Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 I r-rapport Annwali tal-Ombudsman għall-2017 li kien ippubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa hu inkwetanti. F'partijiet minnu, nazzarda ngħid li hu wkoll tal-biża'. L-Ombudsman jikkummenta fit-tul dwar "in- nuqqas tal-amministrazzjoni li tipprovdi informazzjoni". Josserva żewġ tendenzi ġenerali. L-ewwel tendenza hi li diversi Dipartimenti tal- Gvern u Ministeri qed isibuha bi tqila biex jiżvelaw informazzjoni importanti. Il-kliem li l-Ombudsman juża: "Sfortunatament l-amministrazzjoni pubblika – u dan jinkludi wkoll awtoritajiet pubbliċi – jidher li addottaw attitudni ġeneralment negattiva dwar l-obbligu li tkun żvelata informazzjoni u d-dritt taċ-ċittadin li jinżamm infurmat. Uħud marru fl-estrem li anke qed jirrifjutaw li jipprovdu kemm informazzjoni importanti kif ukoll informazzjoni vitali li l-pubbliku hu intitolat għaliha minħabba li din tikkonċerna setturi importanti tal-ħajja ekonomika u soċjali tal- pajjiż." It-tieni tendenza hi agħar: diversi ftehimiet li daħal għalihom il-Gvern fihom klawsola li tobbliga li jinżamm is-skiet dwar il-kontenut tal-ftehim. Dak li hu magħruf bħala 'non-disclosure clause'. L-Ombudsman jgħidilna li issa hawn "żvilupp riċenti u inkwetanti permezz ta' attentat biex jiġi assigurat skiet totali hi l-prattika li torbot lil dawk li magħhom l-amministrazzjoni pubblika jkollha rabta kuntrattwali biex ma tiżvelax informazzjoni fil- kuntratti infushom mingħajr l-approvazzjoni tal-awtorità pubblika." Issa fir-realtà, din il- prattika ma ġietx addottata f 'daqqa waħda fl-2017. Kien hemm okkażżjonijiet fil- passat meta l-Gvern rabat lil oħrajn inkella aċċetta li jintrabat hu stess li ma tkunx żvelata informazzjoni. Jidher imma li din il-prattika qed iżżid fil-frekwenza. Mhux biss il-kuntratt ta' Henley and Partners dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza li fih dawn il-provedimenti imma wkoll il-kuntratt dwar il- privatizzazzjoni tal-lotteriji pubbliċi mal-Maltco kif ukoll il-ftehim dwar il- privatizzazzjoni parzjali tas-sistema tas-saħħa mal- Vitals Healthcare inkella l-ftehim mal-Electrogas dwar il-qalba għall-gass tal-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f 'Delimara. Kif jista' jkun li gvern jippretendi li jkun trasparenti u kontabbli meta juża jew jippermetti l-użu ta' strateġiji bħal dawn li jostakolaw li tkun żvelata l-informazzjoni? L-Ombudsman hu korrett li jipponta subgħajh lejn dan in-nuqqas bażiku ta' servizz pubbliku li jridha ta' wieħed ġust, effiċjenti, trasparenti u kontabbli. Jiena naħseb li dan hu daqstant importanti li jimmerita diskussjoni fil- Konvenzjoni Kostituzzjonali – jekk din xi darba ssir. Forsi wasal iż-żmien li tkun il-Kostituzzjoni nnifisha li tillimita b'mod strett lill- amministrazzjoni pubblika milli tibqa' tillimita l-aċċess għall-informazzjoni b'dan il-mod. Hu meħtieġ li jkollna s-salvagwardji kontra dan l-abbuż sfaċċat li qiegħed jostakola l-aċċess għall- informazzjoni li għandha f 'idejha l-amministrazzjoni pubblika. Is-salvagwardji jistgħu jinkludu l-possibilità ta' reviżjoni amministrattiva immedjata li tikkanċella l-ostaklu għall-aċċess kif ukoll passi biex dawk responsabbli biex jostakolaw dan l-aċċess għall-informazzjoni mingħajr raġuni valida ma jitħallewx