Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 B nedmin foqra jagħmlu minn kollox sabiex ma jidhrux li huma foqra. Għall- kuntrarju ssib bnedmin għażżenin jew abbużivi, lesti u attenti kif ser jisolħu lil dawk ta' qalbhom tajba, u jgawdu xi ħaġa minn fuqhom. Hemm minnhom, iqumu filgħodu u jaħsbu f 'min jista' jkun il-vittma tal-ġurnata. Lista ppreparata ta' bnedmin magħrufa għat-tjubija tagħhom, dejjem tagħqad f 'moħħhom. Lesti jaqilgħu minn żniedhom kull forma ta' esperjenza bħal mard, funeral, isofru l-ġuħ u elf skuża oħra. Dan huwa vizzju inuman, li jibqa' jirrepeti ruħu matul iż-żmien. Trid toqgħod b'seba' mitt għajn, jekk tasal tgħin lil xi ħadd. Jekk ma tafx lil min qed tgħin, trid tirriċerka l-każ sew, għax mhux talli tkun qed tingidem, talli tkun qed tagħmel aktar ħsara milli ġid lil min tkun qed tipprova tgħin. Fil-mument qed jitfaċċaw minn kullimkien nies bil-problema ta' logħob, fejn fil-bidu jitolbuk elf ewro friski friski. Meta jaraw li ma twassalx jinżlu għal €500, imbagħad jinżlu għal €100, jekk ikunu qatgħu qalbhom li se ċċedi. L-iskuża komuni hi, li lil min għandhom jagħtu qed jheddidhom. Minn parir professjonali, qaluli li lanqas €10, m'għandek tagħtihom, għax anki dik tmur għal-logħob. Dawn il-bnedmin jeħtieġu biss l-għajnuna minn entitajiet li joffru l-għajnuna, bħalma hi l-Caritas. Madanakollu mal-ħażin m'għandux jeħel it-tajjeb. Normalment bnedmin il-veru foqra jibqgħu lura, tant li ħadd ma jinduna bihom, sakemm xi ruħ tajba ma tmurx titkellem ma' xi politiku jew kappillan għan-nom tagħhom, jew minn wara daharhom. Id-dinamika tal-faqar hija kumplessa, u għandha tħejji aħjar lill-politiċi, kappillani, għalliema, tobba u professjonisti oħra qrib in-nies, sabiex bnedmin f 'faqar relattiv jiġu xprunati 'l quddiem u ħadd ma jibqa' lura. Is-servizzi soċjali jridu jkunu flessibli biżżejjed sabiex imorru għand dawk il-persuni li verament jeħtieġuhom u jgħinhom fil- veru sens tal-kelma u jkunu reżiljenti biżżejjed. Iweġġgħek il-fatt li tisma' b'xi stejjer ta' bnedmin magħrufa, dejjem igawdu fl-Aqwa Żmien. Bir- raġun jaqlgħulek it-tamal jekk ifettillek tikkritika lill-Gvern u lill-mexxejja tiegħu. Għassa kontinwament, ma tmurx tlissen kelma fuq is-social media jew xi mkien li b'xi mod tista' tinfluwenza fin-negattiv. L-Aqwa Żmien, kollox miexi fuq ir-rubini... Iddur fejn iddur, anki l-politika tal-akkomodazzjoni soċjali, trid tistudja sew, (kif qiegħda tgħid li qed tagħmel) u tidħol fil-kċejjen tan-nies, u jekk hemm bżonn tiftaħ il- cupboards u l-friġġ, sabiex tara b'għajnejha faqar moħbi. Żmien Gvern Nazzjonalista, segwejna prattiċi ġodda, fejn professjonisti mill-akkomodazzjoni soċjali, ma kinux jakkomodaw lil kull minn għandu l-istess sfida, fl- istess blokk jew lokalità. Meta kont Sindku fil-Mosta, kont daħħalt prattika oħra fejn studenti/għalliema jew inkella għalliema rtirati kienu jgħinu fil-homework ta' wlied li qegħdin jgħixu fil-faqar moħbi. Li ma jkunux dawn il-prattiċi żgħar, dawn it-tfal partikolari ma jiżviluppawx aħjar fl- edukazzjoni tagħhom, u ċ-ċiklu jerġa' jirrepeti ruħu. L-istat jeħtieġ u bis-serjetà jiggarantixxi r-riġenerazzjoni ta' dawn iż-żoni sabiex jinħoloq ix-xogħol u titjieb il-kwalità tal-ħajja. Sfortunatament, bnedmin li għaddejjin minn faqar moħbi, niżlu s-shutter. Għejjew jissieltu ma' ħajjithom. Bir