Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846
illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? L-imħabba tiegħi lejn l-isport tista' tgħid li ilha teżisti minn meta kont għadni tifla iżda sfortunatament dak iż-żmien ma kienx hawn biżżejjed għarfien kif ukoll faċilitajiet daqs illum, fejn aħna bħala tfal stajna nipprattikaw l-isport b'aktar serjetà. Kien biss meta bdejt l-Università li bdejt niffrekwenta l- gym bil-ħsieb li nonqos u nżomm ruħi aktar attiva fiżikament. Kont nagħmel l-eżerċizzju kważi kuljum, bit-taħriġ ikun ġiri u weight training. Tista tgħid li minn hawn bdiet in-namra tiegħi lejn il-ġiri għalkemm forma ferm primittiva. Darba fost l-oħrajn, persuna li kienet tiġi l-gym regolari, ġibditli l-attenzjoni biex tara nitħajjarx nagħmel tellieqa li kienet se ssir ix-xahar ta' wara (Mdina Spinola) iżda jien għedtilha li impossibbli għaliex jien fuq it-treadmill kont kapaci niġri biss 10 kilometri filwaqt li t-tellieqa kienet ta 17.4-il kilometru. Għalhekk iddeċidejt li nitrenja għan-nofs maratona li tiġi organizzata xahrejn wara. In- nofs maratona tas-sena 2012 kienet l-ewwel esperjenza tiegħi bħala tellieqa kompettitiva. Għalkemm qatt ma kont ġrejt id-distanza ta' 21 kilomentru qabel, ġibt riżultat ferm prestiġjuż fejn ġrejt id- distanza ta' 21 kilometru f 'ħin ta' siegħa u disa' u tletin minuta. Dan ir-riżultat ħeġġiġni aktar sabiex nieħu l-ġiri b'akbar serjetà minn qatt qabel. Fil-ġiri bħal f 'kull sport ieħor huwa prattikament impossibli li titħarreġ waħdek u għalhekk kont iddeċidejt li ningħaqad ma' grupp fejn inkun nista' niġi ggwidata minn kowċ. Kif komplejt tevolvi fl-atletika? Kont bdejt nittrenja ma' grupp ta' atleti fejn ħafna minnhom kienu jipprattikaw it-triathlon u għalhekk ikkonvinċewni li nibda triathlon bħalhom. It-taħriġ kien impenjattiv ħafna għaliex fit-triathlon hemm tliet dixxiplini – għawm, rota u ġiri. Għalkemm kont bdejt nieħu sehem fit-tlielaq tat-triathlon, jien kont nħossni l-aktar b'saħħti waqt il-ġiri. Sfortunatament il–ħajja fit triathlon intemmet wara biss sentejn meta waqt tellieqa kelli aċċident ikrah bir-rota. Għamilt ġimgħa l-isptar b'diversi ksur f 'wiċċi u minħabba f 'hekk kelli nagħmel ftit taż-żmien id-dar biex infiq. Bżajt u bkejt li l-ħolm tiegħi kien se jisfaxxa fix-xejn iżda għamilt kuraġġ u ma qtajtx qalbi għax wara biss xahar li kelli l-aċċident, iddeċidejt li nerġa' nibda nitrenja. Ma kenitx faċli li nkompli triathlon għaliex meta erġajt ħrigt nipprattika bir-rota ma bqajtx inħossni komda biżżejjed u għalhekk iddeċidejt li niffoka iżjed fuq il-ġiri. L-atletika tinvolvi xejn injuries? Sfortunatament minħabba l-kwantità kbira ta' impatt fuq is-saqajn, il-ġiri jġib miegħu ħafna 'injuries' li mhux dejjem ikunu ta' ftit jiem u jgħaddi kollox. Ħafna minnhom jdumu anka xhur u nista' ngħid li l-agħar waħda li kelli kienet madwar sena u nofs ilu meta kelli stress fracture viċin l-għaksa ta' sieqi u li kelli nissaporti erba' xhur mingħajr ma niġri. Mentalment ma tkunx faċli għax tibda taħseb li fiżikament sejra lura minħabba n-nuqqas kbir ta' training iżda idealment f 'dak iż-żmien tiffoka iżjed fuq affarijiet differenti bħal 'weight training' u 'core' sabiex kemm jista' jkun il-ġisem jibqa' attiv. Kemm jilgħab parti importanti l-moħħ fl-isport li int tipprattika? Il-moħħ huwa parti kruċjali fit-taħriġ tiegħi għaliex jiġu ġranet fejn inħossni għajjiena u fejn naħseb li ma nkunx kapaċi nagħmel it-taħriġ ta' dik il- ġurnata. Inkun irrid nimmotiva lili nnifsi mentalment u nemmen f 'dak kollu li nkun irrid nagħmel. Iżda forsi l-aktar mument kruċjali fejn il-motivazzjoni għandha sehem ferm importanti, huwa qabel u waqt kull tellieqa fejn inkun irrid infassal pjan ta' kif se nqassam it-tellieqa tiegħi speċjalment meta nara atleti kompettituri diretti tiegħi. X'sagrifiċċji tinvolvi l-atletika? Inqis lili nnifsi bħala persuna ddedikata u ddixiplinata u li nagħmel ħafna saġrifiċċji għal atletika għaliex biex nimxi mal-programm tat-taħriġ tiegħi, inkun irrid inqum kmieni ħafna biex nkun nista' nipprattika l-ġiri kemm qabel u wara x-xogħol. Ħafna mill-programm tat-taħriġ nagħmlu waħdi. Ikolli taħriġ fit-triq, fuq il-korsa tal-ġiri jew il-gym. Darbtejn fil-ġimgħa jkolli taħriġ bħala grupp mal- kowċ tiegħi. Fiex jikkonsisti l-programm ta' taħriġ tiegħek? Prattikament il-programm tat-taħriġ tiegħi ma jieqaf qatt għaliex anka meta nsiefer għal btala mal-familja xorta waħda nibqa' għaddejja bil-programm li jkolli maħsub. Bħalma nagħmel dejjem ikolli nqum kmieni ħalli nipprattika l-ġiri qabel il-kolazzjon biex b'hekk wara nkun nista' ngawdi l-btala mal-kumplament tal-familja. Kif qed tara s-sitwazzjoni mhux dejjem tkun faċli speċjalment meta fost jew tmiem il-ġimgħa nkun mistiedna għal xi okkażżjoni jew ħarġa 'L-atletika hija n-nifs u l-mediċina Cristian Antony Muscat Gianella Bugeja - atleta ewlenija f 'pajjiżna u li kulma jmur iż-żmien qed tkompli teċċella f 'dan l-isport li tant tħobb. "Nemmen li mhux l-atletika biss iżda kull sport fih is-sabiħ tiegħu, għalhekk inħeġġeġ lil ħafna biex ma jaqtgħux qalbhom għax qatt mhu tard li tibda. Lanqas m'għandna naqtgħu qalbna meta niksbu riżultati mhux daqshekk għal qalbna iżda nitgħallmu mill-esperjenża u naraw fejn stajna morna aħjar."