iktar jeżerċitaw il-funzjonijiet ta' uffiċċju pubbliku. L-Ombudsman jispjega fir-rapport tiegħu li l-liġi tagħti lill-uffiċċju tiegħu l-għodda meħtieġa biex ikollu aċċess għall-informazzjoni li jeħtieġ ħalli "jmexxi l-investigazzjonijiet dwar l-ilmenti li jkunu waslu" avolja din l-informazzjoni xi drabi tingħata b'mod imqanżaħ. Iżda l-Ombudsman iqis li għandu jiġbed l-attenzjoni għal tliet ċirkustanzi partikolari "li juru kif ir-rispons negattiv tal-awtoritajiet pubbliċi meta dawn jintalbu informazzjoni qed ixekkel l-Ombudsman u lill-Kummissarji fl- uffiċċju tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom". L-ewwel każ jirrigwarda l-Armata. Ir-rifjut tal- Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali l-files kollha dwar l-eżerċizzji ta' promozzjonijiet għall-ogħla gradi fl-Armata ssolva biss wara d-deċiżjoni finali tal- Qorti tal-Appell f 'Ottubru 2016 liema deċiżjoni kkonfermat li Ombudsman kellu l-obbligu li jinvestiga l-ilmenti li rċieva. It-tieni każ jirrigwarda r-rifjut tal-Ministeru tas-Saħħa li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill- Kummissarju għas-Saħħa biex dan jipprovdi il-ftehim sħiħ ma' Vitals Healthcare dwar il-privatizzazzjoni ta' sptarijiet f 'Malta u Għawdex li kien meħtieġ fl-investigazzjoni dwar jekk l-interessi tal- pazjenti u l-istaff (mediku) kinux adegwatament imħarsa. It-tielet każ hu dwar l-ilmenti kontinwa tal- Kummissarji fl-uffiċċju tal-Ombudsmam (Saħħa, Ippjanar/Ambjent u Edukazzjoni) dwar id- dewmien li qed jirriżulta f 'investigazzjonijiet li jkunu jeħtieġu konklużjoni immedjata. Dan minħabba n-nuqqas tas-settur pubbliku li jagħti tweġiba għat-talbiet diversi għal informazzjoni. L-obbligu tal- amministrazzjoni pubblika li tiffaċilita l-aċċess għall- informazzjoni u d-dritt taċ- ċittadin li jkun infurmat huma bażiċi f 'soċjetà demokratika. Attentati biex dan l-aċċess taċ- ċittadin għall-informazzjoni jkun imblukkat b'dan il- mod jimmina l-proċess demokratiku u dan billi ċ-ċittadin qed ikun ostakolat milli jifforma opinjoni fuq kif qed ikun amministrat l-istat. Dan qiegħed ukoll jostakola lil dawk l-istituzzjonijiet fid- dmir li jiddefendu ċ-ċittadin komuni milli jagħmlu xogħolhom. F'isem Alternattiva Demokratika jiena nirringrazzja lill- Ombudsman talli qed ikun daqstant ċar fid-difiża tiegħu ta' dak li hu bażiku f 'soċjetà demokratika kif ukoll talli qed isemma' leħnu b'vuċi ċara kontra dan l-abbuż ta' poter. 18 Opinjoni L-ostaklu tal-aċċess għall-informazzjoni hu delitt kontra d-demokrazija CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com Il-Papa Franġisku, wara 5 snin Minn Dun Anġ Seychell FILGAZZETTA Ingliża Guardian Weekly sikwit jissemma b'tifħir il-Papa Franġisku. F'okkażjoni minnhom kiteb dwaru Seumas Milne: "Mhux bilfors tkun temmen biex tagħraf li l-mexxej ta' elf miljun Kattoliku qed isir magħruf bħala difensur globali tal- ġustizzja soċjali. Din hi bidla importanti fil-każ tal-Vatikan. Imma Papa Franġisku qed jagħmel tajjeb għaż- żmien mitluf billi jikkritika l-kapitaliżmu u t-tirannija tas-suq, jikkundanna l-inegwaljanza bħala l-għerq tal-ħażen soċjali, jirrifjuta l-Iżlamofobija, sa jasal biex jgħid li l-Kommunisti huma Nsara magħluqa li serqulna l-bandiera." Mill-Konċilju Vatikan II 'l hawn kienu eletti xi papiet mhux Taljani imma Franġisku