Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 ILVITALS Global Healthcare qed tiddomina x-xena politika bħalissa. Bosta paġni u kolonni fil-gazzetti qed ikunu ddedikati għal din il-qassata politika. Primarjament dwar kif sar il-kuntratt fl-2015, min hemm wara l-istess kumpanija (bħala Ultimate Beneficiary Owner), kemm ħadet flus il-VGH mingħand il-Gvern Malti u x'fihom dawk il-partijiet tal-kuntratt li jinsabu mħassrin. Dan apparti l-kwistjoni tal-istrajk tat-tobba u n-nuqqas ta' informazzjoni f 'dak li jirrigwarda l-ħaddiema, kemm dawk li jaħdmu fl-isptarijiet u aktar u aktar dawk li jaħdmu fil- Management tal-istess kumpanija. Filwaqt li fl-aħħar ġimgħat din il-gazzetta ppubblikat diversi stejjer kif ukoll tat ħarsa estensiva lura lejn is-sentejn li għamlet il-VGH f 'Malta s'issa, l-għan ta' din l-analiżi huwa li jagħti ħarsa lejn l-aspett purament politiku tal-kwistjoni kollha. Min se jitlef, min jista' juża din il-kwistjoni biex iċċaqalqu naqra u min jaf jitlef il-qaleb u l-ġbejna prorpju minħabba din il-kwistjoni. Il-popolarità tal-Gvern ta' Muscat... Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta oħt Maltatoday ippubblikat sondaġġ tal- opinjoni pubblika. Minkejja li Adrian Delia għadu lura ħafna, fejn jidħol kalkolu ta' min hu l-aktar fdat miż-żewġ mexxejja, kien immarkat tnaqqis ta' 9.4% f 'dawk li jafdaw lil Joseph Muscat l-aktar. Dan biex Muscat għadu fdat minn madwar 41% u Delia minn 15.4%. Minħabba li dan is-sondaġġ sar hekk kif qed tiddomina ġmielha din il-kwistjoni partikolari, wieħed jista' jasal għall-konklużjoni azzardata illi parti minn dan il- persentaġġ konsiderevoli f 'telf ta' fiduċja huwa riżultat dirett ta' din il-kwistjoni partikolari, li qed dejjem tieħu iktar ix- xejra ta' skandlu politiku kbir. Ikun hemm min jistaqsi, imma allura kif dan il-każ huwa differenti minn dak li jinvolvi Ministru, Chief of Staff u kontijiet fil-Panama? Għax fil-verità lanqas meta faqqgħet il-kwistjoni ta' kontijiet fil-Panama ta' Konrad Mizzi, Muscat ma ra dan it-tnaqqis fil-fiduċja fi żmien tant qasir. Probabilment id-differenza hija li fil-każ tal-VGH hemm affarijiet ħafna iktar tanġibbli. Minkejja li xorta l-kwistjoni ddur ma' kontijiet u struttura mill-aktar kumplessa ta' kumpaniji, bħal kaxxa f 'kaxxa ikbar, kuntrarjament għall-kwistjoni tal-Panama hawnhekk il-poplu qed jara xi ħaġa tanġibbli. Jiġifieri qed jara li x-xogħol fuq l-isptarijiet bilkemm beda u jekk huwa ħaddiem qed jara illi jinsab f 'inċertezza, għax ftit li xejn huwa magħruf, min jinsab fejn. Din id-darba wieħed jista' jqabbel il-flus li ngħatat il- VGH bħala kumpanija (mal- €190,000 kuljum) max-xogħol li sar, filwaqt li xorta jżomm f 'moħħu l-bosta mistoqsijiet serji li hemm dwar dan il- proġett. Il-famuża 'korruzzjoni', perċeputa jew le, allura m'għadhiex xi ħaġa fl-arja li mhi qed tieħu xejn lill-pajjiż imma f 'dan il-każ saret xi ħaġa iktar tanġibbli. Dan il-każ probabilment qed idejjaq l-aktar lil żewġ gruppi ta' votanti. L-ewwel, dawk