Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846
Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ................ 2 Sliema W ................. 1 BIRKIRKARA komplew jibbrillaw u għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-1. Kienu l-Istripes li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta meta ż-żagħżugħ Kurt Zammit indirizza freekick pinġut lejn Srdjan Dimitrov li min-naħa tiegħu serva lil Jake Grech li ra x-xutt tiegħu jintemm ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper tal- Wanderers, Glenn Zammit. Birkirkara fetħu l-iskor fl-24 minuta meta Jake Grech mill-viċin u permezz ta' xutt mill-ewwel tefa' l-ballun fir-rokna tax- xibka. L-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu fit-43 minuta meta Mislav Andelkovic ra lil Glenn Zammit isalva parzjalment, bi Stefano Bianciardi jikklerja l-ballun f 'korner. Fil-55 minuta, Sliema Wanderers, ġabu l-iskor indaqs meta Nikolae Milincenau, approfitta bis- sħiħ minn żball fid-difiża Karkariża, qabel permezz ta' xutt b'saħħtu tefa' l-ballun fix-xibka. Madankollu, fil-71 minuta, l-Istripes reġgħu marru fil-vantaġġ meta Mislav Andelkovic għadda tajjeb lejn Jake Grech li dar tajjeb mal-goalkeeper tal-Blues Glenn Zammit qabel tefa' l-ballun f 'lasta vojta biex b'hekk irrġistra doppjetta personali. Fit-78 minuta, Birkirkara reġgħu ħolqu l-periklu meta tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Srdjan Dimitrov ġie salvat minn Glenn Zammit. Birkirkara Naumovski, Barbosa Pereira, Andelkovic, Grech, Zammit, Rolovic, Vuakanac, Da Silva Goncalves Junior (Herrera 77'), Dimitrov (A. Attard 90'), C. Attard, Agius (Scicluna 46') Sliema W. Zammit, Bianciardi, Muchardi (Ameli 74'), Temile, Milincenau, Agius, Sansone (Azzopardi 46'), Xuereb (Spiteri 86'), Calisto, Mintoff, Shaw Referi Malcolm Spiteri SPORTSillum Daniel Mateo Bustos segwit minn Mc Allister Clinch Birkirkara jkomplu jibbrillaw u jegħlbu lil Sliema Wanderers JAKE GRECH Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Irreġistra doppjetta personali f'dn il-partita. Ingħaqad ma' Birkirkara mingħand Hamrun Spartans matul is-sajf li għadda. minn Cristian Antony Muscat Balzan ........................ 1 Floriana ...................... 1 FILKONFRONT bejn Balzan u Floriana ġie nnutat bilanċ assolut hekk kif dawn iż-żewġ timijiet temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. Kienu Floriana li rreġistraw l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta Arthur Oyama indirizza freekick lejn Mario Fontanella li għola tajjeb iżda ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun, bil- goalkeeper Montenegrin Ivan Janjusevic, isalva tajjeb. Il-Greens komplew jirriżultaw bħala l-aħjar team u minuta biss wara xutt sabiħ mid-distanza tal- Arġentin Sebastian Nayar ġie mdawwar f 'corner bi bravura minn Ivan Janjusevic, wara li ntefa' minn tulu fl-art. Floriana fetħu l-iskor fil-35 minuta meta Sebastian Nayar ipprovda assist lejn Mario Fontanella li dar tajjeb ma' difensur ta' Balzan qabel tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka permezz ta' xutt fil-baxx. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan, ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta, resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs permezz ta' xutt b'saħħtu ta' Alfred Effiong, li iżda ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper tal- Greens, Ini Etim Akpan. Floriana wieġbu fl-54 minuta permezz ta' xutt potenti minn ġol-kaxxa ta' Mario Fontanella, li iżda għadda ftit barra mil-lasti ta' Ivan Janjusevic. Iżda kienu Balzan li rnexxielhom isibu x-xibka biex ġabu l-iskor indaqs fid-59 minuta meta Alfred Effiong għadda tajjeb lejn Carlos Eduardo de Fiori Mendes, u li mill-viċin tefa' l-ballun wara Ini Etim Akpan. Fit-72 minuta, Balzan, tilfu ċans tad-deheb li jiksbu r-rebħa meta Alfred Effiong kellu xutt angulat u fil-baxx li ntemm ftit barra. Balzan Janjusevic, Bezzina, Effiong, Fenech (Grioli 46'), Giglio De Oliveira, Bozovic (Arab 79'), Kaljevic, Fenech, Da Paixao Alves, Serrano Valero, De Fiori Mendes Floriana Akpan, Nayar, Pepe, Ruiz (J. Pisani 84'), Pisani, Cabral, Cini, Oyama, Grima, Fontanella, Marcelina Referi Matthew Degabriele Bilanċ assolut bejn Balzan u Floriana ALFRED EFFIONG Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxileux isib is-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Huwa plejer mill-aktar importanti tat-tim nazzjonali Malti.