Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Jeremy Saywell jirritorna bil-kbir u determinat li jieħu sehem -Olimpjadi ta' Tokyo minn Cristian Antony Muscat KONNA ilna ftit taż-żmien ma nisimgħu bil-judoka ewlieni Malti Jeremy Saywell hekk kif fil-passat riċenti, kien ħabbar li kien qed jirtira mill-isport li tant inħobb, waqt li għamel żmien konsiderevoli barra mill-azzjoni minħabba injury. Iżda, issa rritorna fl- azzjoni fejn jinsab fl-aqwa tiegħu u lest li jieħu sehem fl-Olimpjadi ta' Tokyo fl-2020. L-ILLUM tkell- met ma' Jeremy Saywell innifsu, fejn tana iktar det- talji. Huwa qal li: "L-isport tal-Judo ilu f'ħajti għal dawn l-aħħar 18-il sena. Kont bdejt nit- trenja l-Judo u l-ġinnastika ta' seba' snin, u komplejt iż-żewġ sports flimkien. Ta' 10 snin kont iffu- kajt fuq il-ġinnastika, u ta' 14-il sena kont tlajt għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ġinnastika. Iżda ftit xhur wara li ġejt lura, kont erġajt mort lura fid-Dojo tal-Judo. U hemmhekk bdiet l-istorja tiegħi ta' Judoka kompetittiv. Dawk is-snin li għamilt nieqes mill-isport tal- Judo, ma kienux moħlijin. Meta ġejt biex nikkompeti fil-livell internazzjonali, it-trejning tal-ġinnastika ġie f'użu tajjeb. Tliet snin wara, fl-2010, kelli l-op- portunita' li nirrapreżenta lil Malta fl-ewwel ediz- zjoni tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ ġewwa Singapore. Fast forward għall-2011, u fl-ewwel Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tiegħi tal-Judo, ksibt il- midalja tal-fidda. Il-livell tat-trejning baqa' dejjem jiżdied, u wkoll żdiedet il-passjoni. Fl-2011 ukoll, ġiet l-opportunità li nikkompeti fil-logħob mondjali f'Pariġi, u al- lavolja kont għadni żgħir, ħtaft l-opportunità. F'dawk il-logħob kont għaddejt l-ewwel rawnd. U minn dakinhar 'l hawn, ma rġajtx ħarist lura. Fl-2012, wasal dak li hu probabilment l-aqwa riżultat fix-xena tal- Juniors tal-Judo li qatt kellha Malta - midalja tal-fidda f'European Cup tal-Juniors, li rbaħt gewwa Tarvisio, fl-Italja,. Fl-2013, ergajttlajtghal- Loghobtal-Pajjiziiz-Zghar, fejnirbaht it-tienimidal- jatal-fidda, u fl-2015 irbahtil-midaljatal-bronz. F'dawn is-sninbqajnagha ddejjinnikkompetuf'tourn amentsinternazzjonalimad- war l-Ewropa, fejnirbaht- bostamidalja. Iżda fl-2017, waslet l-ewwel sfida minbarra t-tapit, meta kelli nopera spallti minħabba injury li bdiet iddejjaqni. Grazzi għat-tim ta' tobba u fiżjo- terapisti li ħadu ħsiebi, sitt xhur wara kont lest biex nikkompeti. Hemmhekk beda l-perkors tiegħi lejn il-ħolma tal-Olimpjadi li ser isiru f'Tokyo fl-2020. L-ewwel avveniment fil-World Tour li kien programmat għalija kien il-Grand Prix ta' Zagreb. Iżda ftit qabel Zagreb, irċevejt invit biex nikkom- peti fil-Logħob Mondjali li saru ġewwa Budapest. Bħala preparazzjoni, tlajt għal ftit żmien għand il-kowċ Lamberto Raffi ġewwa Ruma, fejn kom- pla jippreparani. Dawn il-Logħob sarrfu bħala 'Reality Check' għal-livell li rridu naslu għalih, jekk irridu nikkwalifikaw għal- Logħob Olimpiku. L-2017 għalaqtha billi rbaħt il-Kampjonati Nazzjonali tal-CSEN (Centro Sportivo Educativo Nazionale) fl- Italja. L-2018 ma bdietx tant dif- ferenti mil-2017. Fi Frar kelli nopera l-irkoppa, biex ma nħallihiex tiddeterjora, u għalhekk kelli nerġa' nieqaf għal ftit ġimgħat. Sfortunatament, b'hekk tlift il-Malta Open, li hija waħda mill-kompetizzjoni- jiet li nħobb nilgħab fiha, peressli nkun f'pajjiżi. Biex nerġa' niġi lura fil- livell li kont ħallejt, f'April tlajt għall-kamp f'Tata, li jiġi organizzat mill-Unjoni Ewropea tal-Judo. Allavol- ja minn Malta tlajt waħdi, hemmhekk sibt il-familja tal-Judo Internazzjonali biex issegwini. Kien hemm Balazs Gosztonyi, ir- referi ta' livell mondjali li kemm-il darba ta seminars għar-referis Maltin; Akos Braun, champion mondjali li issa huwa kowċ nazz- jonali tan-nisa fl-Ungerija; u Rok Draksic, champion Ewropew mis-Slovenja. Wara dan il-kamp, kelli żewġ tournaments fejn irbaħt żewġ midalji. Il-pjan fit-tul issa hu illi nżidu it-trejning, u naħdmu għall-kwalifikazzjoni tal- Logħob Olimpiku. Għadni kif għamilt ġimgħa għand kowċ Taljan li bħalissa qed jaħdem ġewwa l-Moldova, Denis Braidotti. Braidotti għandu jiġi Malta dalwaqt biex naraw kif nistgħu nkomplu naħdmu flimkien, u fl-istess ħin inkomplu ngħollu l-livell tal-Judo f'Malta. Dawn is-suċċessi żgur ma stajtx nagħmilhom waħdi. Żgur li kieku l-mara tiegħi, eks Judoka ta' livell għoli, Marcon Bezzina, ma tgħinix fid-dieta, u ma tissaportjanix id-dar u fit- trejning, ma nafx kif inkun nista' nkompli. Hemm ukoll ommi u missieri, li jtuni s-sapport li jkolli bżonn kemm fix-xogħol u barra. Iżda ma nistax ma nirringrazzjax lid-Direttur Sportiv tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo, Alex Bezzina, u lill-uffiċjali tal-Federazzjoni kollha, li dejjem ikunu warajja. Nixtieq ukoll niringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti talli permezz ta' skemi, inkun nista' nsiefer barra minn xtutna. Għal min ikun irid isegwi l-avventuri tiegħi bħala atleta, tistgħu tagħmlu dan billi tagħfsu like fuq il- paġna tiegħi fuq Facebook, Jeremy Saywell." Jeremy Saywell -azzjoni kontra l-Judoka Ċiniż, Ren

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018