Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/992525
Il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat FI sħana kbira u fl-inħawi sbieħ tal- wied bejn l-Imdina u l-Imtarfa, il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon tellgħet il-kampjonat annwali nazzjonali tad- Duathlon. Din it-tellieqa issir fuq id-distanza ta' 8 kilometri għall-ewwel ġirja, 27 kilometru bir-rota u ġirja finali ta' 4 kilometri. Din it- tellieqa kien miġjuba minn Eurosport Malta. Margaret Segunata ta' Mellieħa A.C. irnexx- ielha tiddefendi t-titlu li rebħet is-sena ta' qabel filwaqt li Jesrit Angel Camilleri ta' Birkirkara St. Joseph rebaħ l-ewwel titlu tal-karriera tiegħu wara biss ftit xhur fix-xe- na tal-multisport lokali. Fit-tellieqa maskili, is- saħħa tal-ġiri ta' Camil- leri kienet is-sigriet li waslitu għar-rebħ tat-titlu fejn spiċċa l-ewwel ġirja f'aktar minn minuta quddiem il-konkorrenti l-oħra. Madanakollu, kien Michale Bongai- alas ta' TriGozo li kellu l-aħjar ħin fuq ir-rota u daħal l-ewwel għall- aħħar ġirja. Imma għal- darb' oħra Camilleri kellu ġirja impressjonanti u rebaħ il-kampjonat f' ħin ta' siegħa, 27 minuta u 59 sekonda. Bongaialas daħal it-tieni filwaqt li l-veteran David Galea ħa t-tielet post wara tellieqa soda u b' saħħitha. Fil-kompetizzjoni tan-ni- sa, iċ-Champion tas-sena l-oħra, Margaret Seguna ddominat it-tellieqa fejn kella l-aħjar ħinijiet fl- ewwel ġirja u fir-rota. Fl- ewwel transition, Seguna kienet diġa' madwar 2 minuti fuq Lara Buttigieg ta Agones SFC fit-tieni post. Buttigieg baqgħat tissielet sa' l-aħħar tant li kellu l-aqwa ħin fit-tieni ġirja iżda id-distakk ta' Seguna kien kbir wisq hekk kif rebħet il-kamp- jonat f' ħin ta' siegħa, 39 minuta 2 28 sekonda. Buttigieg spiċċat fit- tieni post filwaqt li Karne Amato ta' Mosta Tri Teamtelgħet fuq it-tielet post tal-podium. Jesrit Camilleri kien kuntent ħafna eżatt wara it-tellieqa 'Iebsa għalija insib kliem biex nid- deskrivi x' qed inħoss bħalissa, bejn sorpiriż u bejn sodisfatt ħafna. Sitt xhur biss ilni li dħalt fix-xena tal-multisport allura ma ridtx inpoġġi ħafna tamiet f' din l- ewwel tellieqa tiegħi. Barra li kont qed intellaq ma' atleti b' saħħithom u ta' esperjenza, għadni ġej min injury f' sieqi li tellfitni fit-taħriġ. Kollox mar tajjeb u l-esperjenza tiegħi fil-ġiri għenuni biex ngħalaq l-iżvantaġ li għandi fiċ-ċikliżmu. Ser inżomm saqajja mal-art għax naf li fadalli ħafna x'naqdef imma konvint aktar minn qatt qabel li il-bidla lejn multisport kienet l-aħjar deċiżjoni li stajt nieħu u ser nibqa' naħdem ħali s-sena d-dieħla niddefendi dan it-titlu,' qal Camilleri. Min-naħa tagħha, Seguna dehret kuntent hekk kif issa saret l-aqwa mara fix-xena tad-Duathlon lokali għat-tieni sena konsekuttiva. 'Kienet esperjenza tal-ġenn u kelli ġirja tajba allavolja kienet korsa iebsa. Irnexxieli nibqa' ma' atleti b'saħħithom fil- ġirja u dak kien is-sigriet ta' kollox' qalet Seguna, filwaqt li rringrazzjat lill- FlexiTraining Scheme ta' SportMalta, lil Triathlon Malta tal-organizzazzjoni u lil Team Barry tas- sapport. Ir-rebbieħa tal-kategoriji kienu Malcolm Vassallo fl-Under 20, Kersten Theumau AnjelikaRug- gierfl-Over 20, Andrew Carter fl-Over 25, Ste- phen Muscat u Lindsey Zammit fl-Over 30, Nigel Camilleri fl-Over 35, Alan Borg u Isabelle Caruana fl-Over 40, Ste- fan Baluci fl-Over 45 u Joseph Cremona uGlori- anne Borg fl-Over 50. Il-Malta Triathlon Fed- eration irringrazzjat lill-isponsors tal-kamp- jonat, Eurosport Malta, il-partners tagħħa Gar- min Malta, 24/7 Fitness Clubs, Magri Cycles, il-Farsons Group,kif ukoll il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa, il-Pulizija tar-Rabat u s-sezzjoni tat-Traffiku, il-Malta Red Cross u l-voluntiera kollha li agħmlu din it- tellieqa possibli. Margaret Seguna u Jesrit Camilleri Champions Nazzjonali tad-Duathlon għall-2018