Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 Intervista 12 K ienet din il-gazzetta li l-ġimgħa l-oħra niżlet iż-Żejtun u ltaqgħet ma' għadd ta' bdiewa li riedu jsemmgħu leħinhom dwar l-iżvilupp propost ġewwa Bulebel. Żvilupp li jekk issir jeqred medda kbira ta' art agrikola li huma stess ilhom snin jaħdmu. Matul il-ġimgħa li għaddiet l-artiklu u l-filmat li tella' fuq is-sit illum. com.mt rawh mal-50,000 persuna, bil-maġġoranza tas-segwaċi jagħtu appoġġ kbir lill-kawża tal-bdiewa Żwieten. Fid-dawl ta' dan kollu, din il-gazzetta intervistat lill- Ruben Abela, il-President tal-Għaqda Wirt iż-Żejtun, l-istess għaqda li nediet il-kampanja sabiex 120,000 metru kwadru ta' art agrikola tiskansa l-iżvilupp. Abela spjega li din hi l-ewwel darba li l-Għaqda qiegħda taġixxi bħala grupp li joħloq pressjoni. Dan għaliex, oriġinarjament, l-Għaqda twaqqfet fl- 2010 minn grupp ta' nies li kienu interessati li jesponu l-istorja, wirt kulturali u dak naturali marbut maż-Żejtun lill- poplu kollu. "Ħafna nies sikwit jassoċjaw ix-Xlokk ta' Malta mal-iżvilupp, l-industrija, powerstation u l-Port Ħieles. Aħna dejjem ippruvajna nesponu s-sabiħ tax-Xlokk u n-naħa t'isfel ta' Malta", saħaq Abela. L-għaqda għandna madwar 160 membru u fil-passat ressqet numru ta' proposti lill-Gvern, bħal kif it-turiżmu jista' jiġi ġġenerat fin-naħa tax-Xlokk ta' Malta. Jekk il-bdiewa m'għandhomx titlu tal-art, għalfejn qed japellaw? Mal-ILLUM Abela kien pront sabiex jispjega li din il-problema ma qamitx illum, "fis-60ijiet kien qam l-interess sabiex jsir żvilupp indsutrijali f 'żona kbira f 'Bulebel u żona ferm ikbar minn dik li qed nitkellmu illum ġiet żvilupata f 'fabbriki. Fis-snin 70 komplew jinbnew dawn il-fabbriki, għaliex f 'dak iż- żmien l-ekonomija tal-pajjiż kienet dipendenti ħafna mis-settur tal-manifattura", qal Abela. Għalkemm fil-bidu ta' dan l-artiklu semmejt li l-maġġoranza tas- segwaċi tal-ILLUM dehru jappoġġjaw lill-bdiewa kien hemm xi wħud li esprimew tħassib dwar l-argument li qed jġib Abela, hekk kif legalment din l-art hi tal- Gvern. Fuq dan il-punt Abela sostna li "peress li l-Gvern ma kienx qed jiġbor il- qbiela, legalment il-bdiewa m'għandhomx titlu għall- art." Minkejja dan kollu, Abela saħaq li "l-bdiewa ddejqu għaliex huma ġew imsejħa 'squatters', jiġifieri, xi ħadd li sab proprjetà vojta, qabad daħal fiha u għamilha tiegħu." Hu kompla jispjega kif "fir-realtà dan mhuwiex minnu għaliex il-bdiewa ta' din iż-żona illhom snin jaħdmu l-art u din baqgħet tinħadem minn ġenerazzjoni għal oħra. Kien biss il-Gvern li żamm milli titħallas il-qbiela", saħaq Abela. Abela fakkar kif fil-Pjan tan-Nofsinhar ta' Malta li kien ifinalizzat mill-PA fl-2006, iż-żona baqgħ et immarkata għall-żvilupp però, f 'dak iż-żmien l-Awtorità kienet b'mod ċar qalet li "din iż-żona hi raba' ta' valur agrikolu għoli u kull forma ta' żvilupp fuq din l-art jista' jsir biss, wara li jkunu saru l-istudji li juru mod ieħor." Staqsejt lil Abela jekk dawn l-istudji sarux. Hu kien pront jirrimarka, "ma nafux, l-awtoritajiet kompitenti kienu qalu li se