Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 31 mal-aġenda impenjattiva tiegħek. Il-ġurnata tiegħi tibda billi mmur għax-xogħol filgħodu u hemmhekk nagħmel sal-ħamsa ta' filgħaxija. Jien diġà jkolli l-basket tal-futbol lest minn filgħodu biex hekk kif nispiċċa mill-ħidma tiegħi, nibqa' sejjer dritt il-grawnd fejn nitħarreġ mal-kumplament tat-tim. Tista' tgħid illi nqatta' barra kważi erbatax–il siegħa minħabba li noħroġ mid-dar fis-sebgħa ta' filgħodu u nirritorna lura fid-disgħa ta' filgħaxija. Nerġa' ngħidlek mhux faċli li nagħmel dan kollu iżda llum il- ġurnata sirt naraha bħala rutina u kważi parti mill-ħajja tiegħi. Minkejja kollox nemmen illi dan is-sagrifiċċju kollu li qed nagħmel fl-aħħar mill-aħħar qed nieħu l-frott tiegħu. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lill- partitarji ta' Pietà Hotspurs li minkejja illi mhux daqshekk numerużi, xorta għandhom qalb kbira li jagħtu s-sapport lilkom bħala plejers. Minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lill-partitarji kollha Pjetaniżi illi ġew jagħtuna s-sapport fil-grawnd b'mod partikolari fl-aħħar parti tal- kampjonat meta bdejna nemmnu illi stajna nagħmluha. Bis-saħħa tagħhom ukoll illi wettaqna dan ir-ritorn fil-Premier wara nuqqas ta' kważi tliet snin. Ngħidilhom illi issa aktar minn qatt qabel għandna bżonn is- sapport tagħhom speċjalment fil-Premier fejn kull logħba mhux ser tkun faċli iżda fejn aħna ser nagħtu l-mija fil-mija tagħna sabiex eventwalment inkunu kapaċi nżommupostna fl-ogħla diviżjoni Maltija. ta' sur u bħala tim wieħed wasalna biex ikollna wirjiet kbar' Twieled San Ġiljan t-28 ta' Ġunju 1986. Jilgħab bħala goalkeeper ma' Pietà Hotspurs. Fil-passat lagħab ukoll ma' Valletta FC. Fil-ġimgħat li għaddew kien tassew strumentali biex it-tim tiegħu jikseb il-promozzjoni għall- Kampjonat BOV Premier. Miguel Montfort "Ngħid lill-partitarji ta' Pietà Hotspurs illi issa aktar minn qatt qabel għandna bżonn is-sapport tagħhom speċjalment fil-Premier fejn kull logħba mhux ser tkun faċli iżda fejn aħna ser nagħtu l-mija fil-mija tagħna sabiex eventwalment inkunu kapaċi nżommupostna fl-ogħla diviżjoni Maltija." Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018