li fl-aħħar elezzjoni vvutaw PL, minkejja kwistjonijiet bħal tal-Panama, ta' Gaffarena (esproprijazzjoni ta' proprjetà fi Triq Zekka), Cafè Premiere u anke (forsi) tal-bejgħ tal- passaporti. Jiġifieri l-vot lill- PL li kien iktar 'kawt' milli 'entużjast'. U naturalment qed idejjaq ukoll lil dawk li vvutaw kontra Muscat, proprjament minħabba kwistjonijiet simili. Minkejja li din kienet daqqa ta' ponn għall-Gvern u probabilment, kif juri s-sondaġġ tal-Maltatoday, anke għall-immaġini politika ta' Joseph Muscat, kif jgħidu bl-Ingliż 'it's still very early days'. L-ewwel u qabel kollox għadna fil-bidu tal-leġiżlatura (l-elezzjoni ilha li saret biss tmien xhur) u t-tieni, wieħed għad irid jara Steward Healthcare, jekk eventwalment isir il-bejgħ, x'se joffru, kif se jmexxu u liema prodott finali se jkunu qegħdin jagħtu lura. Minkejja li dan ma jneħħi xejn mis-serjetà tal-mistoqsijiet, dubji u l-istruttura tal-isptarijiet infushom, jekk Steward jirnexxilhom jagħmlu dak li m'għamlux VGH u jagħtu lura tliet sptarijiet skont kif maqbul, bil-livell li qed jingħad illi suppost se jsiru, allura l-attenzjoni u s-sinifikat tal-ftehim mal-VGH ikun innewtralizzat xi ftit. Jiġifieri wieħed irid jara jekk ir-rabja li hemm bħalissa fost sezzjoni tal-popolazzjoni, speċjalment fost dawk li mhux neċessarjament jidentifikaw ma' partit, hix se tibqa' jew hux se tmajna maż- żmien. L-akbar tellief; Chris Fearne L-akbar tellief min-naħa tal-Gvern huwa bla dubju l-Ministru Chris Fearne. Fearne huwa Ministru ġeneralment rispettat, mhux biss minn ħafna Laburisti imma minn ħafna Nazzjonalisti wkoll. Dan joħroġ ċar minn diversi sondaġġi tal-kamra tal- aħbarijiet tagħna li fil-fatt kienu poġġew lil Fearne bħala l-aktar Ministru popolari sa qabel l-aħħar elezzjoni u t-tieni l-aktar Ministru popolari fost il-Laburisti. Fl-aħħar elezzjoni, b'10,000 vot, huwa kiseb l-akbar numru ta' voti wara ż-żewġ mexxejja politiċi. Iżda dan kollu jaf isirlu suf hekk kif il-pressjoni fuqu biex iwieġeb mistoqsijiet qiegħda dejjem tikber. Fearne qiegħed fir-riskju illi jkun wisq assoċjat ma' dan il-proġett, anke jekk forsi hu jħoss li dak ta' Steward huwa 'the real deal'. F'nuqqas komplet ta' informazzjoni u tweġibiet mill-Gvern il-każ qed ikompli jintefa' taħt dawl mill-ekreh u miegħu Fearne. Li jfisser illi jekk nagħtu VGH: Il-kalkoli politiċi wara l-kontroversji agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-ftehim mal-VGH fl-2015 jerġa' jitla' fil-wiċċ b'vendetta... imma dan l-iskandlu lil min se jgħolli? Lil min jaf ikisser? U għal min huwa l-ewwel xaqq ta' tama? .... 'Dan il-każ probabilment qed idejjaq l-aktar lil żewġ gruppi ta' votanti. L-ewwel, dawk li fl- aħħar elezzjoni vvutaw PL, minkejja...' 'sitwazzjoni antipatka għal Fearne. Minn naħa jrid jiddefendi ftehim illi għandu mitt mistoqsija fuqu u b'nies b'passat dubjuż u min-naħa l-oħra ma jistax jidher li qed jirribella wisq kontra l-Ministru Mizzi..'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18