Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L-Ombudsman għandu raġun... IRRAPPORT tal- Ombudsman, jew aħjar l-introduzzjoni tar- rapport (ara paġna 7) għandu jġegħelna naħsbu u nistaqsu lilna nfusna jekk verament irridux ninbidlu u nittrasfromaw lil dan il-pajjiż lil hinn mill-fossa partiġġjana u l-mentalità tribali, li minkejja ħafna wegħdi, għadha magħna u kif. L-Ombudsman għamel appell partikolari li dan l-editorjal ma jistax, mhux biss ma jaqbilx miegħu imma wkoll ma jenfasizzax l-importanza tiegħu. Wasal iż-żmien, kif qed jissuġġerixxi, li l-poter li għandu gvern, dan u kull gvern warajh ikun definit b'limiti. Ma jistax ikun li elezzjoni wara oħra nibqgħu nisimgħu stejjer ta' nies li ddaħħlu ma' dik il-kumpanija parastatali jew mal-oħra biex jagħmlu xogħol, li xi minn daqqiet diġà hemm biżżejjed nies biex jagħmluh u xi minn daqqiet oħrajn lanqas huma kkwalifikati jagħmluh. U dan sempliċiment bħala pjaċir politiku. Din il-mentalità bażwija li l-gvernijiet Nazzjonalisti użaw kemm felħu (morru sal-Freeport pereżempju u araw min daħal u meta...) u li dan il-Gvern kompla fuqha, jiġifieri dan is-sens ta' intitolament li għax 'il-gvern tiegħi' mela 'għandi nieħu' rridu nibdew nindirizzawha. Hemm jibda l-vera staġun politiku ġdid, meta l-iżbalji tal-passat ma jsirux ċeritifikat biex indaħħlu n-nies 'l hawn u 'l hemm, anke jekk m'għandniex bżonnhom. Pereżempju, kważi 90 ħaddiem fiċ-Ċittadella biss (saħansitra smajna li jkollok tnejn jikinsu; wieħed iżomm il-pala u l-ieħor l-ixkupa). L-Ombudsman jgħid ċar għaliex għandu jkun hemm kontrolli; "sabiex dawk li jingħataw il- fiduċja biex imexxu materji pubbliċi jagħmlu dan fl-interess tal-ġid komuni u mhux biex jippromovu l-interessi partiġġjani." Hemm bżonn li aħna bħala poplu ngħollu l-istandards tagħna, ta' x'nistennew u xi rridu u lil min irridu li jkun f 'ażjendi pubbliċi. Hemm bżonn linji gwidi stretti ta' kif jiddaħħlu n-nies 'l hawn u 'l hemm. L-ewwel nett għax dawn qed jitħallsu minn flus il- poplu, it-tieni nett għax dan il-pajjiż mhu każin politiku ta' ħadd u t-tielet u l-aktar importanti għax meta gvern juża l-poter tiegħu biex idaħħal u jdeffes lil dawk tal-qalba u lil dawk li xogħolhom huwa li jinċensawh minn tlugħ sa nżul ix-xemx, qed jagħmel inġustizzja ma' min inqabeż. Kliem tad-deheb dak tal-Ombudsman. Kliem li għandna nixtarru u li għandu jinkwetana. Jgħid li llum qed tikber din l-idea illi tista' tikser xi liġi, imbagħad tistenna li tissanzjona. Għalkemm ma speċifikax nifhmu li qed jitkellem dwar l-iżvilupp. Oħra din, kamra f 'għalqa nkabbruha, nibnu ħitan magħha, imbagħad nagħmlu xi pool sabiħ u BBQ area (naturalment), imbagħad nitolbu s-sanzjoni. U jekk ma jagħtuniex is-sanzjoni nheddu bil-vot, u ċ-ċittadin onest jibqa' jkanta l-Aida. Hemm bżonn li f 'dan il-pajjiż ikollna s-serjetà u min qed imexxi l-istituzzjonijiet li suppost jaraw li għandna s-serjetà, jagħmlu xogħolhom mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Għalhekk min qed imexxi l-istituzzjonijiet irid ikun dejjem distakkat mill- politika, dejjem jidher li hu distakkat mill-politika u li jagħmel xogħlu b'dixxiplina u bla biża'. ...Jeremy Cardona L-Ombudsman tkellem dwar is-sens ta' impunità. U trid tkun vera taħseb li tista' tagħmel li trid biex taqbad karozza u (jekk huwa vera dak li qed ikun allegat) tipprova ssuq minn fuq xi ħadd li kkritikak. Mela hawn qed ngħixu fil-ġungla jew? X'sar minnha l-persważjoni tal- argument? X'sar minnha l-abbilità li tpoġġi bilqiegħda u tiddiskuti u tfiehem? Filwaqt li nikkundannaw kull attakk, inħossu li ma kienx hemm kundanna biżżejjed. Din il-gazzetta, frankament, tiġi taqa' u tqum minn liema partit ġej Jeremy Cardona; dak li ġara huwa assolutament kundanabbli. Din Malta, mhux xi sett minn film tal-'cowboys'. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018