Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Intervista 13 mill-kriminalità se nwaqqfu ġenerazzjoni sħiħa' individwali hija daqstant importanti għar- riabilitazzjoni, il-priġunieri ma jistgħux jinqasmu fi gruppi iżgħar, jew inkella, minflok ħabs wieħed, ikun hemm diversi djar żgħar li jilqgħu fihom ammonti iżgħar ta' priġunieri? "L-affarijiet li qed issemmi huma l-ideali. F'Malta għandna ħabs mibni snin ilu fuq il-kunċett ta' kastig," saħaq Mifsud. "Anke l-ambjent innifsu jkellmek. Biex toffri riabilitazzjoni l-ambjent huwa importanti." Kien hawn li kkritika l-fatt li meta ftit tas-snin ilu nbniet estensjoni tal-ħabs, din xorta waħda ma kinitx imfassla biex tirrifletti aktar il-kunċett ta' riabilitazzjoni. Għal Charles Mifsud, dan kien każ mitluf. 'Jeħtieġ aktar djar fil- komunità għall-priġunieri' Spjega kif barra minn Malta, jeżistu ħabsijiet għal dawk il-persuni li jkunu arrestati u qed jistennew is- sentenza. F'Malta ma teżistix din id-differenza, tant li min ikun arrestat jinżamm mal- priġunieri li qed jiskontaw sentenza. "Jeħtieġ ikollna aktar djar residenzjali bħalma għandna aħna, biex mill-ħabs toħroġ għal dawn id-djar u jkunu jistgħu jiġu offruti aktar servizzi individwali," saħaq Mifsud. Preżentament, huma ftit biss dawk il-priġunieri li qed jgħaddu mill-programm tar-RISe. Oħrajn joħorġu fis- soċjetà direttament mill-ħabs. 'Minn 30 persuna tnejn biss waqgħu' Iżda taraw differenza bejn min jgħaddi mill-programm tar-RISe u min joħroġ direttament mill-ħabs? "Inkun prużuntuż jekk ngħid iva, għax ilna noperaw sentejn biss. Iżda mit-30 persuna li għaddew mir-RISe, tnejn biss minnhom reġgħu waqgħu. L-oħrajn, sal- lum, jgħixu l-ħajja normali tagħhom kemm fix-xogħol u anke mal-familja." Fil-fatt, l-għajnuna li toffri r-RISe ma tiqafx biss malli tgħaddi s-sena, iżda l-bibien jibqgħu dejjem miftuħa u eks priġunieri jibqgħu jsibu l-għajnuna li jkollhom bżonn, kemm jekk fuq ix-xogħol u anke d-dar. "Nitkellmu ħafna fuq dak li jsir fil-ħabs jew fil-programm tar-RISe, iżda l-importanti huwa dak li jsir wara," kompla jispjega Charles Mifsud. "Hemm min ifittixna minn jeddu u hemm oħrajn li nagħmlu kuntatt magħhom meta nisimgħu li jinsabu f 'xi diffikultà." 'Kull min ġie r-RISe ħareġ b'xogħol' Kemm hu diffiċli li eks priġunier isib xogħol? "Kull bniedem li ġie jagħmel il- programm ħareġ bix-xogħol," saħaq Mifsud waqt li spjega kif kien hemm kumpanija li offriet xogħol lil xi priġunier u reġgħet offriet lil RISe biex tħaddem lil xi ħadd ieħor. "Hemm kumpaniji li jħaddmu magħhom anke tliet persuni li għamlu l-programm tagħna." Komplejna nitkellmu fuq l-edukazzjoni li tingħata mill-Fondazzjoni RISe mhux biss fejn jidħol taħriġ ta' xogħol jew f 'affarijiet bażiċi ta' kuljum iżda anke taħriġ professjonali biex wieħed ikun kapaċi jikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħu, fost oħrajn. 'L-edukazzjoni fil-ħabs għandha tkun obbligatorja' Staqsejna lil Charles Mifsud jekk hux biżżejjed li dan it-taħriġ jingħata mir-RISe u jekk hemmx bżonn aktar programmi edukattivi fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin, aktar u aktar fid-dawl ta' dak li kien qalilna l-eks priġunier meta saħaq li ħafna drabi ma kienx ikollu xejn x'jagħmel u kien iqatta' l-ħin bilqiegħda fuq taraġ. Mifsud spjega li fil-ħabs isiru diversi sessjonijiet ta' taħriġ iżda kollox jiddependi fuq il-motivazzjoni tal-priġunieri li jmorru għalihom. Kien għalhekk li Charles Mifsud saħaq li għandu jkun hemm struttura u pjan biex l-attendenza għal dawn is- sessjonijiet tkun obligatorja. "Hemm bżonn ta' aktar struttura," kompla jisħaq waqt li saħaq li mill-ħabs kien hemm min tgħallem. "Min ried sab l-għajnuna. Mill-ħabs intbagħtu persuni l-Università u l-MCAST." Vittmi tad-droga għandhom jitħalltu mal-priġunieri? Fl-intervista tal-ILLUM mal- eks priġunier, ħarġet ukoll ċara l-problema tad-droga fil-ħabs, b'dan iż-żagħżugħ jisħaq kif iċċappas bid-droga fil-ħabs stess. X'jaħseb Charles Mifsud? Min qiegħed il-ħabs fuq droga għandu jkun mal-priġunieri l-oħra? "Il-problema tad-droga mhux ta' Malta biss. F'kull ħabs fid-dinja hemm id-droga," qal Charles. "Tidħol fil-ħabs bħalma tidħol kullimkien." Iżda kompla jisħaqli d-droga hija d-droga u tibqa' dejjem ħażina u minħabba l-ambjent tal-ħabs faċli taqa' għaliha. Kien għalhekk li bħalma insista l-eks priġunier, anke Mifsud staqsa kemm persuni b'vizzju tad-droga għandhom ikunu l-ħabs ma' priġunieri oħra. Fakkar li fl-aħħar snin daħlu fis-seħħ diversi liġijiet u mexjin lejn kunċett fejn persuni bil- vizzju tad-droga ma jkunux ma' priġunieri oħra fil-ħabs u saħaq li din għandha tkun it-triq. "Minkejja dan ma nemminx lil min jgħid li se jidħol fil-ħabs u jaqta' d-droga għalkollox," temm jgħid Mifsud. Jekk l-ħabs hemm 550 persuna, kważi kollha se joħorġu. Mhux aħjar naraw kif se ngħinuhom? " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018