Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 Minn Albert Gauci Cunningham IDDGĦAJJES bl-immigranti jistgħu jerġgħu jsiru xi ħaġa tal-preżent jekk ir-rettorika ta' Salvini, il-Ministru Taljan tal-Intern il-ġdid, iżomm kelmtu u mir-rettorika jgħaddi għall-fatti. Wara akkużi nhar il-Ġimgħa filgħaxija minn Salvini stess illi Malta ma tatx assistenza lil dgħajsa b'110 immigranti fuqha u wara li Salvini għamel ċar illi hu determinat li jnaqqas l-immigrazzjoni billi 'jissiġilla' l-fruntieri Taljani, din il-gazzetta staqsiet dan kollu xi jfisser għal pajjiżna u għar-relazzjonijiet tagħna mal- Italja. Staqsejna wkoll x'se jiġri mill-ftehim jew arranġament li bosta jgħidu illi seta' kien hemm bejn pajjiżna u l-Italja fir-rigward tas-salvataġġ tal- immigranti. Sors viċin il-Gvern qal lill- ILLUM li l-Gvern qed jadotta attitudni ta' 'nistennew u naraw' fuq il-kwistjoni kollha tal-immigrazzjoni. "Għalissa ma nafux x'se jiġri, kollox 'wait and see'. Imma dwar ftehim, nerġgħu nsostnu li aħna qatt m'għamilna ftehim mal-Italja, hemm biss qbil ('understanding') li aħna nintervjenu f 'każ fejn ikun hemm biża' ta' telf ta' ħajja. Imma jekk ikunu fl-ibħra Taljani jeħduhom it-Taljani." Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi l-Gvern għalissa qed jittama li dak li qed jgħid Salvini huwa rettorika, mhux il-politika l-ġdida tal-Italja. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li s'issa ma kienx għad hemm kuntatti uffiċjali bejn il-Gvern Malti u dak Taljan, dwar din il- kwistjoni. Pajjiżna ilu ma jesperjenza wasliet ta' dgħajjes b'immigranti, xi ħaġa li minkejja ċaħdiet mill-Gvern, hemm min jattribwixxi għal ftehim sigriet bejn pajjiżna u l-Italja. Minkejja dan sorsi oħrajn li tkellmu ma' din il- gazzetta u anke l-eks Ministru tal-Intern Carmelo Abela qalu li l-immigranti xorta baqgħu jiġu pajjiżna, imma b'mezzi oħrajn fosthom bl-ajruplan, jew inkella permezz ta' dgħajjes jew katamaran. Salvini, li huwa wkoll il- mexxej tal-partit lemini Lega, qal illi Malta ma tistax tibqa' dejjem tgħid le għall- immigranti u fakkar kif "il- Mulej poġġa lil Malta eqreb lejn l-Afrika milli Sqallija." F'Como huwa sostna li diversi għaqdiet non governattivi (NGOs) ma jistgħux jibqgħu jservu ta' taxi għall-immigranti. Is-sorsi viċin il-Gvern li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi t-tama ta' Malta hija li din darba ma jidhirx li se jkun hemm qbil bejn il-partiti fuq din il-kwistjoni u allura n-nuqqas ta' appoġġ li jkollu Salvini jista' jdgħajfu xi ftit. Ma' din il-gazzetta diversi persuni midħla sew tal- Italja jew tar-relazzjonijiet internazzjonali kienu esprimew tħassib għal dak li jista' jfisser il-Gvern ta' Giuseppe Conte għal pajjiżna. L-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella kien saħaq li mingħajr dubju l-politika tal-Gvern Taljan se tħalli impatt dirett fuq Malta. "Irridu nxammru l-kmiem," sostna Vella, filwaqt li l-eks Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola qal li d-dikjarazzjonijiet ta' Salvini ma tantx jawguraw tajjeb għal Malta. U politikament dan x'jista' jfisser għal Muscat? Minn lenti purament politika, jekk Salvini 'jissiġilla' l-fruntieri kif qed jgħid li se jagħmel u jibgħat lill-immigranti lura, il-PM Muscat jista' jkun li jiffaċċja l-akbar sfida tiegħu bħala Prim Ministru. Dan minħabba żieda fil-wasliet tal-immigranti u minħabba li l-wasliet (kuntrarjament għal dak li qed jiġri preżentement) ikunu ħafna aktar fid-deher. Dan ifisser illi din il-kwistjoni tista' terġa' titla' fuq nett tal- aġenda politika, nazzjonali. Fid-dawl ta' stqarrija mill- Federazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà (FEA) f 'Marzu li għadda illi mill-2013 ġew pajjiżna 87,000 ħaddiem barrani u li sal-2021 se jkunu ġew 80,000 oħra, kif ukoll fid-dawl ta' stqarrija tal-Malta Employers Association li b'ħaddiema barranin il- popolazzjoni f 'Malta tista tilħaq is-700,000, influss ta' wasliet bid-dgħajjes jista' jirrendi l-għajta ta' Muscat għall-pajjiż kożmopolitan, waħda xejn popolari. Dan apparti t-toqol dejjem jikber li jkun qed jintefa' fuq is-servizzi u fuq l-infrastruttura ta' pajjiża. Inċidentalment dan iċ- ċaqliq fir-relazzjoni bejn Malta u l-Italja, jiġi eżatt mal-ippubblikar ta' stħarriġ tal- opinjoni pubblika li għamlet il-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna. Fuq il-gazzetta oħt Maltatoday, il-Ħadd li għadda kien żvelat kif ftit inqas minn kwart tal-poplazzjoni, jew 24.3% huma mħassbin dwar l-immigrazzjoni jew inkella l-barranin f 'Malta. Ta' inkiwet għal Muscat huwa li 69% minn dawk kollha li huma inkwetati minħabba l-barranin jew l-immigranti huma Laburisti jew ivvutaw PL fl-aħħar elezzjoni. Fil-fatt mistoqsijin x'jinkwetahom l-aktar fil-pajjiż bħalissa, 11.9% tal-parteċipanti fl-istħarriġ qalu 'l-immigranti' (9% minnhom ivvutaw PL fl-2013 u 2.9% ivvutaw PN) u 12.4% qalu l-'barranin' (7.8% ivvutaw lill-PL fl-2013 u 4.6% ivvutaw PN). Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS- SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Project Support Officer "ESF 04.0084 - Reform in the public health system to maximise efficiency gains and enhance governance" Aktar dettalji dwar din il pozizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal-Gvern pubblikata fil 8 ta' Ġunju, 2018. Persuni nteressati ghandhom jissottomettu l-applikazzjoni, flimkien ma Curriculum Vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l-esperjenza, sa mhux aktar tard minn nofsinnhar (Hin Centrali Ewropew) ta' nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Ġunju, 2018. Titpoġġa taħt pressjoni r-relazzjoni bejn Malta u l-Italja Għalissa l-Gvern se jistenna biex jara kif se tiżvolġi l-kwistjoni tal-immigrazzjoni bejn Malta u Salvini

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018