Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 18 Opinjoni K ien eżattament f 'Awwissu 1934. Fit-2 tax-xahar, miet il-President Ġermaniż Paul von Hindenburg. Hindenburg kien mexxa l-armata Ġermaniża wara l-1916 u fl-1925 laħaq President tar-Repubblika ta' Weimar. Fit-taħwid tar-Repubblika ta' Weimar, kien igawdi minn prestiġju kbir. Wara li miet Hindenburg, il-kanċellier Hitler organizza referendum fid-19 t'Awwissu u 88% tal- elettorat tedesk approvaw illi r-rwoli ta' president u kanċellier jiġu aboiliti u magħqudin fit-titlu ta' Fuhrer, il-mexxej. L-aħħar kontroll fuq l-istinti dittatorjali ta' Hitler kien spiċċa. Ftit snin wara, Hitler invada l-Awstrija u f 'referendum li sar fl-10 t'April 1938, 99.7% tal-elettorat ivvutaw għall- għaqda bejn l-Awstrija u r-Reich tedesk. Ħafna jsostnu illi r-referendum ma kienx ħieles għalkemm bla dubju l-idea illi l-Awstrija ma tibqax indipendenti u tingħaqad mal-Ġermanja kellha appoġġ populari. Imma ċertament mhux bil-marġni Bulgaru illi ħareġ mir-referendum. L-istorja hija miżgħuda b'referenda: hemm minnhom illi ħarġu b'verdett li ngħata raġun fl-istorja; oħrajn fejn il-vot populari ntwera li hu żbaljat. L-Italja abolixxiet il-monarkija b'referendum u llum tali esitu ħadd ma jikkuntrastah; għexieren ta' snin qabel bosta reġjuni kienu ngħaqdu mar-Renju tal-Italja wara plebixxit. Jekk nieħdu l-eżempju tar-Renju Unit, fl-1975 inżamm referendum illi fih il-maġġiorparti tal- populazzjoni vvutat illi l-pajjiż jibqa' membru tas-Suq Komuni. Fl-2016, maġġoranza żgħira vvutat sabiex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Issa hemm min qed isejjaħ għal referendum ieħor sabiex japprova l-ftehim aħħari li jintlaħaq mal-UE dwar il-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Jiġri x'jiġri jidher illi l-ebda referendum mhu ser isolvi definitivament ir-rapport mimli angst bejn is-sudditi tar-Reġina u l-kumplament tal-Ewropa. Anke f 'pajjiżna kellna diversi referenda. Ir-referendum li organizza Mintoff dwar l-integration fi Frar 1957 ġie approvat b'77% fost il-59% tal-elettorat illi vvutaw fih. Ir- referendum li sar biex japprova l-Indipendenza wera illi 54.5% biss tal-elettorat kienu favur l-Indipendenza mentri fil-każ tar-referendum sabiex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, il-marġni ta' dawk favur li nidħlu kien aktar baxx, 53.6%. Forsi qed inkun suġġettiv imma naħseb illi ma tantx hawn min hu nostalġiku għal xi integration mar-Renju Unit jew għandu dubji illi Malta tkun pajjiż indipendenti. Naħseb li hawn minoranza sostanzjali illi għadhom ma jġerħux li Malta hija membru tal-UE minkejja l-benefiċċji ndubbji illi pajjiżna ħa minn kemm ilu membru. Imma ma naħsibx illi hawn 46% tal-elettorat illi huma kontra li Malta tkun membru tal-UE. Għalfejn qed ngħid dan kollu? Għaliex għalkemm referendum jidher illi hu għodda verament demokratika, mhux neċessarjament ikollu esitu illi storikament jirriżulta illi kien wieħed tajjeb. Meta wieħed jitkellem b'dan il- mod, faċli illi jiġi akkużat illi qiegħed ixejjer xi bandiera elitista, illi jippretendi illi jaf kollox hu u mhux l-elettorat. Qegħdin ngħixu f 'era fejn il- presunzjoni ħadet is-sopravent, fejn kull min jaf jikteb xi żewġ kelmiet irrispettivament mill-mod kif jiktibhom jista' jgħid li jrid fuq Facebook jew online u allaħares min imerih għax jispiċċa jinsulentah. Irrispettivament min kemm għandu raġun jew kemm qed jgħid il-verità. Għaldaqstant meta l-Prim Ministru Muscat jgħid illi ma jeskludix illi jsir referedum sabiex jagħti mandat elettorali f 'saħtu għall-emendi fil-kostituzzjoni, mhux neċessarjament illi jkun qed iserraħ moħħ l-irjus illi tali emendi ser isiru bil-galbu. Jekk il-proċess sabiex isiru l-emendi kostituzzjonali huwa zopp, l-ebda konsultazzjoni elettorali mhu ser tirrendih tajjeb. Muscat ta x'jifhem illi l-partiti politiċi prinċipali għaddejjin b'taħdidiet sabiex jaqblu fuq struttura biex tiddiskuti