Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet l-aktar li jagħmlu s-sess bla protezzjoni Iż-żgħażagħ Maltin l-aktar jew fost l-aktar li... • Obeżità: Bla dubju! Iż-żgħażagħ Maltin ta' 11, 13 u 15- il sena huma l-aktar obeżi... IMMA... dawk li għandhom 13 u 15-il sena huma fost l-inqas żgħażagħ li jaħsbu li huma 'ħoxnin iżżejjed.' • Soft drinks: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 11 u 15-il sena huma l-aktar li jixorbu luminata kuljum. Iż-żgħażagħ ta' 13-il sena huma t-tielet l-inqas. • L-iskola: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 11 u 15-il sena huma fost l-aktar li jħobbu l-iskola (iżda dawk ta' 13 fost l-inqas). • Xogħol tal-iskola: Iż-żgħażagħ Maltin huma l-aktar żgħażagħ li jħossu li għandhom pressjoni bix-xogħol tal- iskola • Dwejjaq: Iż-żgħażagħ Maltin huwa fost l-aktar li jħossuhom imdejqa aktar minn darba fil-ġimgħa. Iż- żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena huma l-ħames l-aktar li jħossuhom 'low' • Uġigħ fl-istonku: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena huma l-aktar li rrappurtaw li jħossu wġigħ fl-istonku minn tal-inqas darba fil-ġimgħa. Dawk ta' 11 u 13-il sena wkoll huma fost l-aktar • Nervi: Warrbilhom! Iż-żgħażagħ Maltin huma fost l-aktar nervużi. Dawk ta' 11-il sena ġew fis-sitt post tal-lista u dawk ta' 15-il sena huma l-ħames l-aktar nervużi fost 42 pajjiż • Uġigħ ta' ras: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena huma l-aktar li jbatu mill- uġigħ ta' ras aktar minn darba fil-ġimgħa. Dawk li għandhom 11 u 13-il sena huma fost iż-żgħażagħ mill-ewwel għaxar pajjiżi • Cyberbullying bl-istampi: Ta' 15-il sena s-seba' l-aktar li jispiċċaw vittmi. Ta' 11-il sena fost l-inqas. • Cyberbullying b'sms: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 13 u 15-il sena fost l-aktar li jispiċċaw vittmi ta' cyberbullying b'sms • Ġlied: Attent! Iż-żgħażagħ Maltin fost l-aktar li lesti jidħlu għal ġlieda. • Tipjip: Għalkemm 1% biss, iż-żgħażagħ ta' 11- il sena huma fost l-aktar li jpejpu kuljum. Dawk ta' 13 u 15-il sena fost l-inqas. • Logħob: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena huma l-aktar li jqattgħu ħin jilagħbu fuq kompjuter jew 'games console'. Ta' 11 u 13-il sena fost l-aktar. • Kuntentizza: Ta' 11-il sena huma kuntenti b'ħajjithom iżda dawk ta' 13 u 15-il sena huma taħt il-medja Iż-żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena, żammew posthom fuq nett tal- lista meta mistoqsija jixorbux spirti u alcopops (xarba b'togħma u bi ftit alkoħol) darba fil-ġimgħa. Jinżlu post wieħed meta mistoqsija jixorbux inbid u jinżlu fil-ħames post fejn tidħol il-birra. Vera li jħobbu jixorbu, imma jiskru? 9% tas- subien u 9% tal-bniet Maltin li għandhom 15-il sena qalu li sikru għall- ewwel darba meta kellhom 13-il sena. Għalkemm ir-rata mhux l-ogħla, hija s-17-il waħda fost 41 pajjiż. Mistoqsija jekk sikrux f 'żewġ okkażjonijiet jew aktar, iż-żgħażagħ Maltin ta' 11-il sena ġew fost l-inqas, biex imbagħad sa 15-il sena jsibu ruħhom fost l-ewwel 15-il pajjiż. Iżda, dawn mhux l-uniku fatturi li fihom spikkaw iż-żgħażagħ Maltin. Hawn taħt għandek issib sejbiet oħra interressanti: Iż-żgħażagħ Maltin l-inqas jew fost l-inqas li... • Is-saħħa: Iż-żgħażagħ Maltin huma konxji! Fost l-inqas li jaħsbu li huma b'saħħithom. • Ħasil ta' snin: Il-Maltin ta' 11 u 13-il sena huma l-inqas żgħażagħ li jaħslu sninhom kuljum. Ta' 15-il sena t-tieni l-inqas. • Tipjip tat-tabakk: Fost l-inqas fl-etajiet kollha • Bullies: Iż-żgħażagħ Maltin, ta' kull età huma fost l-inqas żgħażagħ li xi darba jew oħra se jibbuljaw lil xi ħadd fl-iskola. Dawk ta' 15 għandhom ċans aktar jibbuljaw. • Vittmi tal-bullying: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 15-il sena fost l-inqas żgħażagħ bir-riskju li jispiċċaw vittmi tal-bullying. Ir-rata ta' dawk ta' 11 u ta' 13- il sena hija viċin il-medja tal-pajjiżi l-oħra. • Kolazzjon: Il-Maltin fost l-inqas li jieħdu kolazzjon kuljum. Ta' 11-il sena jieħdu inqas minn dawk ta' 15. • Ħelu: Minkejja l-obeżità, iż-żgħażagħ ta' 13 u 15- il sena huma fost l-inqas li jieħdu ħelu kuljum. • Ħaxix: Il-Maltin ta' 11-il sena huma t-tielet l-inqas żgħażagħ li jieklu ħaxix kuljum. Ta' 13-il sena r-rata tibqa' baxxa u togħla ftit ta' 15-il sena biex taqbeż il-medja. • Attività fiżika: Iż-żgħażagħ Maltin ta' 15 u 13-il sena huma fost l-inqas li jagħmlu attività fiżika kuljum. Ir-rata tal-eżerċizzju fost dawk li għandhom 11-il sena tikkumpara sew ma' dik tal-pajjiżi l-oħra. Mill-banda l-oħra, fejn tidħol id-dieta ma marrux daqshekk ħażin, partikolarment it-tfajliet • Televixin: Iż-żgħażagħ Maltin fost l-inqas li jaraw aktar minn sagħtejn televixin kuljum. • Kommunikazzjoni mal-ġenituri: Ta' 11, 13 u 15-il sena huma fost l-inqas żgħażagħ li jħossuha faċli li jitkellmu mal-missier. Għalkemm xorta mhux mal-ogħla, mal-omm iħossuhom aktar komdi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018