Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 Sports 30 ZEBBUG Rangers FC Youth Nursery, flimkien mal-Awtorita' tat-Turizmu, il-Fondazzjoni PUPI Malta u l-Inter Club PUPI Zanetti Malta, ser jorganizzaw sessjoni ta' taħrig ma' Javier Zanetti nhar il-Ħamis 22 ta' Frar 2018 ġewwa l-grawnd ta' Ħaż-Żebbuġ. Dan sar magħruf waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew ġewwa s-sala tal- konferenzi ta' JMV Building Solutions, Zebbug. Fost il-kelliema preżenti kien hemm is-Sur Paul Fenech (Inter Club PUPI Zanetti Malta), l-Avukat Gavin Gulia (Ċermen tal-Awtorità tat- Turiżmu) u s-Sur Franco Agius (Direttur Tekniku ta' Zebbug Rangers FC Youth Nursery). Il-leġġenda Arġentina u eks Inter ser ikun preżenti ġewwa l-grawnds ta' Ħaż-Żebbuġ fejn ser imexxi sessjoni ta' taħriġ għal dawk it-tfal kollha (bniet u subien mill-eta' ta' 7 sa 14-il sena) li jixtiequ jattendu għal din l-attività sportiva. Kull parteċipant hu mitlub li jħallas €30 li ser tiġi mogħtija direttament lill-Fondazzjoni PUPI. Minbarra siegħa u nofs ta' taħriġ, it-tfal ser jieħdu lura magħhom flokk kommemorattiv, ċertifikat ta' parteċipazzjoni ffirmat minn Zanetti nnifsu, ritratt tal-okkażjoni u rigali oħra promozzjonali. Ukoll, kull parteċipant ser ikollu l-opportunità li jirbaħ żewġ biljetti biex jara logħba tal-Inter ġewwa San Siro kif ukoll l-opportunita' li jiltaqa' ma' Zanetti ġewwa s-Sede f 'Milan. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f 'din l-attivita' għandhom jikkuntattjaw lis-Sur Franco Agius (79438515) jew is-Sur Mark Camilleri (99841496) ġewwa Żebbug Rangers FC Youth Nursery jew jibgħatu email fuq francoagius@yahoo. com jew mcamill@gmail.com. L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll mill-paġna tal- Facebook tal-istess Nursery. Ringrazzjament speċjali jmur għall-isponsors li kienu ta' għajnuna kbira sabiex dan l-avveniment iseħħ fosthom l-Awtorita' tat-Turizmu, Isomat, Teamsport, The Convenience Shop, GO & Fun, Coca-Cola Malta u Chrissie's Photography. Attività oħra ma' Zanetti ser issir nhar l-Erbgha 21 ta' Frar 2018 ġewwa l-grawnd ta' Santa Lucia fejn ser imexxi sessjoni ta' taħriġ għall-adulti. Għall-booking u aktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja lis-Sur Paul Fenech fuq 99494762. Sessjoni ta' taħriġ ma' Javier Zanetti nhar il-Ħamis 22 ta' Frar NHAR il-Ħadd li għadda l-4 ta' Frar 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet bl-attività mill-istaġun tal-Muturi Motocross fil-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Għal din il-kompetizzjoni rreġistraw 21 kompetitur maqsuma fi tliet klassijiet. Matul il-ġurnata fi klassi A li fiha jikkompetu riders b'esperjenza u ħiliet f 'dan il- qasam, rajna lil Kyle Camilleri fuq KTM jiddomina t-tiġrija ta' kwalifikazzjoni. Kyle kien segwit minn Carmelo Borg fuq Honda u Clayton Camilleri fuq KTM. Matul iz-zewġ Heats oħra tal- ġurnata komplejna naraw lil Kyle Camilleri jirreġistra ħinijiet record fejn dan irnexielu jirbaħ l-ewwel Heat filwaqt li fit-tieni Heat kien Clayton Camilleri li rebaħ din il-Heat u kien segwit min Kyle Camilleri fit-tieni post. Ir-Rizultat finali tal-ġurnata spiċċa bi Clayton jirbaħ it-tiġrija tal-ġurnata segwit minn ħuh Kyle Camilleri. Dawn it-tnejn jikkompetu fuq muturi KTM filwaqt li fit-tielet post daħal Carmel Borg. Fir-raba post daħal Stefan Dimech fuq Honda u fil-ħames post daħal James Zahra fuq Sherco. Fil-Klassi B rajna lil Bernard Sammut fuq Beta jiddomina din il-klassi fejn irnexielu jirbaħ il-kwalifikazzjoni kif ukoll il-Heats tal-ġurnata. Sammut kien segwit min Daniel Caruana fuq Honda filwaqt li fit-tielet post daħal Christopher Hartmann fuq KTM. Fir-raba u il-ħames post daħlu Krist Falzon u Michael Sant rispettivament it-tnejn fuq muturi Husqvarna. Fil-Klassi Veterans li fiha jidħlu jikkompetu riders ta 40 sena u iktar. F'din il-klassi erġajna rajna lil Paul Deguara fuq KTM jirbaħ din il-klassi. Paul kien segwit min Andrew Cassar fuq KTM. Fit-tielet post daħal Daniel Bonnici fuq KTM. Intant, l-attivitajiet tal- Assoċjazzjoni se jkomplu fil-jiem li ġejjin fejn nhar il-Ħamis 15 ta' Frar 2018 ħa ssir il-laqgha u reġistrazzjoni għal dawk il-kompetituri li se jieħdu sehem fil-Mini-Car Demolition li ser issir fit-18 ta' Marzu 2018 fil-Klabb House l-Imtarfa. Is-Sibt 17 ta' Frar 2018 fil-Kumpless f 'Ta' Qali issir il-finali Autocross Klassi A li ġiet posposta nhar il-Ħadd 26 ta' Novembru 2017. Din Il- Finali tibda fit-3pm u d-dħul għal din it-tiġrija se jkun bla ħlas. Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 l-Assoċjazzjoni ASMK se tkompli b'tiġrija mill- Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. Din l-event ħa ssir fil-barriera tal-Fawwara u tibda fl-10:00am. Reġistration tiftaħ fid-9. 00am. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil- paġna Facebook bl-isem Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku, info@ asmk.org.mt jew permezz tal-Mowbajl fuq in-numru 99425489. L-aħwa Camilleri jkomplu jiddominaw l-ASMK Motocross Sewwieq li ħa sehem l-Kampjonat tal-MotoCross organizzat mill-ASMK Ritratt - Mario Micallef Dr Gavin Gulia, Paul Fenech u Franco Agius jindirizzaw lill-media preżenti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18