Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
illum Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Sports 28 'Li tirbaħ dan l-unur wara sena ħidma huwa ta' rikonnoximent kbir' - Dylon Agius minn Cristian Antony Muscat Hekk kif ftit tal- ġimgħat ilu il-plejer ta' Pietà Hostpurs, Dylon Agius rebaħ l-unur personali prestiġjuż tal-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni waqt l-MFA Awards, f'kuntatt li l-ILLUM għamlet mal-istess plejer huwa saħaq li: "Li tirbaħ dan l-unur wara sena ħidma huwa ta' rikon- noximent kbir għalija personali meta taf li għandek ammont ta' plejers fl-Ewwel Diviżjoni li huma ta' livell. Hija esper- jenza sabiħa li tilgħab f'waħda mill-ogħla diviżjonijiet tal-futbol Malti għalkemm għadni ta' età żgħira. Il-promozzjoni għalija tfisser ħafna għaliex li terġa' tilgħab fl- ogħla livell tal-futbol Malti huwa ta' unur kbir, għalkemm diġà kelli xi esperjenza żgħira erba' snin ilu meta kien għad kelli biss 17-il sena u kont ġejt involut f 'ħafna logħob. Għenitni ħafna biex nikber u nimmatura fil-logħob biex illum il-ġurnata rnexxieli nasal s'hawn u anke ġejt magħżul fuq livell nazzjonali. Għall-klabb ta' Pietà Hotspurs, huwa de- jjem ta' unur li jilgħab fl-ogħla diviżjoni, hekk kif ir-riżorsi tal- klabb huma xi daqsx- ejn limitati. Din hija wkoll vetrina għaż- żgħażagħ fi ħdanu." Dylon Agius bit-Trofew tal-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni Esperjenza mill- aqwa għal Ayrton Attard ma' Cremonese fl-Italja minn Cristian Antony Muscat LATTAKANT ta' Birkirkara F.C. Ayrton Attard ħalla impressjoni tajba ħafna waqt ġimgħa ta' prova mal-klabb tas-Serie B, U.S. Cremonese. Attard li għandu biss 17-il sena gie mistieden għall-prova wara li rapprezentanti tat- tim segwew lill-plejer f 'Malta. F'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal Ayrton Attard saħaq li: "Kelli tliet training sessions fejn mort tajjeb ħafna. Kelli feedback tajjeb mingħand il-kowċ u d-direttur tal-klabb. Il-livell li lgħabt fih huwa għoli iktar minn ta' pajjiżna teknikament u anki bħala intensità u t-tempo tal-logħob però fiżikament naħseb li nlaħħqu magħhom. Bħala professjonalità, huma ta' livell għoli u anki bħala dedikazzjoni. Għall-futur qed nistenna risposta mingħandhom biex nerġa' nitla'. Kelli feedback tajjeb mingħand il-klabb ta' Cremonese u issa ħa jitkellmu mal-pres- ident tagħhom." Ritratt - Paul Zammit Cutajar Ayrton Attard -azzjoni bil-okk tat-tim nazzjonali Malti