Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
illum Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Sports 26 Sarah Chouhal -aqwa tagħha SARAH Chouhal hija atleta ta' 15-il sena li għalkemm għadha żgħira, diġà qed tikseb suċċess kbir fl- atletika. Fi tmiem is-sena l-oħra, kienet rikonoxxuta mingħand l-MAAA għall-kisbiet eċċezzjonali fl-atletika għas-sena 2017. Din is-sena, diġà qed tipproduċi ħinijiet u distanzi tajbin ħafna. Sarah Chouhal tiffoka fuq il-ġirja tal-400 metru u l-'Hammer throw' bħala l-events prinċipali tagħha. Din is-sena, uriet wirja tajba fl-400m meta kis- ret ir-rekord personali tagħha u niżlet taħt is-60 sekonda għall-ewwel darba, b'ħin ta' 59.51 sekonda. Fil-'Hammer throw', għalkemm għadu kmieni fis-sena, diġa' uriet poten- zjal għall-futur ġejjieni b'tefgħa ta' 47.06 metru, in- qas minn metru mir-rekord nazzjonali tal-U18 li huwa tagħha stess. Sarah Chouhal kisbet ukoll suċċess fil- kampjonati nazzjonali taż- żgħar din is-sena, b'midalji tad-deheb fl-400m, 'Ham- mer throw' u l-4x100 relay u waħda tal-bronż fil-ġirja tal-200 metru. L-aktar suċċess riċenti ta' Sarah kien f'Catania, Sqallija, fejn hi ffurmat parti mill-kontinġent Malti li kkompeta fil-'Jeux des Îles- COJI' , li huma l-Logħob taż-Żgħażagħ tal-Gżejjer. Hawnhekk hi kisbet suċċess kbir u rebħet tliet midalji. L-ewwel midalja kienet tal- event favorita tagħha, l-400 metru, fejn hi rnexxielha tirbaħ il-bronż b'ħin tajjeb. It-tieni midalja li rnexxielha tikseb kienet fil-'Hammer throw', fejn hi ddominat u rebħet il-midalja tad-deheb b'tefgħa ta' 47.02 metru. Wieħed tajjeb li jkun jaf li minkejja li din rebħet il-kompetizzjoni b'tefgħa ta' 47.02 metru, kull tefgħa valida li kellha kienet biżżejjed sabiex tirbaħ il-kompetizzjoni. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-aħħar midalja li Sarah rebħet kienet waħda mat-team tar- relay tan-nisa. Huma kkom- petew fl-'iSwedish relay', li tikkonsisti f'erba' ġirjiet; il-100 metru, il-200 metru, it-300 metru u l-400 metru. Sarah ġriet l-400 metru u mat-tim tagħha rnexxielha tirbaħ il-midalja tad-deheb f ħin eċċezzjonali. Minkejja dan, Sarah għadha ffukata għall-kumplament tal-istaġun fosthom il- Logħob tal-FISEC u xi kompetizzjonijiet internaz- zjonali oħra. Għalkemm dawn is-suċċessi ġew bħala riżultat tax-xogħol u s-sagrifiċċju ta' Sarah, hi xtaqet tirringrazzja lil num- ru ta' nies li mingħajrhom dan kollu ma setax ikun possibli. Hija xtaqet tirringrazzja wkoll lill-kowċis u lill- ġenituri tagħha Rachid u Antonella Chouhal, tas-sagrifiċċju li jagħmlu magħha u tad-dedikazzjoni lejn il-progress tagħha. Barra minnhekk, xtaqet tir- ringrazzja wkoll lill-MOC u lill-MAAA talli tawha din l-oppurtunità li tikkom- peti għal Malta fil-'COJI' u tal-għajnuna permezz tal-'Youth Elite Athlete Scheme'. Sarah xtaqet tir- ringrazzja wkoll lill-klabb tagħha 'Rush Athletic Club' tas-sapport kontinwu u lill- membri tal-klabb kollha li jimmotivawha fit-taħriġ ta' kuljum. Sarah Chouhal bil-midalji li rebħet waqt il-Logħob tal-COJI f'Catania Sqallija 'Nispera li dan mhuwiex it-tmiem iżda l-bidu ta' xi ħaġa ġdida' - Martina Borg minn Cristian Antony Muscat Fil-ġimgħat li għaddew, il- futboler Martina Borg irritornat f'Malta wara esperjenza mill- aqwa fl-Italja ma' Apulia Trani. L-ILLUM tkellmet ma' Mar- tina Borg innifisha, fejn tatna iktar dettalji. Hija stqarret li: "Kienet esperienza iebsa ħafna għall-bidu fejn ma nkunx qed nigdeb li ridt ninżel lura Malta iktar minn darba waħda. Dan kemm minħabba l-fatt li kont xi ftit 'homesick' kif ukoll għax il- wirjiet tiegħi ma kinux qed ikunu tajbin. Bis-saħħa tas-sapport kontinwu minn dawk ta' madwari bqajt nirsisti biex intejjeb il-wirjiet tiegħi u nibqa' hemmhekk. Issa ġaladarba spiċċa l-Kampjonat, nista' ngħid li kienet esperjenza sabiħa ħafna u ma jiddispjaċini xejn li bqajt u ma qtajtx qalbi. Irnexxieli ntejjeb l-istil tal-mod kif bdejt nilgħab u rnexxieli wkoll niskorja tmien gowls tul il-Kampjonat kollu. Nispera li dan m'huwiex it-tmiem iżda l-bidu ta' xi ħaġa ġdida." Jovica Milijic imkien ma' Mark Borg