kien l-ewwel Papa fi żmien li kien elett minn fost dawk barra mill-Ewropa. Fi żmien 5 snin li ilu jaqdi l-ministeru tiegħu bħala kap tal-Knisja universali, ta' xhieda tal-livell għoli tal-awtorità morali li jgawdi ġewwa u barra l-Knisja. Kif qal fil-gazzetta Ingliża The Guardian, Jonathan Friedland: "Il-Papa la għandu armata, la battaljuni u lanqas diviżjoinijiet, imma għandu pulptu sewwasew bħalissa qed jużah biex ikun il- leħen l-iżjed jgħajjat u l-iżjed ċar kontra s-sitwazzjoni preżenti". Ritratt ta' Franġisku Il-Papa Franġisku ġej mit-trufijiet tal-Knisja, mill- Arġentina fl-Amerika t'Isfel fejn kien imdorri jiltaqa' man-nies tat-trufijiet. Għalkemm l-ewwel Ġiżwita li kien elett suċċessur ta' Pietru ħa l-isem tal-fqajjar Franġisku. Bħalu ried igħix ħajja ta' stil sempliċi. Ma riedx igħammar fil-palazz papali u baqa' joqgħod fil-hostel ta' Santa Marta u jiekol mill-ikel tar-refettorju ta' dak il-hostel. Ma riedx jilbes iż-żarbun aħmar papali u ċempel lil min kien isewwilu ż-żraben fi Buenos Aires biex jaqdih hu. F'Ruma jivvjaġġa f 'karozza komuni u meta jmur iżur pajjiż ieħor iġorr hu stess il-basket tiegħu. Jiftakar sikwit fil-fqar u lil dawk li ma għandhomx saqaf fuq rashom ħa ħsieb biex ikollhom fejn jinħaslu u jgħixu f 'livell diċenti. Mhix l-ewwel darba li kiel mal-fqar u stedinhom ġo daru. Iżjed popolari mill-populisti Papa Franġisku huwa popolari. Huwa iżjed popolari mill- Populisti, dawk li jaħsbuha differenti minnu fejn jidħlu l-emigranti li jiġu fl-Ewropa. Issa li l-populisti jinsabu jaħkmu l-gvern fl-Italja, min jaf x'inhu jaħseb il-Papa Franġisku? Franġisku huwa radikali fil- ħsibijiet tiegħu. Huwa radikali fejn jidħol il-kapitaliżmu bla rażan, li jqim l-idolu msejjaħ flus, li ma jirrispettax il- ħaddiema foqra f 'Bangladesh. Il-formazzjoni mentali tiegħu tagħti l-ħila li jgħarbel is-sitwazzjonijiet mhux sempliċement bħala tajbin jew ħżiena biss. Ħafna drabi joħroġ bil-paraguni u bil-kuntrasti; "u ż-żmien huwa akbar mill- ispazju, ir-realtà hija akbar mill-ideat, il-ħniena hija akbar mil-liġi, il-milja hija akbar mil- limitazzjonijiet, il-għaqda hija akbar mill-konflitt." Hija l-formazzjoni mentali tiegħu li wasslitu biex jistqarr: "Jekk persuna hija omosesswali u qed tfittex lill-Mulej, min jien jiena biex niġġudikaha?" Ir- raġunament tal-Papa Franġisku ma jġibx l-anarkija jew it- taħwid. Huwa nieqes mill- ġudizzju fil-ħsieb u fl-istess ħin huwa liberali. Huwa Nisrani. U huwa popolari! L-ottimiżmu Jekk hemm karatteristika fil-Papa Franġisku, din hija l-ottimiżmu tiegħu. Skond Papa Franġisku l-umanita' ma' għandhiex tibqa' nieżla fil-ħama sakemm tegħreq fiha. F'paragun ħaj, Papa Franġisku jgħid li l-id ħanina t'Alla għadha hemm biex toħroġha mill-ħama! Il-Knisja Kattolika hija aġenzjia li toffri l-fidwa u s-salvazzjoni u dan tagħmlu billi tibqa' fidila lejn l-eżempju ta' Ġesù fl-Evanġelju. Il-preżenza tal-Papa Franġisku qed taqdi l-missjoni ta' ċiviltà tal-imħabba, ta' l-umaniżmu kollu mħabba, tal-influwenza li l-Knisja Kattolika għadha teżerċita fuq id-dinja tal-lum. Hawn min jgħid li Papa Franġisku huwa iżjed popolari barra l-Knisja milli fi ħdanha. Ma nistax ngħid iva jew le. Anke fiċ-Ċina Kommunista hemm mexxejja li għandhom stima għal Papa Franġisku!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018