ta' skieken, fejn id-dħul huwa limitat. Li jaqilgħu jagħdduh lis-sid tal- kera. Il-futur tagħhom jarawh imċajpar. Bla dubju ta' xejn, il-bniedem minn dejjem iħoss il-bżonn u l-ħtieġa tas-sigurtà ekonomika. Bnedmin li għaddejjin minn faqar, iħossuhom aktar sikuri minn għajnuniet u benefiċċji soċjali milli jfittxu xogħol li jkunu mħallsin għalih bil-ftit u faċli jitilfuh, għax jindunaw ukoll li jkunu qed jiġu użati. Sfortunatament, bosta bnedmin li huma relatati ma' faqar moħbi għandhom dħul baxx ħafna, però rridu nsemmu wkoll li għandhom ħiliet baxxi wkoll. Id-differenza bejn paga minima u għajnuna soċjali hija minima, allura ma ttihomx tort jagħżlu li jintefgħu fuq għajnuniet soċjali. Il-Gvern jeħtieġ li jkejjel bis- serjetà dan ir-rigward. Bla dubju ta' xejn, hemm bnedmin jgħixu weħidhom f 'dar enormi, minħabba sitwazzjonijiet ta' mard, separazzjoni jew minħabba sfida oħra relatata. Hemm min jinsab waħdu, u lanqas jaf jaqli bajda. Xi wħud tarhom jixtrulek ikel xejn tajjeb. Ta' darba kultant nifimha, imma ta' kuljum, xi darba jew oħra ser tikkrolla. Dan huwa faqar ieħor moħbi. Il-ġimgħa l-oħra dħalt f 'dar u sibt missier imbikkem, bi tliet ulied. Dan il-missier stqarr miegħi li martu mietet ftit tax-xhur ilu, u li l-Milied u l-Ewwel tas-Sena għall- ewwel darba esperjenza festi tant sbieħ waħdu. Spjegali kif b'qalbu sewda għadda l-ġurnata quddiem it-televiżjoni b'te u toast. Lanqas telefonata mingħand it-tliet uliedu. Bħal dan il-missier jien naf ħafna u tinħass ċar li s-solitudni hija tip ta' faqar mifrux. Ħafna Maltin isofru minn stress finanzjarju, allura jekk kemm-il darba, wieħed joqgħod lura milli jixtri ikel essenzjali, u joqgħod jikkalkula kif ser jonfoq l-aħħar ftit ċenteżmi li jibqagħlu, kif wieħed jista' jissoċjalizza jew imur attivitajiet komunitarji li għalihom iridu jħallsu, xejn ta' barra minn hawn, ħlief ftit tal-ewro? Jidher ċar in-nuqqas ta' vuċijiet dwar il-faqar qiegħed dejjem jonqos. Il-biża' hi, li tant nisimgħu li hawn il-ġid f 'pajjiżna li ħadd ma jibqa' jiġi emmnut jew inkella tiġi magħdud mal-oppożizzjoni u li qiegħed tesaġera, jew inkella li qed tagħmel ħsara lill-Gvern. Tal-mistħija! Din hi xi ħaġa serja. Libertà tal-espressjoni mhedda wkoll! Kulħadd jibża' minn kulħadd, u jekk ifettillek titkellem arahom in-nagħaġ ta' Bendu, jiktbu fuqek u jagħmlulek assassinju tal- karattru fuq il-mezzi tal-media soċjali. Għassa fuqek, għall- iċken mossa jew kelma. Skont huma l-faqar ġie fi tmiemu u jekk ifettillek turilhom bl-iswed fuq l-abjad li l-faqar żdied, jiżolqulek minnha u jgħidulek li r-realtà tal-lum hi differenti minn dik ta' sitt snin ilu. Li hu żgur li l-gideb jipproteġik, però jżommok 'il bogħod mill-verità. Li hu żgur li meta tkun inviżibli, il-bnedmin ma jarawkx, aħseb u ara int, mit-torri tal-avorju kemm ser tara lil ħutna Maltin jgħixu fil- faqar moħbi. 20 Opinjoni IVAN BARTOLO Faqar moħbi Id-differenza bejn paga minima u għajnuna soċjali hija minima, allura ma ttihomx tort jagħżlu li jintefgħu fuq għajnuniet soċjali. Il-Gvern jeħtieġ li jkejjel bis-serjetà dan ir-rigward. Il-biża' hi, li tant nisimgħu li hawn il-ġid f 'pajjiżna li ħadd ma jibqa' jiġi emmnut jew inkella tiġi magħdud mal-oppożizzjoni u li qiegħed tesaġera, jew inkella li qed tagħmel ħsara lill-Gvern.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18