Illum previous editions

illum 10 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 PROPJU ftit ġranet ilu fakkarna waħda mill-ħames festi Nazzjonali ta' pajjiżna, dik magħrufa bħala s-Sette Giugno, li flimkien ma' dik ta' Jum ir-Repubblika huma l-uniċi tnejn marbuta direttament mal-Belt Valletta. F'dan il-jum infakkru l-ġrajjiet li seħħew ġewwa pajjiżna nhar is-7 ta' Ġunju tal-1919. Dakinhar waqt dimostrazzjonjiet ta' protesta kontra l-Gvern Ingliż numru ta' Maltin ħutna nqatlu minn suldati Ingliżi. L-irvell tas-7 ta' Ġunju kien riżultat ta' żmien iebes li kien għaddej minnu l-poplu Malti. F'dik il-ħabta ġewwa pajjiżna kien hawn ħafna qgħad, skarsezza ta' bosta affarijiet essenzjali għall-ħajja, għoli fil- prezzijiet tal-ikel b'mod speċjali l-ħobż u l-biċċa l-kbira tal-poplu kienet qed jgħix fil-miżerja. Il-klassijiet tas-sinjuri u l-iprivileġġjati kellhom ilmenti oħra kontra l-Gvern Ingliż. Dawn kienu qed jibżgħu li l-gvern biex jiġbor aktar flus kien se jdaħħal taxxa fuq il-qligħ. Barra minn hekk il- politikanti Maltin bdew jagħfsu lill-Gvern Ingliż biex dan jagħti lill-Maltin kostituzzjoni fejn il-poplu Malti seta' jmexxi dawk l-affarijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' Malta. Min-naħa tiegħu l-Gvern Ingliż ma kienx qed jagħti kas tas-sitwazzjoni u tal-ilmenti tal-Maltin. B'riħet dan, ġewwa Malta żvilluppat sitwazzjoni ta' skuntentizza kontra l-Gvern Ingliż; skuntentizza li fis-7 ta' Ġunju 1919 inbidlet f 'rabja li spiċċat fi traġedja. Hekk kif bdiet l-ewwel gwerra oġġetti essenzjali għall-ħajja ta' kuljum bdew jiskarsaw jew jogħlew ħafna fil-prezz. Ħafna xtraw kulma sabu u bdew jaħżnu l-affarijiet. Biex itaffi l-iskarsezza ta' ikel il-Gvern ħa taħt idejh l-importazzjoni taz-zokkor u l-laħam iffriżat. Il- problema tan-nuqqas ta' ikel ma ttaffitx għaliex bosta vapuri tal- merkanzija mgħobbija bl-ikel lejn Malta bdew jiġu mgħarrqa minn sottomarini Ġermaniżi. Tant kien hawn nuqqas ta' ikel li kien hemm żmien meta ma kienx hemm laħam biżżejjed għall-morda fl-isptarijiet. Is-sitwazzjoni ħżienet tant li l-Gvern iddeċieda li jirrazzjona z-zokkor, il-patata u l-pitrolju. Naqas ukoll id-dqiq u l-Gvern ordna li mal-għaġna tal-ħobż titħallat il-patata. Il-qagħda kompliet tmur għall-agħar meta naqas il-qamħ u l-Gvern indaħal biex jixtri hu l-qamħ mill-Ingilterra. Ġara li l-Gvern ġewwa Londra ma riedx ibigħ l-ammont ta' qamħ ordnat minn Malta. L-Ingliżi rraġunaw li l-ammont ordnat kien wisq għall-popolazzjoni ċkejkna bħalma kellha Malta għax l-Ingliżi minn Londra qajla kienu jafu li l-ħobż kien l-ikel bażiku tal-Maltin u li bħala poplu konna nieklu aktar ħobż mill-Ingliżi. Minħabba f 'hekk ir-razzjon tal-ħobż kellu jitnaqqas. Dawk li gawdew l-aktar minn dan in-nuqqas ta' ikel kienu l-importaturi u dawk li kellhom il-magni tad-dqiq. Dawn approfittaw ruħhom mis-sitwazzjoni u għollew bl- aħrax il-prezzijiet. Il-ġurnali ta' dak iż-żmien akkużaw lil dawn in-negozjanti li huma kienu qed jistagħnew minn fuq il-miżerja tal-poplu. Biex jikkontrolla l-prezzijiet il-Gvern ħareġ regoli stretti ħafna fuq ċerti affarijiet li setgħu jinbiegħu bil- konsegwenza li dan ġab miegħu aktar trekkin u ħabi ta' oġġetti essezjali. Matul l-ewwel gwerra eluf ta' Maltin kienu qed jaħdmu direttament jew indirettament mas-servizzi Ingliżi. L-akbar numru ta' ħaddiema Maltin kienu impjegati fit-Tarzna li kienet timpjega 14,000 ħaddiem. Ma' tmiem il-gwerra l-Gvern Ingliż beda jnaqqas il-ħaddiema mit-Tarzna u fis-sena 1919 ħafna ħaddiema bdew