javiċċinawna, però s'issa għadna ma smajna xejn." Il-bdiewa jirċievu ordni ta' żgombru… Abela fakkar li "l-għaqda Wirt iż-Żejtun kienet diġà għamlet talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jikkunsidra li ma jsirx żvilupp fuq l-art inkwistjoni lura fl-2015. "Dak iż-żmien konna ħsibna li t-talba tagħna ġiet ikkunsidrata, però fl-aħħar tas-sena 2017 numru ta' bdiewa rċevew ordni ta' żgombru," żvela Abela. "Hemm minn tal-anqas ħames bdiewa li jaħdmu madwar 60 tomna art. Hafna minn dawn huma part-timers u oħrajn irtirati, jaħdmu din ir-raba' bħala sors alternattiv ta' dħul finanzjarju jew inkella bħala delizzju", sostna Abela. Hu kompla jgħid kif f 'din iż-żona hemm ukoll numru kbir ta' siġar protetti bħal dawk tal-ħarrub li skontu "jmorru lura għall- għexieren ta' snin." Skont Abela, fil-viċinanzi hemm anke produttur tal-għasel tan-naħal, li jekk jinqerdu s-siġar tal- ħarrub,"in-naħla se żżarma wkoll." "In-naħla tieħu l-għasel mill-fjuri tal-ħarrub allura jekk is-siġar tal-ħarrub jinqerdu dan se jwassal għall-qerda ta'produttur importanti tal-għasel", spjega Abela. Skont figura li pprovdielna Abela, wieħed mill- bdiewa li rċieva mandat ta' żgombru għandu madwar 70 siġra tal-ħarrub fl-għalqa tiegħu biss. Apparti mil-qerda agrikola, Abela spjega li dan l-iżvilupp se jġib miegħu ikonvenjenza kbira lir-residenti Żwieten. "Il- fabbriki li se jinbnew se jiġu kważi 100 metru l-bogħod mill-eqreb żona residenzjali li hemm f 'Ġebel san Martin", spjega l-perit. Hu kompla jgħid kif "l-ambjent mhuwiex biss dak naturali iżda wkoll l-ambjent li fih jgħixu nies u kif dak jista' jkollu impatt fuq il-ħajja tagħhom, kemm soċjalment kif ukoll mill-att ta' saħħa. "F'din iż-żona ta' Ġebel San Martin, diġà hemm tniġġiż permezz ta' storbju speċjalment fix-xhur tas-sajf meta magni kbar tal-arja kkundizzjonata tismagħhom għaddejjin mal-lejl kollu. Immaġina kieku l-espansjoni tiġi 100 metru biss bogħod miż- żona residenzjali", irrimarka Abela. Hu kompla jgħid kif "iż-żona taż-Żejtun se ssir fiżikament parti miż-żona urbana ħafna ikbar tal-Port il-Kbir u b'dan il-mod iż- Żejtun jitlef il-karatteristiċi ta' villaġġ." 'Il-fatt li għandek din il- kwantità ta' fuħħar f 'żona partikolari jfisser li kien hemm attività antika matul iż-żmiem.' Apparti mill-valur agrikolu taż-żona, ma' din il-gazzetta Abela spjega li fattwalment fl-2012, waqt bini ta' fabbrika oħra fl- istess żona kienu nstabu fdalijiet Puniċi, jiġifieri fdalijiet li jmorru lura għal żewġ sekli qabel Kristu. Dak iż-żmien kienu nstabu numru ta' oqbra mħaffrin ġol-ġenb ta' barriera. Barra lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Raba', għasel u fdalijiet Puniċi kollha Ħafna nies jassoċjaw ix- Xlokk ta' Malta mal-iżvilupp, l-industrija, 'powerstations' u port ħieles, aħna ppruvajna dejjem nesponu s-sabiħ tax- Xlokk u naħa t'isfel ta' Malta. " " Il-President tal-Għaqda Wirt iż-Żejtun jispjega d-dettall it-telf agrikolu, storiku u bijoloġiku li l-estensjoni ta' fabbriki f'Bulebel tista' ġġib magħha.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18