l-emendi li jeħtieġu illi jsiru. Tajjeb illi wieħed iżomm ħaġa f 'moħħu: il-Kostituzzjoni hija fuq kollox liġi, suprema kemm trid, imma liġi. Bħal kwalunkwe liġi oħra, hemm post wieħed biss fejn tista' tinbidel u dan il-post mhu xejn ħlief il-Parlament. Donnu Muscat beda jinduna illi d-diskors bombastiku dwar Konvenzjoni Kostituzzjonali mhu ser iwassal imkien. It-tnedija ta' Konvenzjoni Kostituzzjonali toħloq problemi mhux immaġinabbli u fi kwalunkwe każ, kwalunkwe tibdil propost irid bil-fors jiġi approvat mill-Parlament. Meta wieħed jara l-problemi kbar illi l-vot dwar Brexit qed joħloq fil- Parlament Brittaniku, huwa ċar illi mhuwiex għaqli illi tissostitwixxi l-Parlament b'xi struttura paralella sabiex twettaq tibdil kostituzzjonali. Fil-fehma ta' din il-kolonna, kif ilha tiġi espressa għal diversi snin, triq waħda għandu jkun hemm. U din it-triq hi illi jerġa' jitwaqqaf Kumitat Magħżul tal-Kamra sabiex jistudja u jipproponi tibdil kostituzzjonali, sabiex ikompli dak illi kien beda jsir għaxar snin ilu u li ġie interrott kapriċjosament fuq l-artal tal-konvenjenza partiġjana. Dan il-Kumitat għandu ovvjament jikkonsulta ruħu ma' kull min jixtieq jesprimi ruħu fuq il-materja u jisma opinjonijiet akkademiċi u mhumiex imma l-proċess għandu dejjem isir f 'ambitu parlamentari, fi ħdan l-istituzzjoni illi kulħadd jgħid illi hi l-ogħla waħda tal-pajjiż. L-anqas ma wieħed jaqbel illi tali taħdidiet jiġu ppresjeduti mill-President kif semma Muscat. Il-Presidenza għandha żżomm ruħha newtrali f 'tali taħdidiet u speċjalment minħabba l-fatt illi tali riformi jistgħu jfissru tibdil fil-poteri presidenzjali u anke minħabba r-rwol kostituzzjonali illi l-Presidenza trid dejjem tibqa' tilgħab iseħħu jew ma jseħħux tali tibdiliet. Li għandhom jagħmlu l-partiti hu illi minn qabel jaqblu fuq l-objettivi illi riforma kostituzzjonali għandha tottjeni. Wieħed jista' jsemmi bosta minnhom. Fil-verità, is- sistema kostituzzjonali tagħna, immudellata fuq dik Brittanika, tikkonċentra wisq poter f 'idejn il-Prim Ministru. Tali konċentrazzjoni ta' poter mhijiex benefika għall-aħjar tħaddim tad-demokrazija. Għaldaqstant, riforma kostituzzjonali fejjieda tkun waħda illi tferrex aktar il- poter illi jeżerċita l-eżekuttiv. Imma mhux biss. Tali riforma trid ittejjeb il-mod kif tinħatar il-ġudikatura għax l-emendi riċenti ċertament mhumiex l-inkarnazzjoni tal-perfezzjoni u ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-maġistratura inkwirenti. Fuq kollox, riforma kostituzzjonali trid tipprovdi għall-mekkaniżmi sabiex l-amministrazzjoni tal- pajjiż tassew titwettaq skont il-liġijiet fis-seħħ. X'jiswa li jkollok il-liġijiet jekk dawn ma jiġux osservati? F'kelma waħda, riforma kostituzzjonali fejjieda trid tagħti l-poter f 'idejn iċ- ċittadin u tirridimensjona l-istrapoter tal-Istat u speċjalment tal-eżekuttiv. Ċittadin m'għandux jispiċċa tallab sabiex jieħu d-drittijiet tiegħu imma l-istrutturi tal- Istat għandhom ilkoll jaħdmu sabiex igawdi tali drittijiet mingħajr xkiel. Jekk isseħħ riforma kostituzzjonali b'dan il-mod, m'għandux ikun hemm kontroversji bla bżonn u l-kunsens jista' joħroġ anke mingħajr il-ħtieġa ta' plebixxit populari. Għaldaqstant hu ferm meħtieġ illi l-proċess ta' tibdil kostituzzjonali jsir bl-aktar mod trasperenti fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u bil-parteċipazzjoni ta' kulħadd. Għaġla partikolari m'hemmx: li hu essenzjali hu illi r-riżultat aħħari jsaħħaħ id iċ-ċittadin u mhux jagħmlu aktar dipendenti fuq strutturi ta' natura fewdali li m'aħniex neqsin minnhom. ellisjoseph@gmail.com Bdil kostituzzjonali bla skossi Għaldaqstant meta l-Prim Ministru Muscat jgħid illi ma jeskludix illi jsir referedum sabiex jagħti mandat elettorali b'saħhtu għall-emendi fil- kostituzzjoni, mhux neċessarjament illi jkun qed iserraħ moħħ l-irjus illi tali emendi ser isiru bil-galbu JOE ELLIS

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18