jirċievu l-avviż tas-sensja. Dan ġab miegħu sens ta' rabja min-naħa tal-Maltin għaliex ħassew li wara li wrew lealtà lejn l-Ingliterra u qdew dmirhom mill-aħjar, l-Ingliżi kienu ħa jkeċċuhom mix-xogħol u jitfgħuhom fil-miżerja. Il-Gvernatur Paul Sanford Metheun stess ħass li din kienet inġustizzja mal-Maltin u talab lill-Gvern Ingliż biex jissospendi s-sensji mit-Tarzna bħala radd ta' ħajr għall-ħidma li wettqu l-istess ħaddiema matul il- gwerra. L-appell ta' Metheun waqa' fuq widnejn torox għaliex il-Gvern Ingliż kompla għaddej bil-pjanijiet tiegħu u ssensja eluf ta' ħaddiema mit-Tarzna. Fl-istess żmien il-klassijiet tal-għonja xejn ma kienu kuntenti bis-sitwazzjoni. Fil-fatt minħabba l-gwerra l-Gvern kien nefaq ħafna flus fi spejjeż militari bħat-Tarzna u l-Pulizija. Il-Gvern sab ruħu bla flus biex ilaħħaq ma' din in-nefqa għaliex it-taxxi li kien jiġbor mid-dwana u sisa ma kinux biżżejjed. Il-qagħda tal-flus tal-pajjiż tant kienet imwiegħra li l-Gvern Ingliż ordna lill- Gvernatur Metheun biex idaħħal taxxi oħra biex jiġbor is- somma meħtieġa. Dawn kienu taxxi fuq il-prorpjetà u taxxa tas-suċċessjoni. Taxxi bħal dawn ma kienx se jkollhom effett fuq il-ħaddiema iżda laqtu sew lil min kellu flus u proprjetà. Kif wieħed jistenna dawn ġabu protesti kbar min-naħa tal- klassijiet sinjuri u mill-Knisja. Kien hemm ukoll min qabel ma' dawn it-taxxi għaliex kienu ġusti u jolqtu biss lil min kellu l-flus u kienu ħa jkunu ta' ġid għal min hu fqir għax kienu ħa jnaqqsulu l-piż tat-taxxi. Iżda l-poplu fqir kien injorant u ma fehemx dan u mxewwex mill- ġurnali u mill-Knisja l-poplu ħadha kontra l-Gvern Ingliż. Fl-1903, il-Gvern Ingliż kien ta lil Malta kostituzzjoni fejn il-Maltin ma kellhom l-ebda sehem fit-tmexxija ta' Malta għaliex pajjiżna kien taħt il-kontroll dirett tal-Ingilterra. Fortunato Mizzi għaqqad il-Comitato Patriottico u beda kampanja mal-Gvern Ingliż biex dan jagħti gvern awtonomu lil Malta. Minħabba l-gwerra din il-kwistjoni twarrbet, iżda hekk kif il-gwerra ntemmet il-Maltin reġgħu bdew jitolbu lill-Gvern Ingliż għall-awtonomija. Kien jidher li l-Gvern Ingliż kien se jagħti widen għat-talbiet tal- Maltin bħala ringrazzjament għas-sehem tagħhom fil- gwerra. Malli l-Gvern Ingliż ta l-kunsens tiegħu biex Malta jkollha gvern awtonomu ġiet imwaqqfa l-Assemblea Nazzjonali taħt it-tmexxija ta' Dr. Filippo Sciberras, politiku rtirat iżda maħbub minn kulħadd. Fl-Assemblea Nazzjonali kien hemm rappreżentanti minn kull qasam tal-ħajja; partiti politiċi, il-Knisja, negozjanti, studenti, għaqdiet tal-ħaddiem, każini tal-baned, għaqdiet sportivi u għaqdiet oħra. L-għan tal- Assemblea Nazzjonali kien li dawn r-rappreżentanti tal-poplu jiddiskutu flimkien xi xtaqu fil- kostituzzjoni l-ġdida u b'hekk jippreżentaw ġabra ta' talbiet f 'isem il-poplu Malti. Din l-Assemblea Nazzjonali ltaqgħet l-ewwel darba fil-25 ta' Frar 1919 u qablet b'mod unanimu li l-ewwel talba kellha tkun li Malta jkollha gvern awtonomu. F'dan l-istess żmien il-Gvern kien qed iħejji biex jorganizza ċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa tal-gwerra. Il-Gvern għażel biex imexxi dawn iċ-ċelebrazzjonjiet lil ċertu Ċikku Azzopardi. Dan Ċikku Azzopardi ma kien popolari xejn mal-poplu għaliex kien meqjus seftur fidil tal-Ingliżi u li kien iħares biss lejn l-interressi tagħhom u kien jiġi jaqa' u jqum mill- interessi tal-Maltin. Il-Maltin Valletta Il-Belt Valletta ... Protagonista CLIFFORD GALEA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 June 2018