Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet mill-Belt fis-sena tagħhom… tiegħu. Semma każ ta' blokka ta' appartamenti fi Triq ir- Repubblika fejn is-sid qabad u biegħ il-propjetá u talab lill-erba' familji li kienu jgħixu fiha biex fi żmien sentejn, jitilqu 'l barra. F'dan il-każ, għall-kuntrarju tal-esperjenza tal-koppja anzjana, is-sid ma offra xejn lir-residenti, tant li kellhom isibu post huma stess. Fi kliem il-Kappillan, il- kirjiet u l-propjetà fil-Belt għoliet ħafna u għalhekk diffiċli għall-Beltin biex isibu post ieħor fil-Belt stess. "Qed ikeċċu n-nies 'il barra mill-Belt" kompla jgħid Patri Michael. "Qed nieħdu ħsieb aktar lill-ġebel milli l-persuna." Kien hawn li saħaq li hemm djar u appartamenti fil-Belt li meta tarahom taħseb li fihom jgħixu l-ħnieżer u mhux nies." Mistoqsi x'għajnuna toffri l-parroċċa lil dawn il-familji, il-Kappillan spjega li jqassam ħafna xirjiet iżda diffiċli joffri post lill-familji kollha, jew inkella jirranġa dar, għax fi kliemu, jekk jagħmel hekk ma' persuna jew familja waħda, irid jagħmel l-istess ma' kulħadd. Esprima x-xewqa li min hu responsabbli jinżel idur mat- toroq tal-Belt u jara b'għajnejh ir-realtà li fiha qed jgħixu ħafna Beltin. Il-Ħadd li għadda, l-ILLUM, żvelat kif madwar 350 persuna ħadu sehem f 'riċerka estensiva dwar is-suq tal-kera, hekk kif il-White Paper proposta mill- Gvern dwar dan il-qasam qed toqrob dejjem aktar fil-qrib. Is-sid meta għandu dritt ma jġeddidx il-kera? L-ILLUM tkellmet mal-Avukat Bernard Grech u staqsietu jispjega meta sid il-kera għandu dritt li jiddeċiedi li ma jġeddidx il-kirja. Skont il-Liġi tal-Kera, kirjiet li kienu bdew qabel l-1995 huma protetti u għalhekk l-inkwilini (ir-residenti) għandhom id-dritt li jibqgħu jgħixu fl-istess propjetà sakemm jonoraw l-obbligi kollha tagħhom bħala inkwilini inkluż il- ħlas tal-kera fil-ħin. Dawn l-istess kirjiet jistgħu jintirtu minn iben/bint/ulied l-inkwilini imma għal darba waħda biss. Dan jekk l-ulied ikunu għadhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom fil-fond mikri meta tiġi nieqsa l-persuna (l-omm jew il- missier). Fil-każ tal-kirjiet kollha ta' wara l-1995, sid il-kera għandu dritt li ma jġeddidx il-kera meta jagħlaq il-perjodu miftiehem fuq il-kuntratt tal-kera jew f 'nuqqas ta' kuntratt, malli jgħaddi l-perjodu tal-ħlas tal- kera kif miftehma. Dan ifisser li jekk, pereżempju, min jikri, huwa obbligat li jħallas il-kera kull 3 xhur, sid il-kera jista' jiddeċiedi li mal-ħlas tal-kera tal-perjodu ta' tliet xhur javża lill- inkwilini li mhux biħsiebu jġedded il-kirja malli jagħlqu dawk it-tliet xhur li jkunu qed iħallsu tagħhom. Jekk ikun hemm kuntratt tal-kera li barra li jistabbilixxi l-ammont ta' kera dovuta u kull meta għandha titħallas, jistabbilixxi wkoll terminu ta' kemm ser tkun twila dik il-kirja, sid il-kera jista' biss jiddeċiedi li ma jġeddidx il-kuntratt malli jkun se jiskadi. Dan bil-kundizzjoni li l-inkwilini ma jkunux kisru l-kuntratt u naqsu milli jonoraw xi obbligi fil-kuntratt. Jekk l-inkwilini jonqsu billi jiksru xi kundizzjoni tal-kuntratt tal- kera, is-sid jista' xorta waħda jkollu