Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 Minn Albert Gauci Cunningham ILKELLIEM tal- Alternattiva Demokratika dwar it-Trasport u l-Infrastruttura Ralph Cassar stieden lill-Gvern biex jinvesti fil-ħaddiema tat-trasport pubbliku, "minflok qed jipposponi l-problema tat-traffiku billi jwessa' t-toroq." "Minflok għandu jsir investiment f 'trasport alternattiv u fit-tisħiħ tas- sistema ta' trasport pubbliku. Il-fatt li MPT, li topera b'kuntratt mogħti mill-gvern, qed tirrikorri għal sewwieqa mill-Pakistan, juri li fit-trasport pubbliku l-politika hija dik taċ- 'cheap labour' fejn il-ħaddiema li joperaw is-servizz mhux stmati." Il-kelliem ta' AD Ralph Cassar staqsa: "Dan ifisser li l-gvern, li fl-aħħar mill-aħħar jikkontrolla l-kuntratt ta' servizz ma' MPT, huwa kuntent bis-sitwazzjoni u qed jaċċetta li l-ħaddiema tat-trasport pubbliku jitħallsu bl-irħis? Hekk jiġu trattati l-ħaddiema ta' servizz essenzjali f 'ekonomija Ewropea b'saħħitha?" "Kif mistenni l-MPT mhix qed tlaħħaq mad-domanda għat-trasport pubbliku peress li m'hemmx biżżejjed ħaddiema biex joperaw is-servizz. Aħseb u ara kemm se żżid aktar servizzi. Ir-raġuni għaliex hija evidenti. Is-sewwieqa tat- trasport pubbliku mhumiex stmati sew." Cassar kompla billi spjega kif "pagi baxxi u kundizzjonijiet ħżiena tax- xogħol ifissru li l-ħaddiema lokali mhumiex jagħżlu t-trasport pubbliku bħala karriera li permezz tagħha jistgħu jħossuhom kburin li joffru servizz utli u essenzjali lill-pubbliku. L-uniku triq 'il quddiem hija li l-gvern jieħu miżuri biex ix-xogħol fit- trasport pubbliku isir attraenti u dinjituż. Il-kuntratt għandu jiżgura li l-ħaddiema f 'dan is-settur importanti jingħataw kumpens ġust u kundizzjonijiet dinjitużi. Il-Gvern għandu jieqaf jikkunsidra s-servizzi pubbliċi bħala xi ħaġa li ssir bl-irħis minn fuq dahar il- ħaddiema. Huwa importanti li fil-qasam tat-trasport pubbliku ma jsegwix il-mudell tal- predeċessur tiegħu." Cassar temm ifakkar illi; "b'madwar 200 sewwieq inqas milli meħtieġ biex l-operaturi tas-servizz iżommu mal-iskedi, in-nies qed isibu li l-karozzi tal-linja jgħaddu mimlijin. Huwa ċirku vizzjuż li mhux se jattira aktar nies u se jkompli jħalli passiġġiera mweħħlin jistennew, meta l-pajjiż għandu bżonn aktar u aktar nies jużaw it-trasport pubbliku. Biex t-trasport pubbliku jissaħħaħ hemm bżonn żieda fis-servizzi, żieda fil-karozzi tal-linja u wkoll żieda fis-sewwieqa tal- karozzi tal-linja u ħaddiema oħra tekniċi u ta' sapport. Dan ifisser salarji deċenti u attraenti u kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin kif ukoll żieda fis- sussidji." "ILNI 70 sena ngħix f 'din it-triq, 40 sena noqgħod f 'dan l-appartament u issa jriduna nitilqu minn hawn." Din hija l-esperjenza ta' koppja anzjana li tgħix fil-Belt Valletta, iżda hija wkoll ir-realtà ta' ħafna Beltin li qed jintalbu minn sid il-kera biex jagħmlu l-wisgħa ħalli l-blokka tal-appartamenti tinbidel f 'boutique hotel. L-ILLUM żaret lil din il-koppja. Malli tidħol fl-appartament tilqgħek intrata sabiħa u kbira mimlija skultura u