Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846
Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Sports 35 l-mediċina tiegħi' Hija atleta ewlenija f 'pajjiżna u li kulma jmur iż-żmien qed tkompli teċċella f 'dan l-isport li tant tħobb. Ħadet sehem f 'diversi tlielaq barra minn Malta imma l-iżjed li għamlet kienu fuq it-trakka f 'postijiet bħal Celle Ligure u Viterbo ġewwa l-Italja kif ukoll ġewwa Warrington u Manchester -Ingilterra. Id-distanzi li tieħu sehem hom ivarjaw minn 800m sa 13-il kilometru. Riċentament bdiet tittrenja ma' kowċ ġdid - Ivan Rozhnov Tieħu sehem ukoll t-tlielaq li jiġu organizzati mill-Malta Employees Sports Association (MESA) fejn tieħu gost tirrappreżenta lill-Awtorità li taħdem ha u fejn għal diversi drabi rnexxielha tikseb l-ewwel post. Gianella Bugeja mal-ħbieb fejn ħafna drabi ma nkunx nista' nibqa' sal-aħħar għax inkun irrid immur nistrieħ ħalli l-għada nqum kmieni għat-taħriġ. Barra minn hekk, apparti dan kollu nkun irrid nsib ħin biex inlesti l-ikel għax- xogħol kif ukoll għal filgħaxija u nkun irrid insajjar ikel nutrittiv kemm jista' jkun biex inkompli ntejjeb saħħti u ngħin fil-proċess ta' rkupru għaliex mhuwiex il-każ ta' kif jaħsbu ħafna li min jitrenja jista' jiekol li jrid. Anzi bil-kuntrarju jien ikolli nagħżel li ma nattendix okkażżjonijiet fejn naf li m'hemmx ikel addattat għalija jew inkella jkolli nagħżel li nieħu l-ikel għalija biex inkun nista' nkompli mal-oħrajn. Xi tlielaq ħadt sehem fihom barra minn Malta? Għamilt diversi tlielaq barra minn Malta imma l-iżjed li għamilt kienu fuq it-trakka f 'postijiet bħal Celle Ligure u Viterbo ġewwa l-Italja u kif ukoll ġewwa Warrington u Manchester. Id-distanżi jvarjaw minn 800m sa 13-il kilometru. Riċentament bdejt nittrenja ma' kowċ ġdid Ivan Rozhnov u nħossni verament kuntenta kemm għax qegħdin grupp tajjeb kif ukoll għax nemmen f 'dak li jgħidli l-kowċ. Bħalissa miniex qed niffoka fuq xi distanza partikolari; iżda qed niffukkaw fuq tlielaq partikolari li flimkien niddeċiedu li nagħmel fosthom tlielaq ta' ħames u għaxar kilometri. Liema kienet l-isbaħ esperjenza tiegħek sa issa fl-atletika? S'issa l-isbaħ esperjenza kienet fl-aħħar ġimgħa ta' Lulju meta ġejt magħżula biex nirrappreżenta lil Malta ġewwa Premana l-Italja. Ħadt sehem fil-World Mountain Running Championships fejn hemmhekk kkompetejt mal- aqwa atleti tad-dinja fosthom mill-Kenya, Russja u l-Amerka. Meta nikkunsidra li hawn Malta m'għandix muntanji, nista' ngħid li mort tajjeb ħafna fejn kont kapaċi ngħaddi atleti minn Andorra kif ukoll Belarus. Minn esperjenza bħal dik tgħallimt ħafna kemm għax għamilt ħbieb ma' atleti professjonali, kif ukoll għax wara li għamilt tellieqa daqshekk iebsa fuq muntanja b'altitudni ta' 430m, mentalment ħassejtni nissaħħaħ iżjed. Meta waqt tellieqa nħossni qed inbati, inġib quddiem għajnejja f 'kemm kont għelibt biża' biex nitla tlajja' u ninżel inżul u hemm nagħmel kuraġġ lili nnifsi biex ma naqtax qalbi. Tieħu sehem f 'xi tlielaq oħra barra minn dawk li diġà semmejt? Inħobb nieħu sehem ukoll fit-tlielaq li jiġu organizzati mill-Malta Employees Sports Association (MESA) fejn nieħu gost nirrappreżenta l-Awtorità li naħdem fiha u fejn għal diversi drabi irnexxieli nikseb l-ewwel post. F'Awwissu li għadda erġajt ksibt l-ewwel post fit – 10Km Night Run li hija l-unika tellieqa li ssir filgħaxija għall-ħabta tad-9pm fejn irnexxieli nikseb l-ewwel post wara biss tlett ijiem li kont għadni ġejja minn Premana. Nista' ngħid li bħalissa kuntenta ħafna bir-riżultati li qed nikseb, iżda l-ikbar xewqa tiegħi hija li ntejjeb il-ħin tan-nofs maratona li se ssir fil-jiem li ġejjin. Sfortunatement minħabba diversi injuries li kelli, kelli naqbiżha għal sentejn sħaħ allura verament nixtieq inkun fiżikament tajba ħalli nkun nista' nikseb ħin tajjeb u negħleb l-aħjar ħin tiegħi ta' siegħa u 31 minuta. Ninsab persważ li tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess kollu li diġà rnexxielek tikseb... Nixtieq nirringrazzja lil ħafna nies għaliex dan kollu li semmejt ma jkunx possibli jekk mhux bis- saħħa ta' ħafna li jissaportjawni speċjalment il-familja u l-ħbieb tiegħi, ix-xogħol tiegħi Transport Malta, lil SportMalta, kif ukoll lill-isponsors tiegħi fosthom NutriFit Factory, Garmin Malta, Continental Cars Ltd u Perskindol Malta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fl-atletika. Nemmen li mhux l-atletika biss iżda kull sport fih is-sabiħ tiegħu, għalhekk inħeġġeġ lil ħafna biex ma jaqtgħux qalbhom għax qatt mhu tard li tibda. Lanqas m'għandna naqtgħu qalbna meta niksbu riżultati mhux daqshekk għal qalbna iżda nitgħallmu mill-esperjenza u naraw fejn stajna morna aħjar. Il-ħajja fiha ħafna tlajja' u nżul iżda jekk ma jkollniex hekk, ma nistgħu qatt napprezzaw it-tajjeb li jkollna f 'ħajjitna. Barra minn hekk meta nikseb riżultati tajbin, ninsa l-mumenti u l-ġrajjiet ħżiena kollha li nkun għaddejt minnhom u nkompli nimmotiva ruħi biex inkompli ntejjeb il-ħinijiet tiegħi. Personalment, niddeskrivi l-atletika bħala n-nifs u l-mediċina tiegħi! "Il-ħajja fiha ħafna tlajja' u nżul iżda jekk ma jkollniex hekk, ma nistgħu qatt napprezzaw it-tajjeb li jkollna f 'ħajjitna. Barra minn hekk meta nikseb riżultati tajbin, ninsa l-mumenti u l-ġrajjiet ħżiena kollha li nkun għaddejt minnhom u nkompli nimmotiva ruħi biex inkompli ntejjeb il-ħinijiet tiegħi."