Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 SA ftit żmien ilu, ħadd ma kien qatt sema' bl-ISLAPP. Kienet xi ħaġa kompletament aljena fil-vokabularju politiku u ġurnalistiku. Issa, mhux talli qed nitkellmu dwar l-ISLAPP, talli Deputat Malti ressaq Private Members Bill biex kull media house f 'pajjiżna, kull ġurnalist u kull blogger jew kull min imexxi mezz tax-xandir jew opinjoni, ikun protett minnha. Din il-gazzetta tiltaqa' ma' Jason Azzopardi, il-moħħ wara l-Private Members Bill. Azzopardi jibda billi jiċċara eżatt x'inhi l-ISLAPP, hekk kif minkejja kollox għad hawn bosta li ma jafux eżattament xi tfisser u x'inhi l-implikazzjoni vera. "Għall-ewwel darba qed nisimgħu b'din il-kelma, li bl-Ingliż tfisser daqqa ta' ħarta imma li fil-fatt hija (S)trategic (L)awsuit (A)gainst (P)ublic (P)articipation. Dan huwa proċess," jispjega Azzopardi, "illi permezz tiegħu kumpanija tiftaħ libell kontra persuna jew Kamra tal- Aħbarijiet f 'Qorti barranija fejn biex sempliċiment tibda twieġeb għal-libell trid tonfoq mijiet ta' eluf fi flus. U dan biex tibda biss." Azzopardi jispjega kif l-għan huwa wieħed ċar. Biex sforz l-ispejjeż u l-miżati għoljin, li jfakkar li jistgħu jitilgħu sa 10 jew 12-il darba aktar minn dawk ta' Malta, jingħalaq sors ta' informazzjoni. "Inti taqta' qalbek , ma tmurx għall-kawża u tkun ikkundannat xorta." Idur fuq l-akbar SLAPP li nafu illi sar kontra ċittadin Malti s'issa u jinsisti kif "f '20 sena avukatura qatt ma ltqajt ma' theddida ta' libell bħal dik ta' Daphne Caruana Galizia." Azzopardi qed jirrerferi għall- każ li kien infetaħ kontriha f 'Arizona mill-Bank Pilatus u li kien ifisser miljuni ta' dollari f 'danni a skapitù tal- istess Caruana Galizia. Il-Pilatus Bank, li għandu fergħa f 'Ta' Xbiex u li kien f 'nofs kontroversja minħabba kontijiet diversi imma speċjalment wara l-allegazzjoni 'Egrant', dejjem ċaħad illi hu qatt kellu dan il- kont partikolari, allegatament ta' Michelle Muscat. Pilatus dejjem ċaħad ukoll li qatt kellu l-kontijiet Tillgate u u Hearnville, ta' Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi rispettivament. Il-Bank Pilatus kien akkuża lil Caruana Galizia illi ġabet ruħha b'mod malizzjuż, opressiv u saħansitra razzist. 'Le, Daphne ma kinitx taf bil-libell f 'Arizona...' Mistoqsi minn din il- gazzetta id-Deputat tal-PN ikkonferma illi Daphne Caruana Galizia ma kinitx taf b'dan il-libell partikolari. "Le, Daphne Caruana Galizia ma kinitx taf b'dan il-libell f 'Arizona u nista' ngħidlek illi jiena tkellimt mal-familja Caruana Galizia u mal-avukat tagħha. Il- familja stess kienet mill-aktar xxukkjata meta saret taf b'dan il-każ ta' libell f 'Arizona," jgħid Azzopardi. Fil-fatt dan id-Deputat, apparti li huwa l-proponent ta' dan l-abbozz, huwa wkoll l-avukat tal-familja Caruana Galizia fil-każ kontra tlieta min-nies akkużati bil-qtil tagħha. Azzopardi jkompli jispjega mal-ILLUM illi kienu ħafna avukati illi ħadu dan il- libell partikolari b'sorpriża. "Jiena allura ħassejt illi kelli d-dmir li nara x'nista' nagħmel fid-dawl ta' dawn it-tip ta' libelli. Ressaqt dan l-abbozz quddiem il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u wara l-approvazzjoni tellajtu quddiem il-Parlament." 'Ikkonfoffaw ma' Henley & Partners kontrija u kontra Caruana Galizia' Azzopardi jdur naqra dwar l-esperjenza tiegħu hekk kif hu stess kien mhedded bi SLAPP mhux wisq żmien ilu. "Kont ixxukkjat meta Daphne Caruana Galizia kixfet kif matul dak il- perjodu partikolari (dan kien lejn l-aħħar tal-kampanja agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Il-libertajiet ċivili mhux li nagħmlu zebra crossing L-ISLAPP. Imma din x'inhi? Jiġifi eri kulħadd għandu dritt jgħid li jrid mingħajr konsegwenzi? Id- Deputat Jason Azzopardi jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ILLUM Pożizzjoni ta' Kap Eżekuttiv ma' SportMalta Numru tal-Permess 56/2018 SportMalta ("SM") l-awtorità regolatorja taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u Xogħol fetaħ applikazzjoni għal-ingaġġ ta' Kap Eżekuttiv ("CEO"). Ir-responsabilitajiet ewlenin ser ikunu, iżda mhux limitati għal: • assistenza lill-Bord tad-Diretturi fit-tfassil tal-pjanijiet għal-SM • implimentazzjoni tal-pjanijiet approvati mill-Bord tad-Diretturi • tiġi stabbilita struttura ta` responsabbiltà delegata • jipprovdi sorsi ta' taħrig minn żmien għal żmien lill-impjegati ta' SM • l-iżgurar ta' kwalità, kwantità, skedi taż-żmien u riżultati li jistgħu jitkejlu f'relazzjoni ma' l-għanijiet ippjanati Il-kandidat idejali għandu: (i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u Ingliża (ii) fil-pussess ta' lawrja tal-Masters jew ekwivalenti rikonoxxut mill-MQRIC fil- management u/jew esperjenza ppruvata tax-xogħol. L-applikazzjonijiet flimkien ma' curriculum vitae li juru u dokumenti li jippruvaw il- kwalifiki u esperjenza, jintlaqgħu mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, SportMalta fil- Kumpless Sportiv tal-Kottonera, Cottoner Avenue, Bormla, BML9020 mhux aktar tard minn 12:00 (Ħin Ċentrali Ewropew) ta' nhar it-Tnejn 12 ta` Frar 2018. L-indirizz tal-websajt u l-indirizz elettroniku tad-dipartiment riċeventi huma www.sportmalta.org u jonathan.caruana@sportmalta.org.mt rispettivament.