d-dritt li jwaqqaf il-kuntratt. L-Avukat Grech spjega li r-reviżjoni tal-liġi tal-kera, li saret fl-2010, kienet saret bil-ħsieb li filwaqt li l-inkwilini jibqgħu jkunu protetti, tagħti ftit xaqq ta' dawl lis-sidien li xi darba jistgħu jieħdu l-propjetà tagħhom lura. Semma' każijiet fejn persuna tkun qed tħallas kirja żgħira fuq proprjetà li tiswa ħafna flus, iżda fl-istess ħin tkun xtrat proprjetà, għax taffordja tagħmel dan u tkun qed tikriha bl-għoli. Fi kliemu, dan huwa abbuż. Apparti minn hekk semma wkoll każijiet ġenwini, ta' residenti li jintalbu joħorġu minn propjetá minkejja li l-liġi tkun tipproteġihom u dawn iċedu għall- pressjoni mis-sidien, jew għaliex jibżgħu mill-ispejjeż jew għaliex ma jkunux jixtiequ li jidħlu l-Qorti. Dr Grech appella lil dawk li jaħsbu li għandhom każ ġenwin biex ma jiddejqux jitolbu pariri legali u anke jfittxu l-kenn li toffrilhom il-liġi għax ikun inutli li jkollok dritt fil-liġi mbagħad tonqos li tapplikah. l-Avukat Bernard Grech Minn Yendrick Cioffi LAĠENZIJA internazzjonali Fitch Ratings ikkonfermat il-credit rating ta' A+ għal Malta wara li l-pajjiż għalaq is-sena li għaddiet bi tkabbir ekonomiku ta' 7%. Sa ftit xhur ilu, l-istess aġenzija kienet qed tbassar rata ta' 4%. Għal din is-sena, Fitch tipprevedi tkabbir ta' 5.9%. Għalkemm din ir-rata hija inqas minn dik tas-sena li għaddiet, xorta waħda hija aktar mir-rata ta' 3.7% li l-istess Aġenzija kienet semmiet fir- rapport preċedenti. Ir-rapport ibassar ukoll li din is-sena l-pajjiż se jkollu surplus ta' 1.5%, jiġifieri ogħla minn dak previst fil-Baġit li għadda. Fi stqarrija, il-Gvern saħaq li dan ir-rapport joħloq ukoll kuntrast ma' dak li qed issostni l-Oppożizzjoni dwar temi ekonomiċi, fost dawn il-kontroll fuq l-ispiża soċjali. Fitch tagħti ħarsa wkoll lejn il-prezzijiet tal-proprjetà u tbassar li dawn għandhom jiżdiedu b'rata mgħaġġla l-aktar minħabba l-influss qawwi ta' ħaddiema barranin, tkabbir fis- settur tat-turiżmu u l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bolla għal min jixtri dar għall-ewwel darba, u nuqqas fil-provistà. Ir-rapport ibassar ukoll li użu akbar ta' fondi Ewropej u anke proġetti kbar fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni se jkollhom kontribut pożittiv fuq it-tkabbir tal- investiment. Isemmi wkoll il-Bank Malti tal-Iżvilupp li mistenni jżid l-investiment min- negozji żgħar u medji u fi proġetti infrastrutturali kbar. Minkejja dan, iwissu wkoll li l-pressjoni li tinħoloq min- nuqqas ta' ħaddiema tista' twassal biex jogħlew il-pagi li iżda jistgħu jaffettwaw il- kompettività fil-prezzijiet. Min-naħa tiegħu, il- Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li dan ir- rapport jikkonferma li Malta għandha quddiemha iktar snin ta' suċċessi ekonomiċi. Il-Ministru saħaq li dan huwa attribwit l-aktar għad- dħul medju ta' kull persuna, it-tkabbir ekonomiku li huwa wieħed b'saħħtu u anke indikaturi sodi ta' governanza. 'Ir-rapport ta' Fitch jikkonfer- ma li għandna aktar snin ta' suċċessi ekonomiċi' L-Aġenzija Fitch tikkonferma l-credit rating ta' A+

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18