Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018| illum Aħbarijiet ILPRIM Ministru Joseph Muscat qal li minkejja l-kritika li ssir fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi, ħadd ma jista' jiċħad li "he is a doer." Muscat kien qed jiġi intervistat fuq Radju Malta, waqt il-programm Għandi xi Ngħid, li matulu l-ġurnalist Andrew Azzopardi staqsa lill- Prim Ministru dwar il-kritika li ssir fil-konfront taċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi minħabba li kien sar magħruf li wara l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013, fetħu żewġ kumpaniji fil-Panama. Il-Prim Ministru qal li huwa jagħmel differenza bejn Keith Schembri u Konrad Mizzi għax fi kliemu, qabel ingħata l-kariga f 'Kastilja, Schembri kellu passat fin-negozju. Mill-banda l-oħra, kompla jispjega l-Prim Ministru, Konrad Mizzi huwa politiku u fakkar li hu ħa passi kontrih, neħħielu l-portafoll li kellu u saħansitra ma baqax Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Minkejja dan fakkar li Konrad Mizzi, wara li qagħad għall-awditjar, mar quddiem il-poplu u kien elett fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet. "Tajtu biċċa xogħol oħra u bħalissa qed juri s-siwi tiegħu fil-biċċa xogħol l-oħra li qed jagħmel," saħaq il-Prim Ministru. Meta qal dan, Dr Muscat kien qed jitkellem dwar is-sitwazzjoni tal-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, u saħaq li għalkemm għad fadal xi jsir, l-isfida l-kbira ġiet megħluba. Fakkar fil-ftehim li ntlaħaq mad-diversi ħaddiema tal- Air Malta u anke t-titjiriet il-ġodda li ġew introdotti fl-aħħar xhur. Semma wkoll l-aħħar ftehim li ntlaħaq mill-Ministru għat- Turiżmu Konrad Mizzi u li bis-saħħa tiegħu se jkunu qed jirduppjaw it-titjiriet minn u lejn l-Iżrael. "Ma neskludix referendum dwar il-Kostituzzjoni" Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar ir-Riforma Kostituzzjonali u saħaq li ma jeskludix li jsejjaħ referendum biex ikun il- poplu li jagħti l-mandat lill- Gvern biex jagħmel bidliet radikali fil-Kostituzzjoni Maltija. Mistoqsi dwar jekk ix- xogħol bediex, Dr Muscat qal li d-diskussjonijiet bdew biex tinħoloq struttura li fi kliemu, il-partijiet kollha jkunu komdi jaħdmu biha. Fl-aħħar u rringrazzja lill-President Marie Louise Coleiro Preca li fi kliemu ġabet liż-żewġ partiti flimkien fuq din il-kwistjoni u anke qed tassigura li r-Riforma tkun tinkludi diskussjoni fuq il-livelli kollha tas-soċjetà. Qal li l-President se tkun qed tmexxi r-Riforma Kostituzzjonali iżda spjega li jista' jkunu involuti wkoll persuni oħra. Muscat qal ukoll li ħa gost bil-mod kif tkellem l-Arċisqof Charles Scicluna, li meta kien intervistat fuq l-istess programm, qal li mhux se jkun qed jopponi li r-Reliġjon Kattolika ma tkunx imniżżla fil-Kostituzzjoni għax fi kliemu, dan mhu se jbiddel xejn għax l-aktar ħaġa importanti hija l-libertà reliġjuża. Il-Prim Ministru qal ukoll li għalkemm jaqbel man- newtralità, ma jfissirx li ma għandux ikunu hemm bidliet fil-mod kif huwa mpoġġi l-kliem. "Mhu se jinbidel xejn… minflok il-VGH se jmexxu Steward" Fuq il-kwistjoni li għaddejja bħalissa bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), dwar il- Vitals Global Healthcare (VGH), Muscat qal li ma jistax jifhem x'inhi l-problema għax il-MAM kienet qablet li jiddaħħal il-privat biex jgħin lis-settur tas-saħħa. "Din hija kwistjoni li solvejna f 'Mejju li għadda," insista l-Prim Ministru. Kompla jgħid li kollox se jibqa' l-istess, ħlief li se jmexxu Steward minflok il-VGH, waqt li fakkar li l-MAM kienet kontra l-Vitals Global Healthcare għax kienet qed targumenta li ma għandha l-ebda esperjenza. Waqt li saħaq li l-Gvern lest jiddiskuti biex il-ftehim jissaħħaħ, insista li mhux lest li jwarrbu. Crane Currency: "Keith Schembri għandu kunflitt ta' interess?" Il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar l-investiment ta' Crane Currency, li din il-ġimgħa fetħet fabbrika tal-istampar f 'Malta. Spjega kif il-kumpanija għamlet kuntatt mal-Gvern wara li ħarġet l-aħbar li d-De La Rue kienet qed tippjana li tnaqqas in-nies. Fakkar li fl-istess żmien li Crane Currency bdiet tippjana li tiftaħ ukoll f 'Malta, beda kors fl-MCAST biex ikun hemm aktar ħaddiema kkwalifikati biex jimlew it-300 post tax-xogħol u aktar, li se tkun qed toffri din il-kumpanija. Mistoqsi dwar jekk jaħsibx li Keith Schembri kellu kunflitt ta' interess, ġaladarba waħda mill-kumpaniji tiegħu se tkun qed tipprovdi lil Crane Currency bil-makkinarju, Muscat insista li d-De La Rue tuża l-istess makkinarju. "Ifisser li dawn il-magni huma tajbin ħafna," saħaq il-Prim Ministru. "Dawn il-magni mhux bi flus tal- Gvern imma għażluhom il-kumpaniji." Insista li bħal Schembri, hemm uffiċjali għolja fil-Partit Nazzjonalista li l-kumpaniji legali tagħhom joffru konsultazzjoni lill- kumpaniji internazzjonali li fetħu f 'Malta fl-aħħar snin. AUM: 4,000 student mill- 2024. Dwar in-numru ta' studenti fl-Università Amerikana ta' Malta, il-Prim Ministru qal li skont il-kuntratt, l-Università se jkollha 4,000 student u studenta, erba' snin wara li jintemm il-proġett. Il-proġett ikun lest fl-2024. Minn dik is-sena, hemm ċans ta' erba' snin biex in-numru ta' studenti jitla' għal 4,000. Il-PM jinsisti li mhux se jerġa' jikkontensta Mistoqsi dwar il-futur tiegħu, il-Prim Ministru qal li l-ebda ċirkostanza mhu se tikkonvinċih biex jerġa' jikkontesta elezzjoni oħra. Fakkar li huwa dejjem qal li jagħmel ħames snin fl- Oppożizzjoni u żewġ termini bħala Prim Ministru. "Din (VGH) hija kwistjoni li solvejna f 'Mejju li għadda" "għalkemm naqbel man-newtralità, ma jfissirx li ma għandux ikunu hemm bidliet" "Konrad Mizzi qed juri s-siwi tiegħu" - Il-Prim Ministru Waqt intervista fuq Radju Malta, il-Prim Ministru jitkellem dwar diversi kwistjonijiet fosthom il-VGH, l-AUM u r-Riforma Kostituzzjonali ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Prim Ministru jghid li l-AUM irid ikollha 4,000 student sa erba' snin wara l-2024

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18