Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum 17 17 K if dħalt l-ajruport sibt jistennieni lil Dino, uffiċjal tal- Pulizija mill-iktar serju u simpatiku li nzertajt nafu miż-Żurrieq. Dino ġie fuqi u qalli: Nitilgħu Ministru? Ftit qabel, kont għaddejt ġirja d-dar biex inbiddel, inneħħi l-ġlekk, nieħu shower malajr u nilbes polo shirt u jeans. Deherli li kien iktar imur li nkun informali f 'okkażjoni bħal din għalkemm l-kwistjoni tal-ilbies hi – kif nafu lkoll – dejjem tqajjem xi ftit mistoqsijiet. Daqqa tħossok li lbist wisq u daqqa tħossok li lbist informali żżejjed. Dino tellagħni fuq fejn jaslu l-viżitaturi u f 'dawk il-ftit minuti tkellimna dwar is-suġġett favorit tagħna - l–kultura fl-irħula u l-komunitajiet. F'taħditiet bħal dawn dejjem nitgħallem xi ħaġa ġdida- daqqa xi dettall li ma kontx nafu, daqqa oħra xi użanza li kien mingħalija intesiet, drabi oħra xi aspett kulturali indiġenu tal-lokal li ma ssibux posijiet oħra. F'dawk il-minuti żgħar ta' stennija ltqajt ukoll ma' Keith, il-manager ta' Emma. Ma kontx nafu qabel imma rajtu serju u simpatiku fl-istess ħin. Jidher jaf x'inhu jagħmel. Ħadt impressjoni tajba ħafna tiegħu. Fid-daqqa u l-ħin bdejt nisma' għajjat minn isfel "Emma! Emma!" ta' dik li nstemgħet bħala folla kbira. Jidher li dak li kien wassal għal din l-isplużjoni ta' ferħ kien l-avviż ta' nżul fejn it- titjira AZ886, li kienet fuqha Emma kienet ġejja mill-Italja. Wara kważi erba' snin u nofs nilqa' diversi kantanti Maltin drajt mhux ħażin il-proċedura u nemmen li rnexxieli noħloq bilanċ bejn li nilqa' minn qalbi f 'isem il-Gvern lill-artist li jkun ġej minn barra waqt li fl- istess ħin nibqa' kawt u nħalli lill-artist naturalment ikun fiċ-ċentru tal-festeġġjament mingħajr intromissjonijiet żejda. Fil-minuti li domt fuq nistenna lil Emma tasal provajt ngħodd l-ammont ta' aristi li mort nilqa' l-ajruport u ma rnexxiliex. Minn artisti li dak iż-żmien kienu tfal – bħal Federica u Destiny – sa artisti stabbiliti bħal Ira Losco u dawk kollha li ħadu sehem fil-Eurovision, il-kollezzjoni ta' memorji hi vasta mhux ħażin. Wara ftit ħin waslet Emma, friska friska, liebsa l-kuluri tal-bandiera ta' pajjiżna (abjad u aħmar) u beritta bi tbissima kbira. Mort fuqha u lqajtha u dehret li ħadet gost bil-ġest. Emma għadha żgħira ħafna – għandha biss tmintax-il sena sa fejn naf jien (għalkemm fil- ġurnali kien hemm miktub li għandha 19) iżda l-esperjenza tidher ċar li mmaturata mmens. Jolqtuk mill-ewwel għajnejha ċari, kbar u sbieħ li jitkellmu weħidhom. Ikkonfondejt b'liema lingwa nkellimha għax bdejt inkellimha bil-Malti u bdiet tweġibni bit-Taljan, imbagħad bl-Ingliż u bdiet tweġibni bil- Malti. Insomma dħakna tnejn fuq hekk għax is-simpatija li għandha hi kbira… u ħadna wkoll stessu! Ħdejha kien hemm raġel pulit u edukat immens li assumejt li kien missierha u hekk kien u lqajtu u fraħt bih. Ħadt gost inkellmu u fil-ftit minuti li kellimtu sirt naf li hu Ġiljaniż u li jħobb l-isport. Għajnejh dehru mimlija kburija u sodisfazzjoni ġustifikat għal dak li kisbet it-tifla. Għidtlu li għandha futur