Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt PN: It-triq għall-fejqan! A drian Delia issa ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista kwazi ħames xhur, jiġieri teknikament għadu -istadju ta' qamar il- għasel, l-kariga. Issa anke jekk il-qawl Malti jgħid li l-ġurnata minn lgħodu turik, l-politika ġimgħa hija żmien twil u erba' snin u nofs huma eternità. Jiġieri wieħed għad irid jistenna sakemm ikun jista' jibda jgħaddi ġudizzju fuq Adrian Delia bħala Kap tal-PN. Li hu ċert huwa li t-triq hija waħda ta' telgħa pjuttost kerha. Il-Ħadd li għadda l-kamra tal-aħbarijiet tagħna permezz tal-gazzetta oħt Maltatoday ippubblikat stħarriġ ieħor tal-opinjoni pubblika illi minnu jirriżulta li huma 15% biss ta' dawk li wieġbu illi fil-fatt jafdaw aktar lilu milli lill-PM Joseph Muscat. L-avversarju tiegħu huwa fdat minn 41%. Anke jekk Delia qed jara l-fiduċja fih tiżdied filwaqt li dik ta' Muscat tonqos, id-differenza għadha waħda enormi, b'tali mod li l-Gvern għandu 'kumdità' kważi inkwetanti u allarmanti. Biżżejjed ngħidu illi kieku wieħed kellu jestrapola l-figuri jirriżulta illi kieku kellha ssir elezzjoni llum il-PN jitlifha b'madwar 60,000 vot. Li dan huwa fondoq ikrah għall-PN u li l-pajjiż għandu bżonn Oppożizzjoni b'saħħitha issa għidnieha ħafna drabi u qaluha ħafna nies u gazzetti oħrajn. Kif għidna wkoll, minkejja li ħafna li ma jaħsbuhiex hekk, illi lanqas huwa tajjeb għall- Partit Laburista u l-Gvern li jkollu oppożizzjoni li hija daqstant dgħajfa. Iktar milli nitkellmu dwar il-ferita, issa wasal iż-żmien li nitkellmu dwar il-fejqan. L-ewwel u qabel kollox. Koerenza u direzzjoni. Bħalissa l-Gvern qed jaqla' baraxx kritika, ħafna minnha aktar minn ġustifikata dwar il-kuntratt mal-VGH li kien iffirmat fl-2015. Dan l-editorjal stess ikkritika u se jibqa' jikkritika u jistaqsi sakemm mistoqsijiet pertinenti jkunu mwieġba (ara paġna 11). U l-Gvern li supppost bħalissa jinsab pulpetta fuq dan il-kuntratt, x'qed isib? Qed isib nuqqas ta' koerenza. Il-Partit Nazzjonalista huwa kontra l-privatizzazzjoni tal- isptarijiet? Tat-tliet sptarijiet kollha jew kontra dak tal- isptar t'Għawdex biss? Jew il- Partit Nazzjonalista mhuwiex kontra l-privatizzazzjoni, imma huwa kontra l-fatt li l-privat kellu jkun il-VGH? Għax meta tisma' lid- Deputati Nazzjonalisti, tisma' t-tlieta li huma f 'daqqa. Daqqa li l-PN mhux kontra l-privat, imma kontra dan il-ftehim għax 'jinten'. Imbagħad drabi oħra tisma' l-argument illi jimplika li anke kieku l-VGH kienet l-aktar kumpanija esperjenzata fil-qasam u l-ftehim tal-2015 sar bl-akbar trasparenza, il-PN xorta kien ikun kontra għax huwa kontra l-privatizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa. Jekk din il-gazzetta ta' 10 snin, b'tim żgħir ta' nies ħadet linja ċara, ċerti li l-PN jista' jagħmel l-istess. Koerenza ma tfissirx uniformità, imma li l-PN ikollu argument wieħed wara diskussjoni ċara u miftuħa fuq kwistjoni partikolari. It-tieni, għaddew ħames xhur u l-PN għadu mhux qed jidher kumpatt. Għadhom qed joħorġu ħafna stejjer ta' diżgwid u nuqqas ta' qbil li jmur oltrè minn dak li tistenna f 'partit magħqud. Il- problema mhix il-midja li qed tippubblika dawn l-istejjer, il-problema hija li għad hemm nies fi ħdan il-PN u anke votanti Nazzjonalisti li ma jridux jafu b'Delia u li għadhom ma jħossux li huwa idoneu jew li jirrappreżenta politika nadifa u trasparenti. Hawnhekk Delia għandu triq diffiċli speċjalment fost dawk il-votanti tal-partit li jmexxi li kienu qarrejja u segwaċi ta' Daphne Caruana Galizia. Mingħajrhom l-art jibqa', żgur u mhux forsi. It-tielet, Delia jeħtieġ jirrealizza li jista' jeċċella biss meta jkun differenti minn Muscat, mhux bħalu. Meta l-PN ikollu taqbidiet politiċi li huma differenti minn ta' Muscat. Simon Busuttil, seta' tilef l-elezzjoni ġenerali b'ħafna voti u seta' ma niżilx tajjeb ma' firxa wiesgħa ta' nies u seta' għamel żbalji strateġiċi kardinali, imma xorta bena niċċa politika għalih innifsu li għamlitu differenti minn Muscat. Ir-raba'. Il-PN ma jistax jifhem ir-riżultat tal-aħħar elezzjoni jekk ma jpoġġix bilqiegħda ma' nies li għandhom kuntatt dirett mal- poplu fit-toroq, il-pjazez, mal- istudenti fuq il-kampus, ma' dawk li jqattgħu ħajjithom fil-każini u fuq il-post tax- xogħol u jipprova jifhem għalfejn ivvutaw PL, jew ma vvutawx PN. Li tħares lura mhux rigress, jekk qed tħares lura biex tifhem aħjar. Tmien xhur wara, il-fatt li minkejja żmien fil-Gvern u minkejja ċerti kwistjonijiet bħal tal-Panama Papers, il-Partit Laburista xorta rnexxielu litteralment ikaxkar lill-PN b'37,000 vot, għadha xi ħaġa li ħafna għadhom ma jistgħux jispjegaw b'mod razzjonali infurmat. Jekk il-PN mhux se jifhem kif, minkejja kollox, il-PL xorta rnexxielu jikseb rebħa daqstant kbira, huwa destinat li jibqa' jitlef. Jiżloq kemm jiżloq il-Gvern, u jkollna kemm ikollna kwistjonijiet bħal tal-VGH. L-aneddoti u l-preġudizzji, issa jridu jeħdulhom posthom ir-riċerka u l-kuntatt. B'hekk biss il-PN jifhem għaliex tilef, kif tilef u kif mhux se jerġa' jitlef. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18