Illum previous editions

illum 11.02.18

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/939846

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 11 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet crossing imma li nagħtu serħan il-moħħ lill-ġurnalist' elettorali li għaddiet) kien hemm skambju ta' emails bejn il-Prim Ministru bl-użu tal-email personali tiegħu li għalija hija gravi ħafna, il-Ministru tal-Ġustizzja, Identity Malta u Chris Kalin minn Henley and Partners." "Fiha," jgħid Azzopardi, "Kienu qed jikkonfoffaw biex Henley and Partners jiftħu kawża kontrija u kontra Caruana Galizia bl-iskop ċar li jagħlqulna ħalqna." Mistoqsi liema tip ta' kumpaniji ġeneralment jiftħu libelli bħal dawn, "kbar u sinjuri," tkun ir-risposta immedjata. Mhedda b'libelli ta' $40 miljun Huwa jinsisti illi mhi qatt aċċettabbli, lil hinn mill- persuna jew il-ħsieb politiku tagħha, li xi ħadd jagħmel libell f 'pajjiż ieħor fejn id- danni jistgħu jilħqu l-miljuni. "Ħadd mhu qed jikkontesta li kumpanija tiftaħ libell f 'pajjiżna," ifakkar Azzopardi. "Li qed nitkellem dwaru jiena huma ittri bħal dawk li bagħat il-bank Pilatus permezz ta' żewġ ditti legali fir-Renju Unit. L-ittri, jibdew bi twissija ċara; li ma jistgħux ikunu ppubblikati. Imbagħad," ikompli d-Deputat, "F'paragrafu fejn hemm it-talbiet hemm miktub li l-grupp ta' ġurnalisti qed ikunu mhedda li jgħaddu ġuri u li d-danni jistgħu jeċċedu l-$40 miljun." Huwa jisħaq illi l-messaġġ huwa ċar. Messaġġ bil-għan li tbeżża' u tagħlaq ħalq il-midja jew lill-ġurnalist bit-theddida ta' falliment finanzjarju. Huwa jfakkar, filwaqt li jagħmel referenza għal film li jinsab fiċ-ċinemas bħalissa (The Post) illi fl-1971 il- Qorti Suprema Amerikana "kienet ħarġet bil-prinċipju illi l-libertà tal-ġurnalist u tal-midja huwa fl-interess ta' min qed ikun iggvernat, mhux ta' min qed jiggverna. Dak li qed tagħmel int u l-kollegi ġurnalisti huwa fl-interess tal- qarrejja u tas-soċjetà kollha." Sa $300,000 qabel biss tirfes l-għatba tal- Qorti... L-ILLUM tressaq argument partikolari li sar, fosthom mill- preżentatur ta' programm fuq il-PBS Brian Hansford, illi jekk ġurnalist qed jgħid il-verità mela m'għandux għalfejn jibża' mill-ebda libell, la f 'Malta u lanqas barra mill-pajjiż. Ma jidihirlux Azzopardi, li dan l-argument illi huwa xi ftit jew wisq popolari, jista' jkun li jagħmel sens. Azzopardi mhux talli ma jaqbilx talli jgħid li dan huwa argument "diżonest". Filwaqt li jiċċara illi għandu rispett lejn Hansford, "missu qal però li qabel biss tibda l-każ għandek bejn $200,000 u $300,000 fi spejjeż. Avukat kapaċi faċilment jeħodlok €1,000 fis- siegħa ta'..." ifakkar id-Deputat Nazzjonalista. "U dan għadna lanqas biss bdejna ngħoddu t-titjiriet u l-akkomodazzjoni...u meta lanqas biss tkun għadek irfist l-għatba tal-Qorti." Azzopardi jgħid illi bl-abbozz li qed iressaq mhux qed jgħid illi kumpanija m'għandhiex dritt tfittex ġurnalist jekk tħoss li kienet malafamata, "li qed ngħid huwa li jekk tħossha inġurjata għandha tfittxu Malta, għax aħna Maltin, aħna sovrani. L-abbozz li qed inressaq jien huwa kontra l-barrani sinjur li jaħseb illi għax għandu l-flus jista' jassarni u jgħaddi romblu minn fuqi għax m'għandix mezzi." Traditur... Hu jkompli fuq ton akkużatorju b'aġġettiv li ħafna Laburisti jużaw fil-konfront ta' ħafna mill-kelliema Nazzjonalisti. "Traditur tal- interessi Maltin huwa min jikkonfoffa mal-barranin biex isikktu u joqtlu finanzjarjament lill-ġurnalist. Traditur min ikkonfoffa biex jinstiga lil Henley and Partners jiftħu kawża ta' libell kontrija u kontra Caruana Galizia. Għaliex ma fittxewniex Malta?" Azzopardi jfakkar li dak li qed jipproponi hu mhux l-invenzjoni tar-rota. Hekk kif pajjiżna diġà, bħalissa ma jirrikonoxxix sentenzi ta' Qrati barranin fuq kwistjonijiet oħrajn bħall-abort għax imorru kontra l-public policy ta' pajjiżna. Huwa jaċċerta wkoll illi b'dak li qed jipproponi hu, ġurnalist Malti jew mediahouse ma jkollhiex għalfejn twieġeb għal kawża ta' libell barra l-pajjiż u minflok tista' titlob li l-każ jinstema' fil- Qrati Maltin. "Ma rridx lill-barrani jiċċensura dak li tikteb int, anke jekk ma naqbilx ma' dak li qed tgħid int... u ma ninsewx, ladarba l-Gvern jitkellem fuq il-libertaijiet ċivili li l-iprem dritt ċivili huwa li l-midja jkollha l-libertà li taħdem bla xkiel. Mela nfittxek għal $40 miljun?" Finalment l-ILLUM tistaqsi lil Azzopardi jekk jaħsibx li l-abbozz se ssib l-appoġġ tal-Partit Laburista illi skont il- Ministru tal-Ġustizzja bħalissa qed jiddiskutih. L-informazzjoni li għandi hija li l-PL mhux se jaqbel... Huwa jgħid illi minn dak li qed jisma' jidher li l-Partit Laburista, "qed ifettaq u jħabbel rasu biex isib argument u jitkellem kontra dan l-abbozz ta' liġi anke jekk Deputat Laburista privatament miegħi faħħar dan l-abbozz." "Il-libertajiet ċivili mhux li nagħmlu zebra crossing... imma li nagħtu serħan il- moħħ lill-ġurnalist, mhux nhedduh b'$40 miljun f 'danni. "Imma għadni qed nittama li jirrenja s-sens komun," temm jgħid Azzopardi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11.02.18