sabiħ mifrux quddiemha u tajtu s-support kollu tal- Gvern fil-karriera mużikali ta' Emma. Il-papà ta' Emma – għax għal xi raġuni insejt insaqsieh x'jismu – laqqagħni mal-bqija tal-familja ta' Emma. Il- mamà ta' Emma – bniedma simpatika immens – ħuha Kurt ta' 16-il sena, in-nanniet u z-zijiet... Insomma l-familja kollha laqtitni bħala familja edukata ħafna imma fl- istess ħin dejjem bi tbissima u akkoljenti ħafna. Ħadt gost immens inkellimhom, speċjalment in-nanniet li ggustajthom wisq. Lill-mamà ta' Emma għidtilha li anke jien għandi tifla jisimha Ema (bħal Emma imma b'm waħda) u ntbaħt li r-raġun li mmotivatha ssemmi lit-tifla Emma kienet bħal tiegħi – dik li l-isem ikun qasir u konċiż! Kont naf li kienu biss kwistjonijiet ta' ftit minuti qabel jiġu l-press u fil-fatt hekk ġara għaliex wara ftit ħassejt id-dawl tal-kameras u l-esperjenza kompliet tiġi miġbuda. Kien imiss li nintroduċi lil Emma mal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius li ġie biex ukoll jingħaqad fl- awgurju li l-pajjiż ta lil Emma. Iċċajtajna ftit li Emma ġabitna flimkien - però kien minnu dan. Kemm hi ħaġa sabiħa li l-pajjiż kollu jkun magħqud f 'sostenn ta' persuna. Inżilna ma' Emma ħdejn il-bagalji u minn barra stajt nisma' l-eċitament tan-nies li kienu jistennew fuq ix-xwiek li Emma toħroġ. Naturalment minn hemm 'il quddiem kien il–mument ta' Emma u rtirajna biex inħalluha tgawdi dan is-suċċess tant sabiħ tagħha. Jien u miexi, warajja bdejt nisma' l-għajjat ma jaqta' xejn jgħajtu lil din il-benjamina Maltija li tant għamlet suċċess fl-Italja. Prosit minn qalbi Emma u l-familja kollha Muscat. Għamiltna kburin! 10 snin Din il-ġimgħa ċċelebrajna l-10 snin minn mindu l-Prim Ministru Joseph Muscat laħaq mexxej tal- Partit Laburista. Kultant qas nemmen li għaddew 10 snin għaliex għadni niftakar qisu lbieraħ dawk il-ġranet u ġimgħat tal-ħatra tiegħu. Il-bidliet li wettaq kemm fil- Partit Laburista u mbagħad – u iktar importanti - fil– pajjiż huma storiċi u kbar ħafna. Meta tqis li Joseph sar mexxej fl-età ta' 33 sena u sa 10 snin wara biddel kompletament wiċċ dan il-pajjiż u saħħaħ il-familji Maltin u Għawdxin iktar minn qatt qabel tinduna l-kobor tiegħu. Il-karatteristika ewlenija ta' Joseph hi li jaħdem ħafna. Immensament. Mutur dejjem għaddej li diffiċli tlaħħaq miegħu. Kollu xogħol għal pajjiżna. Naturalment dan kollu seta' jagħmlu għax għandu lis-Sinjura Michelle Muscat tissapportjah kull ħin u kull mument u nixtieq ħafna nirringrazzjaha tas-support kbir li tagħtih. Żgur li kieku mhux għaliha dan is-suċċess u xogħol kollu ma setax jitwettaq u aħna kollha ninsabu grati lejha tal-ħidma kbira li twettaq. Naturalment bewsa wkoll liż-żewġ anġli Soleil u Etoile li huma tfal simpatiċi ferm u, għaliex le, lil Ħabiba wkoll! Opinjoni OWEN BONNICI Kemm hi ħaġa sabiħa li l-pajjiż kollu jkun magħqud f 'sostenn ta' persuna. Ħsibijiet dwar… Emma! Meta tqis li Joseph sar mexxej fl- età ta' 33 sena u sa 10 snin wara biddel kompletament wiċċ dan il- pajjiż u saħħaħ il-familji Maltin u Għawdxin iktar minn qatt qabel tinduna l-kobor tiegħu.