Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846
15 Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet t-tfal...darba mietu n-nies fil-Karnival Biex tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni, lampa li s-soltu kienet titħalla mixgħula f 'dan il-kuritur, jidher li ntfiet, u kulħadd spiċċa fi dlam ċappa. B'riżultat t'hekk in-nies li kienu nġabru hemm bdew jimbuttaw lil xulxin biex jippruvaw joħorġu mill-bieb l-ieħor, u t-tfal li kienu l-eqreb ta' dan il-bieb, tgerrbu fit-tmien tarġiet li kienu hemm biswit l-entratura, u waqgħu fuq xulxin. Issa, l-uniku bieb minn fejn setgħu joħorġu, safa mbarrat ukoll u minħabba li dan kien jinfetaħ 'il ġewwa, żied sew il-paniku. Dawk li kienu fuq barra jqassmu l-ħobż u l-frott lit-tfal jirrakkuntaw li bdew jisimgħu twerżiq kbir mit- tfal li nqabdu f 'dan is-saram. L-għajjat tant kien qawwi li wasal anki għand il-ġirien tal-madwar u minnufih in- nies ħarġu biex jaraw x'ġara u biex jagħtu l-għajnuna li setgħu. L-ewwel reazzjoni kienet li jippruvaw jiftħu n-nofs l-ieħor tal-bieb li kien jagħtu fuq Strada Sant'Ursula iżda peress li kellu t-tfal mixħutin fuqu dan ma seta' jinfetaħ b'xejn. Jidher li xi wħud ġrew lejn is-sagristija biex isibu ċ-ċavetta tal-bieb l-ieħor u meta għamlu dan, huma raw kif daħlu minn fost in-nies li kien hemm fil-kuritur biex jippruvaw jilliberaw lit-tfal mill-bieb ta' wara. Imma sfortunatament, għal ċerti tfal, kien diġà tard wisq! Ftit wara numru ta' tfal inħarrġu barra t-triq mejta, oħrajn mitlufa b'ħass ħażin fuqhom u oħrajn fi stat ħażin ħafna. Il-konsegwenza kienet waħda verament traġika - 10 subien tal- età bejn it-8 u l-15-il sena kienu tilfu ħajjithom fgati, magħfusa fl-ispazju żgħir li sabu ruħhom fih jew għax intrifsu waqt il-konfużjoni li nqalgħet. Skont il-Gvernatur, mill-inkjesta li saret u mill-informazzjoni li nġabret, ikkonkludew li dan kien l-inċident traġiku ġie kkawżat minħabba d-dewmien fiċ-ċerimonja tal-Furjana. Dan ta lok lil dawk li kienu qed jiċċelebraw il-Karnival sabiex jingħaqdu ma' dawn it-tfal. Raġuni oħra kienet in-nuqqas ta' dawl fil-kuritur tal-kunvent li ċertament kompla żied il- konfużjoni. Finalment ħadd ma ġie akkużat bil-mewt ta' dawn it-tfal peress li xejn minn dan kollu ma kien sar bil-ħsieb li joħloq din it- traġedja. Is-Segretarju Prinċipali tal-Gvern ikompli jsemmi kif f 'dik il-ġurnata sewda fl-istorja tagħna, kulħadd ikkollabora biex jgħin kif jista'. Anki l-istess familjari tal-vittmi ħallew lill-pulizija u lis-suldati jaħdmu sabiex isalvaw kemm jistgħu individwi. Fir-rapport tiegħu huwa jfaħħar ħafna lill-ġirien li għamlu minn kollox biex jagħtu daqqa t'id f 'dak kollu li kien hemm bżonn. L-istess rapport isemmi wkoll ringrazzjamenti lit-tobba u lill-infermieri li ħaffew lejn il-post biex jagħtu l-għajnuna malli semgħu bl-aħbar. Huwa wera l-gratitudni tiegħu anki lejn l-uffiċjali tal-Pulizija u lejn il-membri tar-Reġiment Royal Malta Fencible mmexxija mill-Kaptan tagħhom, il-Kurunell Markiż Giuseppe De Piro. Jikkonkludi li bis-saħħa ta' dawn kollha, il-konsegwenzi ta' din it-traġedja tnaqqsu drastikament. Din il-ġrajja titfa' dawl kbir fuq is-soċjetà Maltija ta' dak iż-żmien u fuq il- faqar li kienu għaddejjin minnu ħafna mill-Maltin. B'konsegwenza ta' din it- traġedja nazzjonali, jiem li suppost kienu ta' ferħ u daħk fil-Karnival ta' dik is- sena, spiċċaw ħabta u sabta f 'luttu tal-waħx! Grazzi għar-riċerka li saret nafu ħafna iktar dwar din il-ġrajja ta' 195 sena ilu, li sservi wkoll biex tiftħilna għajnejna għal kull prekawzjoni meħtieġa li għandha tittieħed għas-sigurtà tan-nies, partikolarment f 'attivitajiet kbar tal-massa bħalma huwa l-Karnival. tfal, kien diġà tard wisq! Ftit wara numru ta' tfal tiegħu huwa jfaħħar ħafna Tfal lebsin tal-Karnival fis-seklu 19 Il-Knisja ta' Ġieżu "B'konsegwenza ta' din it-traġedja nazzjonali, jiem li suppost kienu ta' ferħ u daħk fil-Karnival ta' dik is-sena, spiċċaw ħabta u sabta f 'luttu tal-waħx!"