-kampjonati ikunu possibli. Issa li il-Kampjonati Nazzjonali għaddew, ħarset id-dilettanti kollha tal- badminton lokali terġa' ddur lejn ir-Ranking Tournament li jmiss kif ukoll il-Kampjonati tat-timijiet, filwaqt li nkomplu naħdmu biex niksbu iktar riżultati pożittivi fil-qasam internazzjonali. Il-finali kollha jistgħu jiġu segwiti fuq il- Facebook Page ta' Badminton Malta. Suċċess fil-Kampjonati Nazzjonali 2018 ta' Badminton Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18