taraġ paxxut qisu ta' palazz. Ma tatix tort lil min joħlom li jbiddel din il-blokka ta' appartamenti f 'lukanda żgħira iżda lussuża. Malli poġġejna fuq is-sufan mill-ewwel indunajna li din l-anzjana hija inkwetata u inċerta, għax fl-aħħar mill-aħħar għadha ma tafx x'se jsir minnha. "Inħsadna," qaltilna malli bdiet tirrakkonta l-ewwel darba li sid il- kera wriehom ix-xewqa li jbigħ il-blokka biex tinbidel f 'boutique hotel. Spjegaw li kienu ilhom xhur jaraw barranin iduru fl-appartament iżda dak iż- żmien kienu ħasbu li riedu jixtru l-flats il-vojta. Għalkemm din il-koppja ilha tgħix f 'dan il-flat minn qabel l-1995, u għalhekk is-sid ma għandux dritt jitfagħhom 'il barra, qed jinsisti mal-anzjani biex jagħtihom post ieħor u anke somma flus biex jaċċettaw li jitilqu. "Iżda mill-ewwel qalilna li post il-Belt out of the question," qaltilna l-anzjana b'rasha baxxuta. "Lanqas nimmaġinani wara 70 sena noħroġ ngħix barra mill-Belt." Urietna lista li kitbet fl- aħħar jiem u li fuqha niżlet x'se tkun qed titlef jekk tmur toqgħod barra mill- Belt. Apparti li għandha dubju kemm tidra, semmiet il-passatemp tar-raġel tagħha, li meta jkun bnazzi l-hena tiegħu jinżel sa Marsamxett. Anke l-ħbieb u l-ġirien li wara dawn is-snin kollha saru qishom tal-familja. "Jiena ma nsuqx," kompliet tispjegalna. "L-hena tiegħi nitla' sa Strada Rjali (kif għadhom isejħulha l-Beltin) jew inkella mmur quddiesa." Dawritna wkoll id-dar u bdiet turina l-għamara li għamlu hi u r-raġel tagħha flimkien meta żżewġu u anke l-kmamar fejn rabbiet lil uliedha. "X'se nagħmel b'din l-għamara diġà qalilna biex ma norbtux qalbna magħha jekk naċċettaw li l-post barra l-Belt… ikolli nixtri għamara ġdida." Waqt li akkumpanjatna sal-bieb, qaltilna li tittama li kollox jgħaddi b'wiċċ il-ġid u tittama li ma jkunx hemm għalfejn tħalli t-triq li fiha trabbiet u kabbret il-familja tagħha. 13-il boutique hotel bejn l-2015 u l-2018 Skont informazzjoni li l-ILLUM kisbet mill- Awtorità tal-Ippjanar, jirriżulta li bejn l-2015 u l-2018, ġew approvati 13-il boutique hotel fil-Belt Valletta. Is-sena li għaddiet biss, ġew approvati 6 boutique hotels filwaqt li din is- sena diġà ġiet approvata applikazzjoni oħra. Pendenti quddiem l-Awtorità tal- Ippjanar hemm 13-il applikazzjoni għal boutique hotels f 'Malta u Għawdex. "Hawn postijiet taħseb li jgħixu fihom il-ħnieżer" Intant, l-ILLUM tkellmet ukoll mal- Kappillan tal-Parroċċa tal-Porto Salvo u San Duminku, Patri Michael Camilleri O.P. li saħaq kif il-problema tal-kera qed tisplodi fil-Belt, partikolarment fil-parroċċa ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Beltin 'sfurzati' jitilqu mill-Belt L-ILLUM tiltaqa' ma' koppja anzjana li wara 40 sena jgħixu ġo appartament qed jintalbu joħorġu… Carl Farrugia Patri Michael Camilleri O.P. L-AD takkuża lill-MPT li qed tħaddem lix-xufiera mill-Pakistan biċ-'cheap labour' Alternattiva Demokratika tgħid li l-Maltin mhux qed japplikaw biex jidħlu jaħdmu bħala xufi era għax 'mhumiex stmati' u jitħallsu ftit

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18