Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
'MALTA għandha bżonn tagħmel qabża vasta f 'governanza tajba...' jgħid il-Partit Demokratiku Il-Partit Demokratiku ressaq Private Members Bill illi permezz tagħha se jkun qed jitlob li jitwaqqaf Kumitat Permanenti fil-Parlament biex ikun jista' jiddiskuti kif ukoll jissorvelja lis-settur finanzjarju u dak tal- igaming. "Malta għandha bżonn tagħmel qabża vasta f 'governanza tajba. Ilu jinħass il-bżonn tagħha, speċjalment fis-sitwazzjoni preżenti fejn hawn tħassib lokali u internazzjonali dwar it-tmexxija ta' pajjiżna, partikolarment fis-setturi prinċipali tal-ekonomija." Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku kompla jgħid li "minflok jikkritika biss u jieħu vantaġġ politiku mis-sitwazzjoni kurrenti, ser joħroġ b'numru ta' proposti konkreti li l-PD jemmen li jkunu ta' benefiċċju għall-pajjiż kollu kemm hu." Fost oħrajn dan il- kumitat se jkun qed jifli u jiddiskuti policies u l-operat fil-qasam tas-setturi regolati b'liġijiet speċjali fil- qasam tal-gaming u tas-servizzi finanzjarji li għandhom importanza strateġika u ta' interess materjali u jirrapporta fuqhom lill-Kamra; jikkunsidra rapporti u policies relevanti għal dawn is-setturi; jifli materji u ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-awtoritajiet statutorji u organizzazzjonijiet pubbliċi li joperaw fil- qasam ta' dawn iż-żewġ setturi; jifli policies u materji oħra li għandhom x'jaqsmu mas-sorveljanza ta' dawn iż-żewġ setturi u ta' professjonijiet u setturi li jipprovdu servizzi anċillari lil dawn iż-żewġ setturi u li għandhom obbligi ta' diliġenza taħt il-liġijiet fis-seħħ li jħarsu mill- ħasil tal-flus u finanzjar ta' terroriżmu; jiddiskuti u janalizza l-impatt tad- deċiżjonijiet tal-Gvern u l-Unjoni Ewropea f 'dawn is-setturi; jirċievi u jisma' l-opinjonijiet ta' korpi kostitwiti, għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet involuti f 'dawn iż-żewġ setturi; jitlob biex persuni jidhru quddiem l-istess Kumitat sabiex jagħmlu espożizzjoni jew jagħtu rendikont tal-ħidma u tar- responsabbiltajiet tagħhom fl-oqsma li jaqgħu taħt dan l-istess Kumitat; u jagħmel rakkomandazzjonjiet sabiex tittieħed azzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti jew uffiċjali tagħhom ma aġixxewx skont il-liġi jew fejn l-għaġir tagħhom ma kienx aderenti ma' prattiċi internazzjonali u mal-liġijiet fis-seħħ. illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Aħbarijiet Il-PD iressaq Private Members Bill għal settur finanzjarju u igaming iktar b'saħħtu "Malta għandha bżonn tagħmel qabża vasta f 'governanza tajba. Ilu jinħass il-bżonn tagħh"